This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2234
Council Decision (CFSP) 2017/2234 of 4 December 2017 amending Decision (CFSP) 2016/2382 establishing a European Security and Defence College (ESDC)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2234 tal-4 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2234 tal-4 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)
ĠU L 319, 5.12.2017, p. 80–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/10/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D1515
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32016D2382 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 2 | 04/12/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020D1515 | 19/10/2020 |
5.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/80 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2234
tal-4 ta' Diċembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1), 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 (1). |
(2) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018. |
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382
Fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382, il-paragrafu 2 hu sostitwit b'dan li ġej:
“2. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 925 000,00.
L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa tal-KESD għal perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PALO
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2382 tal-21 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/189/PESK (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 60).