EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2115

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2115 tas-27 ta' Lulju 2017 dwar l-iskema ta' għajnuna SA.38393 (2016/C, eks 2015/E) implimentata mill-Belġju — It-taxxa fuq il-portijiet fil-Belġju (notifikata bid-dokument C(2017) 5174) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/5174

ĠU L 332, 14.12.2017, p. 1–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2115/oj

14.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2115

tas-27 ta' Lulju 2017

dwar l-iskema ta' għajnuna SA.38393 (2016/C, eks 2015/E) implimentata mill-Belġju — It-taxxa fuq il-portijiet fil-Belġju

(notifikata bid-dokument C(2017) 5174)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (1) u wara li ġew ikkunsidrati dawn il-kummenti,

billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   KWESTJONARJU DWAR L-OPERAT U T-TASSAZZJONI TAL-PORTIJIET U L-PROĊEDURA TA' KOPERAZZJONI

(1)

Fit-3 ta' Lulju 2013, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu kwestjonarju lill-Istati Membri kollha dwar l-operat u t-tassazzjoni tal-portijiet tagħhom sabiex jiksbu ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni u biex tiċċara s-sitwazzjoni tal-portijiet fir-rigward tar-Regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat stipulati fl-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem it-“TFUE”). L-awtoritajiet Belġjani wieġbu b'ittra fit-30 ta' Settembru u fid-9 ta' Ottubru 2013. Permezz ta' ittra tal-20 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali dwar ir-regoli marbuta mat-tassazzjoni tal-portijiet. L-awtoritajiet Belġjani pprovdew tweġiba b'ittra fit-13 ta' Marzu 2014 u l-port ta' Brussell bagħat l-osservazzjonijiet tiegħu permezz ta' ittra li waslet fit-18 ta' Marzu 2014.

(2)

Permezz ta' ittra bid-data tad-9 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni għarrfet lill-Belġju, b'mod konformi mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tal-Kunsill (2) (minn issa 'l quddiem ir-“Regoli ta' Proċedura”), bil-valutazzjoni preliminari tagħha li skontha l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva prevista għal ċerti portijiet Belġjani (minn hawn 'il quddiem “il-portijiet Belġjani”) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern u li dik l-għajnuna tikkostitwixxi wkoll għajnuna diġà eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-regolament imsemmi. Saret laqgħa mal-awtoritajiet Belġjani fit-23 ta' Settembru 2014. Ir-Reġjun ta' Walloon u l-Port ta' Brussell ressqu l-osservazzjonijiet rispettivi tagħhom b'ittri fit-30 ta' Settembru 2014, filwaqt li r-Reġjun Fjamming bagħat l-osservazzjonijiet tiegħu b'ittra fl-1 ta' Ottubru 2014. Permezz ta' ittra bid-datatal-1 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni għarrfet lill-Belġju li kienet ħadet nota tal-argumenti kollha mressqa minnu u li baqgħet tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva għal għadd ta' portijiet tikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, jekk u safejn dawk il-portijiet ikollhom attivitajiet ekonomiċi. Tressaq appell (3) kontra dik l-ittra fit-3 ta' Awwissu 2015, iżda dan ġie miċħud bħala inammissibbli b'digriet mill-Qorti Ġenerali fid-9 ta' Marzu 2016 (4).

1.2.   PROPOSTA GĦAL MIŻURI UTLI MILL-KUMMISSJONI U TWEĠIBA MILL-AWTORITAJIET BELĠJANI

(3)

Permezz ta' ittra bid-data tal-21 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni tenniet il-pożizzjoni tagħha li skontha l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva mogħtija lill-portijiet kienet tikkostitwixxi skema ta' għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mat-Trattat u pproponiet lill-awtoritajiet Belġjani miżuri utli, b'mod konformi mal-Artikolu 108(1) tat-TFUE u l-Artikolu 22 tar-Regoli ta' Proċedura, biex ineħħu l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva prevista għall-portijiet Belġjani, safejn dawn għandhom attivitajiet ekonomiċi. L-awtoritajiet Belġjani ġew mistiedna jadattaw il-leġiżlazzjoni fi żmien 10 xhur mid-data tad-deċiżjoni, liema emenda għandha tapplika mhux aktar tard mid-dħul li jkun ġie ġġenerat mill-attivitajiet ekonomiċi sa mill-bidu tas-sena fiskali 2017. L-awtoritajiet Belġjani ġew mistiedna jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miktub li l-Belġju, b'mod konformi mal-Artikolu 23(1) tar-Regoli ta' Proċedura, aċċetta dawn il-miżuri utli fl-intier tagħhom b'mod inkondizzjonat u mhux ekwivoku fi żmien xahrejn mill-wasla tad-deċiżjoni msemmija. Tressaq appell (5) kontra din il-proposta għal miżuri utli fit-18 ta' Marzu 2016, iżda dan ġie miċħud bħala inammissibbli b'digriet mill-Qorti Ġenerali fis-27 ta' Ottubru 2016 (6).

