Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1156

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1156 tas-27 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur

C/2017/4235

ĠU L 167, 30.6.2017, p. 16–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1156/oj

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1156

tas-27 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari il-punt (a) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (2), (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta' Novembru 2016. L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ġie awtorizzat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1995 (3) u l-konklużjoni tiegħu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/730 (4).

(2)

Skont it-termini tal-Ftehim, l-Unjoni Ewropea għandha talloka ammont addizzjonali ta' 4 766 tunnellata lill-allokazzjoni attwali għall-Brażil skont il-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħat ta' tjur tal-ispeċi gallus domesticus, iffriżati”, il-linji tariffarji tal-oġġett 0207.14.10, 0207.14.50 u 0207.14.70, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti ta' 0 %, u għandha talloka ammont addizzjonali ta' 610 000 tunnellata lill-allokazzjoni attwali għall-Brażil skont il-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħat tad-dundjan, iffriżati”, il-linji tariffarji tal-oġġett 0207.27.10, 0207.27.20 u 0207.27.80, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' 0 %.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (5) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-UE għal-laħam tat-tjur, inklużi mill-Brażil. Huwa xieraq li dan ir-regolament jiġi emendat biex jitqiesu l-kwantitajiet addizzjonali allokati skont il-Ftehim.

(4)

Għall-2017, il-kwantitajiet addizzjonali ta' laħam tat-tjur għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi pro rata, abbażi tal-kwantità annwali addizzjonali skont il-Ftehim u li jittieħed kont tad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

(5)

Il-Ftehim jibda' jseħħ fit-30 ta' Ġunju 2017. Fid-dawl tal-fatt li l-kwoti tal-laħam tat-tjur kkonċernati minn dan il-Ftehim huma amministrati fuq bażi trimestrali u li l-applikazzjoni li tibda mill-1 ta' Lulju 2017 għal perjodu ta' tliet xhur kienet tkun skadiet fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jenħtieġ li l-kwantitajiet addizzjonali skont il-Ftehim għas-sena 2017 jsiru disponibbli għall-applikazzjoni subperjodu li jibda fl-1 ta' Ottubru 2017.

(6)

Mill-perjodu tal-kwota li jibda mill-1 ta' Jannar 2018, jenħtieġ li l-kwantitajiet addizzjonali annwali sħaħ tal-laħam tat-tjur skont il-Ftehim jkunu disponibbli.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1385/2007 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 108. 26.4.2017, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1995 tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 308, 16.11.2016, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/730 tal-25 ta' April 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).


ANNESS

ANNESS I

Għall-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017:

IR-RATA TA' TNAQQIS TAD-DAZJU FFISSAT FIL-LIVELL TA' 100 %

Tiġieġ

(tunnellati)

Il-pajjiż

In-numru tal-grupp

In-numru tal-ordni

Il-kodiċi NM

Il-kwantitajiet annwali għall-2017

Il-kwantità addizzjonali disponibbli għar-raba' subperjodu tal-kwota fl-2017 (*1)

il-Brażil

1

09.4410

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

11 932

2 396


Il-pajjiż

In-numru tal-grupp

In-numru tal-ordni

Il-kodiċi NM

Il-kwantitajiet annwali għall-2017

it-Tajlandja

2

09.4411

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

5 100

Oħrajn

3

09.4412

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

3 300

Dundjan

(tunnellati)

Il-pajjiż

In-numru tal-grupp

In-numru tal-ordni

Il-kodiċi NM

Il-kwantitajiet annwali għall-2017

Il-kwantità addizzjonali disponibbli għar-raba' subperjodu tal-kwota fl-2017 (*2)

il-Brażil

4

09.4420

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

4 300

307


Il-pajjiż

In-numru tal-grupp

In-numru tal-ordni

Il-kodiċi NM

Il-kwantitajiet annwali għall-2017

Oħrajn

5

09.4421

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

700

Erga omnes

6

09.4422

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

2 485

Għall-perjodu tal-kwota li jibda mill-1 ta' Jannar 2018:

IR-RATA TA' TNAQQIS TAD-DAZJU STABBILIT FIL-LIVELL TA' 100 %

Tiġieġ

(tunnellati)

Il-pajjiż

In-numru tal-grupp

In-numru tal-ordni

Il-kodiċi NM

Il-kwantitajiet annwali

il-Brażil

1

09.4410

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

16 698

it-Tajlandja

2

09.4411

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

5 100

Oħrajn

3

09.4412

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

3 300

Dundjan

(tunnellati)

Il-pajjiż

In-numru tal-grupp

In-numru tal-ordni

Il-kodiċi NM

Il-kwantitajiet annwali

il-Brażil

4

09.4420

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

4 910

Oħrajn

5

09.4421

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

700

Erga omnes

6

09.4422

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

2 485


(*1)  Il-kwantità addizzjonali ssir disponibbli f'konformità mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil li daħal fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju 2017. Din il-kwantità addizzjonali tiġi kkalkulata fuq bażi pro rata għall-perjodu mit-30 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u hija disponibbli għall-applikazzjonijiet tal-liċenzja għas-subperjodu tal-kwota li jibda fl-1 ta' Ottubru 2017.

(*2)  Il-kwantità addizzjonali ssir disponibbli f'konformità mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil li daħal fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju 2017. Din il-kwantità addizzjonali tiġi kkalkulata fuq bażi pro rata għall-perjodu mit-30 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u hija disponibbli għall-applikazzjonijiet tal-liċenzja għas-subperjodu tal-kwota li jibda fl-1 ta' Ottubru 2017.


Top