Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0215

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/215 tat-30 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tan-nitrat tal-manjeżju eżaidrat mal-lista ta' prekursuri tal-isplussivi fl-Anness II (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2016/7650

    ĠU L 34, 9.2.2017, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2021; Impliċitament imħassar minn 32019R1148

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/215/oj

    9.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 34/3


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/215

    tat-30 ta' Novembru 2016

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tan-nitrat tal-manjeżju eżaidrat mal-lista ta' prekursuri tal-isplussivi fl-Anness II

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 jelenka prekursuri tal-isplussivi li huma soġġetti għal regoli armonizzati li jikkonċernaw id-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali u li jiżguraw ir-rappurtar xieraq ta' tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq fil-katina tal-provvista.

    (2)

    Is-sustanza elenkati fl-Anness II huma disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali iżda huma soġġetti għall-obbligu ta' rappurtar li jkopri kemm l-utenti professjonali fil-katina tal-provvista kif ukoll il-membri tal-pubbliku ġenerali.

    (3)

    L-Anness II diġà jkopri għadd ta' mluħ tan-nitrati, minħabba li dawn jistgħu jintużaw bħala prekursuri tal-isplussivi. In-nitrat tal-manjeżju, li huwa fornut fil-forma eżaidrata tiegħu, huwa sustanza bi proprjetajiet simili iżda għadu mhuwiex kopert.

    (4)

    In-nitrat tal-manjeżju eżaidrat bħalissa huwa alternattiva nonkontrollata għall-imluħ tan-nitrati elenkati fl-Anness II. Barra minn hekk, fi snin riċenti kien hemm rapporti dwar l-użu ħażin tiegħu bħala prekursur tal-isplussivi barra mill-Unjoni.

    (5)

    L-iżviluppi fl-użu anormali tan-nitrat tal-manjeżju eżaidrat bħalissa ma jiġġustifikawx li l-aċċess mill-membri tal-pubbliku jiġi ristrett, minħabba l-livell tat-theddida jew il-volum tal-kummerċ assoċjati ma' din is-sustanza.

    (6)

    Il-kontroll miżjud huwa meħtieġ biex jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jipprevjenu u jidentifikaw l-użu illeċitu possibbli ta' din is-sustanza bħala prekursur tal-isplussivi, u dan jista' jinkiseb permezz tal-mekkaniżmu ta' rappurtar stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013.

    (7)

    Fid-dawl tar-riskju maħluq mid-disponibbiltà tan-nitrat tal-manjeżju eżaidrat, u meta wieħed iqis li l-impożizzjoni tal-obbligu ta' rapportar fuqu mhuwa se jkollu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-atturi ekonomiċi jew il-konsumaturi, huwa ġustifikat kif ukoll proporzjonali li din is-sustanza tiżdied mal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    it-tabella fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013, tiżdied is-sustanza li ġejja:

    “Nitrat tal-manjeżju eżaidrat (CAS RN 13446-18-9)

    2834 29 80

    3824 90 96 ”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1.


    Top