(4)

Permezz ta' ittra bid-data tal-21 ta' Marzu 2016, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu lill-Kummissjoni l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri utli pproposti.

1.3.   FTUĦ TAL-INVESTIGAZZJONI FORMALI

(5)

B'ittra bid-data tat-8 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura pprevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, b'mod konformi mal-Artikolu 23(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

(6)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura msemmija ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (7). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni. Saret laqgħa fl-24 ta' Awwissu 2016 mar-rappreżentanti ta' ċerti portijiet Belġjani li ntlaqtu mill-miżura.

(7)

Il-Belġju ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu permezz ta' ittri bid-data tad-9 ta' Settembru 2016 (il-Ministru Federali għall-Finanzi) u tas-16 ta' Settembru 2016 (ir-Reġjun ta' Walloon u l-portijiet tal-Walloon).

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand dawn il-partijiet interessati: Sea Invest, utent tal-portijiet ta' Antwerp, Ghent u Zeebrugge (fl-14 ta' Settembru 2016), il-port ta' Rotterdam, li jaġixxi f'isem il-ħames portijiet pubbliċi Olandiżi (fis-16 ta' Settembru 2016), il-port ta' Brussell (fis-16 ta' Settembru 2016), il-Kummissjoni tal-Port Fjamminga (Vlaamse Havencommissie) (fid-19 ta' Settembru 2016) u, wara estensjoni tal-iskadenza għat-tressiq tal-kummenti, il-portijiet ta' Antwerp u Zeebrugge (fl-4 ta' Ottubru 2016).

(9)

Hija bagħtet dawn il-kummenti lill-Belġju, li ngħata l-opportunità li jwieġeb. Hija rċeviet il-kummenti tal-Belġju permezz ta' ittri bid-data tal-14 ta' Novembru 2016. Saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Belġjani u l-Kummissjoni fid-19 ta' Diċembru 2016 li matulha ntbagħtu kummenti addizzjonali lill-Kummissjoni. Ġiet organizzata laqgħa oħra bejn l-awtoritajiet federali u reġjonali Belġjani, ċerti benefiċjarji mill-miżura inkwistjoni u l-Kummissjoni fl-10 ta' Jannar 2017.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA U TAL-KUNTEST TAGĦHA

2.1.   SJIEDA U ĠESTJONI TAL-PORTIJIET FIL-BELĠJU

(10)

Fil-Belġju l-art okkupata mill-portijiet hija parti mid-dominju pubbliku. Fis-snin disgħin, l-isfruttar operattiv tal-portijiet Belġjani ewlenin ġie trasferit lil entitajiet deċentralizzati. Xi portijiet jitħaddmu minn awtoritajiet tal-port komunali awtonomi (bħall-portijiet ta' Ghent, Ostende u Antwerp); oħrajn jitħaddmu minn persuni ġuridiċi tal-liġi pubblika (bħall-portijiet awtonomi taċ-Ċentru u tal-Punent, Liège, Charleroi u Namur) jew minn kumpanija b'responsabbiltà pubblika limitata fil-każ tal-port ta' Zeebrugge.

(11)

Il-portijiet jitħaddmu minn entitajiet pubbliċi, jiġifieri l-awtoritajiet tal-port.

