Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0991

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/991 tat-12 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-volum tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal frawli frisk li joriġina mill-Eġittu

    C/2017/3866

    ĠU L 149, 13.6.2017, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/991/oj

    13.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 149/64


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/991

    tat-12 ta' Ġunju 2017

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-volum tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal frawli frisk li joriġina mill-Eġittu

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma' ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni (UE) 2017/768 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

    (2)

    It-test tal-Protokoll, li huwa mehmuż mad-Deċiżjoni (UE) 2017/768, huwa previst għal żieda fil-volum tal-kwota tariffarja tal-Unjoni applikabbli għal frawli frisk li joriġina mill-Eġittu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

    (3)

    Jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 sabiex tiġi implimentata ż-żieda fil-kwota tariffarja stipulata fil-Protokoll.

    (4)

    Jenħtieġ li ż-żieda fil-kwota tariffarja tapplika mill-1 ta' Lulju 2013 meta l-Protokoll jibda japplika provviżorjament skont l-Artikolu 8(3) tiegħu u sakemm jidħol fis-seħħ.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 747/2001, ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1799 tinbidel b'dan li ġej:

    “09.1799

    0810 10 00

     

    Frawli, frisk

    Mill-1.10.2010 sat-30.4.2011

    10 000

    Eżenzjoni”.

    Mill-1.10.2011 sat-30.4.2012

    10 300

    Mill-1.10.2012 sat-30.4.2013

    10 609

    Mill-1.10.2013 sat-30.4.2014

    11 021

    Mill-1.10.2014 sat-30.4.2015

    11 349

    Mill-1.10.2015 sat-30.4.2016 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.10. sat-30.4..

    11 687

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2.

    (2)  ĠU L 115, 4.5.2017, p. 1.


    Top