Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0240

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/240 tal-10 ta' Frar 2017 dwar in-nonapprovazzjoni taż-żejt essenzjali Satureja montana L. bħala sustanza bażika f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/0719

ĠU L 36, 11.2.2017, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/240/oj

11.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/43


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/240

tal-10 ta' Frar 2017

dwar in-nonapprovazzjoni taż-żejt essenzjali Satureja montana L. bħala sustanza bażika f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE, u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5), flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni rċeviet fis-7 ta' Lulju 2015 applikazzjoni mill-Institut technique de l'agriculture biologique (ITAB) għall-approvazzjoni taż-żejt essenzjali Satureja montana L. bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għal assistenza xjentifika. Fit-13 ta' Ġunju 2016, l-awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni Rapport Tekniku dwar is-sustanza kkonċernata (2). Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' analiżi (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar in-nonapprovazzjoni taż-żejt essenzjali Satureja montana L. lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fis-7 ta' Ottubru 2016, u ffinalizzathom għal-laqgħa ta' dan il-Kumitat fis-7 ta' Diċembru 2016.

(3)

Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li ż-żejt essenzjali Satureja montana L. jissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(4)

Fir-Rapport Tekniku tal-Awtorità, ġie identifikat tħassib speċifiku, dwar l-esponiment għaż-żejt essenzjali u l-komponenti tal-karvakrol u tal-gamma-terpinene speċifikament permezz tal-użu tal-pestiċidi u, bħala riżultat ta' dan, il-valutazzjoni tar-riskju għall-operaturi, il-ħaddiema, il-persuni fil-qrib, il-konsumaturi u l-organiżmi mhux fil-mira ma setgħetx tiġi ffinalizzata.

(5)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-Rapport Tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi. L-applikant ippreżenta l-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(6)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma jistax jiġi eliminat.

(7)

Konsegwentament, kif stabbilit fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Huwa għalhekk xieraq li ma jiġix approvat iż-żejt essenzjali Satureja montana L. bħala sustanza bażika.

(8)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni ulterjuri għall-approvazzjoni taż-żejt essenzjali Satureja montana L. bħala sustanza bażika f'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza taż-żejt essenzjali Satureja montana L. mhix approvata bħala sustanza bażika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for Satureja montana L. for use in plant protection as fungicide and bactericide on various crops (Eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni fir-rigward tas-sustanza bażika Satureja montana L. għall-użu fil-protezzjoni tal-pjanti bħala funġiċida u batteriċida fuq bosta għelejjel). Pubblikazzjoni ġustifikattiva tal-EFSA 2016:EN-1051.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=EN

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


Top