2.2.   REGOLI TAT-TAXXA FUQ ID-DĦUL TAL-PORTIJIET

(12)

Skont l-Artikolu 1 tal-Kodiċi tat-Taxxa tad-Dħul li ġie kkordinat fl-1992 (8) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “CIR”), il-“kumpaniji” residenti huma soġġetti għat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji (9) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ISoc”). Min-naħa l-oħra, il-persuni ġuridiċi residenti, għajr il-“kumpaniji”, huma soġġetti għal taxxa fuq id-dħul msejħa bħala taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi (10) (minn hawn 'il quddiem “IPM”). L-Artikolu 2 tas-CIR jiddefinixxi “kumpanija” bħala “kwalunkwe kumpanija, assoċjazzjoni, stabbiliment jew korp kostitwit b'mod regolari li għandu personalità ġuridika u jidħol f'attività operattiva jew f'operazzjonijiet ta' natura lukrativa”.

(13)

L-Artikolu 180(2) tas-CIR jipprovdi li ċertu għadd ta' portijiet Belġjani mhumiex soġġetti għat-taxxa korporattiva (11). L-Artikolu 220(2) tas-CIR jipprovdi li l-persuni ġuridiċi li mhumiex soġġetti għall-ISoc skont l-Artikolu 180 tas-CIR għandhom ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi (12). It-taxxa fuq persuni ġuridiċi ma tirrigwardax l-ammont totali tad-dħul jew tal-benefiċċji, iżda biss ċerti tipi ta' dħul. Filfatt, skont l-Artikolu 221 tas-CIR, il-persuni ġuridiċi soġġetti għat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi jiġu intaxxati biss fuq id-dħul katastali tal-proprjetà immobbli tagħhom li tkun tinsab fil-Belġju u fuq dħul u prodotti ta' kapital u ta' proprjetà mobbli (13). Barra dan, ir-rati applikabbli għad-diversi tipi ta' dħul soġġetti għat-taxxa tal-persuni ġuridiċi normalment jikkorrispondu għar-rati tat-taxxa minn ras il-għajn fuq il-beni immobbli jew għar-rati tat-taxxa minn ras il-għajn fuq il-beni mobbli (14) u ġeneralment ikunu aktar baxxi mir-rati applikabbli għat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji (33.99 %).

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURI TA' INVESTIGAZZJONIJIET FORMALI

(14)

Fl-ittra tagħha bid-data tat-8 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni qieset li l-awtoritajiet Belġjani ma kinux aċċettaw l-iskeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri utli indikati mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-21 ta' Jannar 2016 u li l-Gvern Belġjan ma deherx li qiegħed jaċċetta bla ekwivoku l-prinċipju tat-tassazzjoni fuq il-portijiet tat-taxxa korporattiva jew li qiegħed jimpenja ruħu li jneħħi l-eżenzjoni tat-taxxa li jibbenefikaw minnha l-portijiet Belġjani. Minn dan il-Kummissjoni ddeduċiet li l-awtoritajiet Belġjani ma kinux aċċettaw b'mod inkondizzjonat u fl-intier tagħhom il-miżuri utli pproposti mill-Kummissjoni fil-21 ta' Jannar 2016.

(15)

Ġaladarba l-Kummissjoni kienet għadha tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva li jibbenefikaw minnha l-portijiet Belġjani meta jwettqu attivitajiet ekonomiċi kienet tikkostitwixxi skema diġà eżistenti ta' għajnuna mill-Istat u li kellha d-dubji tagħha dwar il-kompatibilità ta' din l-iskema ta' għajnuna mas-suq intern, iddeċidiet li tibda l-proċedura pprevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE b'mod konformi mal-Artikolu 23(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

4.   KUMMENTI MIBGĦUTA WARA L-BIDU TAL-PROĊEDURA TAL-INVESTIGAZZJONI FORMALI

4.1.   KUMPANIJI/ATTIVITAJIET EKONOMIĊI

(16)

Il-portijiet Belġjani u l-awtoritajiet Belġjani jqisu li l-portijiet mhumiex “kumpaniji” skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE ġaladarba l-kompiti tagħhom, b'mod partikolari l-ġestjoni amministrattiva tad-dominju pubbliku u privat, mhumiex ta' natura ekonomika. Dawn enfasizzaw li dawn il-kompiess ġenerali u huma imposti jew iddelegati mill-awtoritajiet pubbliċi li huma ħielsa li jiddefinixxu l-perimetru tas-servizzi ta' interess ġenerali li mhumiex ekonomiċi. Osservaw li l-awtoritajiet tal-port għandhom setgħat speċjali biex iwettqu dawn il-kompiti, li huma soġġetti għall-kontroll tal-awtoritajiet u m'għandhomx l-fini li jagħmlu l-profitti, li l-eċċessi jiġu investiti mill-ġdid fl-infrastruttura tal-port u li, fil-każ ta' ċerti portijiet, jitħallsu lil dik il-muniċipalità li tkun azzjonista tagħhom.

