This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0635
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/635 of 30 March 2017 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/635 tat-30 ta' Marzu 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/635 tat-30 ta' Marzu 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2017/2246
ĠU L 91, 5.4.2017, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/635
tat-30 ta' Marzu 2017
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett fil-forma ta' stoċċ ċilindriku vojt magħmul minn plastik ċar madwar 44 mm twil u ssiġillat b'tapp tal-plastik li jista' jitneħħa fit-tarf ta' isfel bħala tapp protettiv. Il-parti ta' fuq tal-istoċċ għandha forma simili ta' bokkin u għandha toqba żgħira li minnha jinġibed il-fwar. L-utent jimla l-istoċċ vojt b'likwidu speċjali msejjaħ “e-likwidu” u l-istoċċ imbagħad jiddaħħal fis-sigarett elettroniku. L-istess stoċċ jista' jimtela mill-ġdid u jintuża mill-ġdid bejn 10 u għoxrin darba qabel ma jintrema bħala skart. Il-bokkin għandu l-funzjoni tal-filtru tas-sigaretti tat-tabakk konvenzjonali. Meta l-istoċċ jiddaħħal fis-sigarett elettroniku, l-utent ipoġġi t-tarf tal-bokkin f'ħalqu u jiġbed nifs. Dan jikkawża lill-atomizzatur fis-sigarett elettroniku biex jikkonverti fluss ħafif ta' duħħan li mbagħad jinħareġ mill-bokkin biex jidħol f'ħalq l-utent. Ara l-istampi (*1) |
8543 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2(s) tal-Kapitolu 39, in-nota 2(b) tat-Taqsima XVI u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8543 u 8543 90 00 . L-utent ma jpoġġix is-sigarett elettroniku f'ħalqu mingħajr il-preżenza tal-bokkin u l-fluss tad-duħħan ma jinħariġx mingħajr ma jiġi attivat l-atomizzatur permezz tal-bokkin. Għalhekk, l-istoċċ bil-parti ta' fuq b'forma speċjali huwa parti essenzjali għall-funzjonament tas-sigarett elettroniku u mhuwiex sempliċement kontenitur magħmul mill-plastik. Il-klassifikazzjoni fl-intestatura 3926 bħala oġġett tal-plastik għalhekk hija eskluża. Skont l-Opinjoni tal-Klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata Nru 8543 70/5 sigarett elettroniku sħiħ irid jiġi kklassifikat bħala magna jew apparat elettriku ieħor taħt is-subintestatura 8543 70 . Għalhekk l-istoċċ għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8543 90 00 bħala parti minn magni u apparat tal-elettriku oħrajn, b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor f'dak il-Kapitolu. |
(*1) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.