This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0484
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/484 of 20 March 2017 establishing the allocation coefficient to be applied to the quantities covered by the applications for import rights lodged from 1 to 7 March 2017 under the tariff quotas opened by Implementing Regulation (EU) 2015/2078 for poultrymeat originating in Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/484 tal-20 ta' Marzu 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/484 tal-20 ta' Marzu 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna
ĠU L 75, 21.3.2017, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/484
tal-20 ta' Marzu 2017
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 għal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Ukrajna. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Marzu 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4273. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3) flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess Regolament. |
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2078 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2078 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni tal-laħam tat-tajr li joriġina mill-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 63).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 (f'%) |
09.4273 |
2,317253 |
09.4274 |
— |