(17)

Il-portijiet ta' Antwerp u Zeebrugge u l-awtoritajiet Belġjani jqisu li l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-ajruporti (il-każ C-82/01 Aéroports de Paris  (15)) ma tapplikax għal portijiet peressli dawn huma infrastrutturi differenti. B'mod partikolari dawn sostnew li l-monopolju tal-portijiet huwa r-riżultat tad-deċentralizzazzjoni amministrattiva għall-benefiċċju ta' entità regolata bil-liġi pubblika li ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt filwaqt li l-ġestjoni tal-ajruporti tingħata lil persuni privati taħt il-konċessjoni esklużiva ta' attività ekonomika bi trasferiment ta' riskju operattazzjonali ta' natura ekonomika. Qiesu wkoll li t-tilwima eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Aéroports de Paris ma kinitx tirrigwarda l-provvista ta' “servizzi ta' infrastruttura”, u li għalhekk l-analoġija mal-forniment tad-dominju tal-portijiet mill-awtoritajiet tal-port Belġjani mhix adegwata.

(18)

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati u l-awtoritajiet Belġjani kkontestaw in-natura ekonomika tal-attivitajiet imsemmija mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, inklużi l-forniment ta' infrastruttura tal-port għall-bastimenti u l-kiri tal-art u tal-infrastrutturi lill-kumpaniji, billi spjegaw li t-tariffi għall-kiri tal-artijiet, tal-konċessjoni ta' infrastrutturi u tal-aċċess għall-infrastruttura tal-port (dazji tal-portijiet) huma pubbliċi, mhux diskriminatorji, stabbiliti minn qabel mill-awtoritajiet tal-port b'mod unilaterali u ma jiġux iddeterminati mil-loġika tal-provvista u d-domanda. B'mod partikolari, irreferew għas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Belġjana tad-19 ta' Novembru 2015 (16) li tirrikonoxxi li d-dazji tal-port jikkostitwixxu “rimunerazzjonijiet puri” minn partijiet terzi għall-intervent tal-awtoritajiet tal-port. Irreferew ukoll għad-Digriet tal-Port Fjamming tat-2 ta' Marzu 1999 dwar il-politika u l-ġestjoni tal-portijiet marittimi (17) (minn hawn 'il quddiem id-“Digriet tal-Port Fjamming tat-2 ta' Marzu 1999”) li jipprovdi li d-dazji tal-port għandhom ikunu stabbiliti bi “proporzjon raġjonevoli” għall-valur tal-korrispettiv. Barra dan indikaw ukoll illi l-miżati tal-konċessjoni huma proporzjonalment aktar baxxi għal artijiet li jiġġeneraw valur miżjud ogħla, li huma bbażati fuq parametri oġġettivi (marbuta mal-artijiet inkwistjoni) u li jirriflettu l-valur intrinsiku li jiġi ġġenerat mis-servizzi pprovduti. Bl-istess mod,ir-reġjun ta' Walloon u l-portijiet tal-Walloon jqisu li l-ħlas tal-miżati għall-użu tal-infrastrutturi mhuwiex bilfors indikatur tan-natura ekonomika tal-attività tal-portijiet. Il-fatt li dawn il-miżati ma jkoprux ir-rifinanzjament tal-kapital investit huwa indikazzjoni tan-natura tas-servizz ta' interess ġenerali tal-attività tal-port.

(19)

Għalihom, l-attivitajiet ekonomiċi prinċipali li jiżvolġu fil-portijiet isiru mill-konċessjonarji li jiżguraw il-ġestjoni (it-tagħbija u l-ħatt) tal-merkanzija, ġaladarba l-awtoritajiet tal-port huma indipendenti għalkollox mill-kuntratti kummerċjali li jiġu konklużi bejn il-konċessjonarji u s-sidien tal-bastimenti. Għaldaqstant il-portijiet mhumiex sfruttati b'mod kummerċjali mill-awtoritajiet tal-port iżda mill-kumpaniji li jingħataw lilhom l-infrastrutturi u li fuqhom dawn il-kumpaniji jridu jibnu s-sovrastrutturi (krejnijiet, ħangers) meħtieġa għas-servizzi tal-ġestjoni.

(20)

Żiedu jgħidu li l-awtoritajiet tal-port ikollhom dejjem aktar jiffinanzjaw attivitajiet mhux ekonomiċi li jaqgħu fil-kompetenzi tar-reġjuni, jew saħansitra attivitajiet mhux marbuta mal-użu operattiv tal-port (18). Irreferew għal għadd ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li skonthom jiddikjaraw li la l-provvista tal-infrastrutturi għall-utenti potenzjali kollha fuq bażi ekwa u mhux diskriminatorja u lanqas il-ġestjoni u l-użu operattiv ta' artijiet minn awtorità pubblika għall-iżvilupp ta' attivitajiet industrijali u kummerċjali għas-settur privat ma jikkostitwixxu attivitajiet ekonomiċi.

(21)

Fl-aħħar nett, qiesu li l-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet bħall-irfigħ (servizzi tal-krejn) u l-irmunkar huma ta' natura purament anċillari.

4.2.   VANTAĠĠ EKONOMIKU MOGĦTI PERMEZZ TA' RIŻORSI TAL-ISTAT

(22)

Il-Kummissjoni tal-Port Fjamming tqis li ġaladarba l-awtoritajiet tal-port ser ikollhom kulma jmur jiffinanzjaw dejjem aktar infrastrutturi mhux ekonomiċi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tar-reġjuni, l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva mhijiex vantaġġ.

(23)

Il-port ta' Rotterdam indika li l-portijiet ta' Antwerp, Zeebrugge u Ghent għandhom rata ta' taxxa attwali ta' anqas minn 1 % tal-profitti rreġistrati.

(24)

L-awtoritajiet Belġjani sostnew li peress li l-portijiet iħallsu l-IPM, il-kondizzjoni li tesiġi li l-vantaġġ jingħata mir-riżorsi tal-Istat mhix sodisfata.

4.3.   SELETTIVITÀ

(25)

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati u l-awtoritajiet Belġjani jqisu li s-sistema ta' referenza fir-rigward tat-tassazzjoni ta' persuni ġuridiċi mhix it-taxxa korporattiva (kif sostniet id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura) iżda l-Artikolu 1 tas-CIR illi jistabbilixxi, b'mod parallel, żewġ sistemi ta' tassazzjoni għall-persuni ġuridiċi residenti (l-ISoc u l-IPM) skont il-kriterji definiti fl-Artikolu 2 tas-CIR (attività tal-persuna ġuridika, li tista' tikkostitwixxi jew le, “attività operattiva” jew “operazzjonijiet ta' natura lukrativa”). Huma żiedu li l-Artikolu 180 tas-CIR, li jipprovdi li l-portijiet mhumiex soġġetti għall-ISoc, sempliċement jiċċara u japplika biss l-Artikolu 1 tas-CIR. Ċerti partijiet interessati u l-awtoritajiet Belġjani jqisu wkoll li l-IPM hija s-sistema ta' referenza għall-portijiet li mhumiex “kumpaniji” skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tas-CIR u li l-Artikolu 180 (2) tas-CIR ma jidderogax mir-regoli ġenerali dwar it-tassazzjoni ta' persuni ġuridiċi iżda japplika biss dawk ir-regoli ġenerali. Huma għalhekk isostnu li anke kieku l-Artikolu 180 (2) kellu jitħassar, il-portijiet mhux bilfors jiġu soġġetti għall-ISoc peress li l-amministrazzjoni jkollha teżamina s-sitwazzjoni tagħhom individwalment fid-dawl tal-kriterji ġenerali tal-Artikoli 1 u 2 tas-CIR u li, ġaladarba l-portijiet mhumiex “kumpaniji” skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tas-CIR, dawn ma jiġux soġġetti għall-ISoc.

(26)

Ir-reġjun ta' Walloon u l-portijiet tal-Walloon żiedu jgħidu li din id-duwalità (l-eżistenza ta' żewġ sistemi ta' tassazzjoni fuq id-dħul, l-ISOC u l-IPM) hija xi ħaġa essenzjali u inerenti fis-sistema tat-tassazzjoni fuq id-dħul u tirriżulta mill-kostituzzjoni Belġjana. Barra dan, il-kostituzzjoni Belġjana ma timponix lil-leġiżlatur li jissottometti għat-taxxa ċerti attivitajiet, u fil-każ tal-amministrazzjonijiet ta' natura pubblika (l-Istat, il-komunitajiet, ir-reġjuni, il-provinċji u l-muniċipalitajiet), il-beni tas-settur pubbliku jew tas-settur privat assenjati għal servizz pubbliku jkunu eżenti mit-taxxi skont prinċipju ġenerali tal-liġi. L-awtoritajiet Belġjani ddikjaraw ukoll li skont il-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali, is-servizzi, il-kompiti u l-beni pubbliċi mhumiex intaxxati sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi b'mod espliċitu.

(27)

Għall-awtoritajiet tal-port ta' Antwerp u Zeebrugge u għall-awtoritajiet Belġjani, dawk l-entitajiet li bħall-portijiet ma jqassmux il-profitti tagħhom iżda jerġgħu jinvestuhom jew li jsegwu objettiv li jmur lil hinn mill-interess tagħhom stess huma soġġetti għal-IPM, u dan huwa konformi mal-loġika tas-sistema.

(28)

Argumentaw ukoll li jinsabu f'qagħda differenti minn impriżi oħra li huma soġġetti għall-ISoc. Għalkemm dawn igawdu minn ċerta awtonomija u minkejja l-preżenza possibbli ta' attivitajiet ekonomiċi, l-awtoritajiet tal-port jagħmlu parti mill-awtoritajiet pubbliċi u jwettqu kompiti ta' interess ġenerali mingħajr skop ta' qligħ, kif jirriżulta mill-istatuti tagħhom. Huma ma jużawx metodi industrijali u kummerċjali u l-azzjonijiet tagħhom mhumiex iggwidati mill-introjtu fuq l-investiment fuq żmien qasir. Il-miżati tal-konċessjoni u d-dazji tal-port mhux dejjem ikopru l-ispejjeż li jġarrbu. Huma jwettqu kompiti ta' servizz pubbliku bi spiża netta li ma titnaqqasx mill-bażi tat-taxxa korporattiva b'mod konformi l-Artikolu 49 tas-CIR, u dan iwassal, kieku kellhom ikunu soġġetti għall-ISoc, għal diskriminazzjoni kontra impriżi oħrajn u għal tnaqqis fil-kapaċità tal-investiment tal-portijiet.

(29)

L-awtoritajiet Belġjani indikaw illi f'sentenza tal-1 ta' Diċembru 2016 (19), il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana kkonfermat l-għażla tal-leġiżlatur li jeżenta l-portijiet mill-ISoc.

4.4.   DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI U EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ

(30)

Il-Kummissjoni tal-Port Fjamming argumentat li fi Stati Membri oħrajn, speċjalment in-Netherlands, l-attivitajiet tal-portijiet stess jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet pubbliċi b'tali mod li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ma jisfgħux ippreġudikati.

(31)

L-awtoritajiet tal-port ta' Antwerp u ta' Zeebrugge, b'referenza għall-paragrafu 188 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett tal-“għajnuna mill-Istat” (20) (minn hawn 'il quddiem “il-Komunikazzjoni tad-19 ta' Lulju 2016”), sostnew li kull port għandu monopolju legali fuq iż-żona tal-port tiegħu, u dan il-monopolju jeskludi fl-istess waqt “il-kompetizzjoni fis-suq kif ukoll il-kompetizzjoni għas-suq.” Huma kkonkludew li l-miżura ma tikkaġuna ebda tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Semmew ukoll l-opinjoni tal-awtorità Netherlandiża tal-kompetizzjoni (21) li skontha l-port ta' Rotterdam ma jinsabx f'kompetizzjoni ma' operaturi tal-portijiet oħrajn għax il-miżati tal-port jirrappreżentaw biss frazzjoni żgħira tal-ispejjeż fuq it-trasport tas-sidien tal-bastimenti, b'tali mod li bidla li żżid jew tnaqqas dawn it-tariffi ma jkollha ebda impatt fuq it-traffiku tal-port.

(32)

Huma indikaw li skont il-Komunikazzjoni tad-19 ta' Lulju 2016, fl-infrastruttura tan-netwerk id-diversi elementi tan-netwerk jikkumplementaw aktar milli jikkompetu (punt 211 u n-nota tal-qiegħ tal-paġna nru 311) b'mod li jiġi evitat it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Irrimarkaw ukoll li f'din il-Komunikazzjoni l-Kummissjoni tapplika dan il-prinċipju għall-kostruzzjoni ta' infrastrutturi ferrovjarji (punt 219) u għall-kostruzzjoni ta' toroq, inklużi toroq b'pedaġġ (punt 220), iżda huma jqisu li dan japplika wkoll għall-portijiet.

(33)

Ir-reġjun ta' Walloon u l-portijiet tal-Walloon nnotaw b'mod partikolari li l-portijiet interni li huma eżenti mill-ISoc mhumiex f'kompetizzjoni ma' portijiet interni privati oħra li joffru aċċess għall-istess infrastrutturi lill-pubbliku. L-awtoritajiet federali żiedu jgħidu li l-portijiet interni, li huma żgħar fid-daqs, huma kumplimentari għall-portijiet l-oħrajn u li jikkompetu biss mat-trasport bit-triq.

(34)

Il-port ta' Rotterdam indika li l-portijiet pubbliċi Netherlandiżi jikkompetu b'mod partikolari mal-portijiet ta' Antwerp, ta' Zeebrugge u ta' Ghent.

4.5.   KOMPATIBBILTÀ

(35)

Ir-Reġjun ta' Walloon u l-portijiet tal-Walloon iqisu li l-Artikolu 106(2) tat-TFUE jikkostitwixxi bażi adegwata għall-kompatibbiltà tal-miżura: il-portijiet għandhom mandat legali ċar u ħadd ma jista' jmeri l-fatt li l-portijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stipulati f'dak l-artikolu. Huma osservaw li l-kompatibbiltà skont l-Artikolu 93 tat-TFUE, li ma tinkludix f'dawn il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni n-nuqqas ta' effett fuq il-kummerċ, għandha tiġi evalwata b'mod estensiv.

(36)

L-awtoritajiet tal-port ta' Antwerp u ta' Zeebrugge jqisu li l-Kummissjoni wieġbet biss b'raġunamenti insuffiċjenti għall-argumenti mressqa rigward il-kompatibbiltà tal-miżura. Żiedu jgħdu li l-Artikolu 93 tat-TFUE jista' jintuża bħala bażi għall-kompatibilità tal-miżura, peress li l-portijiet għandhom l-obbligu li jiffinanzjaw infrastrutturi li jagħtu kontribut għan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport.

4.6.   IL-ĦTIEĠA TA' PERJODU TA' TRANŻIZZJONI

(37)

L-awtoritajiet Belġjani qegħdin jitolbu lill-Kummissjoni perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tas-sottomissjoni tal-portijiet għall-ISoc. Enfasizzaw li l-iskadenza speċifikata fid-deċiżjoni tat-8 ta' Lulju 2016 (sottomissjoni tal-portijiet għat-taxxa korporattiva sal-1 ta' Jannar 2017) hija qasira wisq, b'mod speċjali apparagun mal-perjodu mogħti lin-Netherlands fil-kuntest tal-każ SA.25338. Huma osservaw li t-tħassir tal-Artikolu 180(2) tas-CIR jinvolvi proċedura leġiżlattiva li ddum “mill-anqas, ġeneralment, minn tliet xhur sa sitt xhur”. Fil-fehma tagħhom ikun xieraq li jsiru bidliet fil-liġi li jkunu ferm aktar kumplessi minn sempliċement tħassir tal-Artikolu 180(2) tas-CIR, ġaladarba (i) dan it-tħassir mhux bilfors iwassal għas-sottomissjoni tal-portijiet għall-ISoc, (ii) l-iżvilupp ta' sistema ta' tassazzjoni ġdida għall-portijiet għandha tqis il-prinċipju kostituzzjonali tal-ugwaljanza u (iii) il-mogħdija ta' persuna ġuridika mill-IPM għall-ISoc mhijiex regolata b'mod speċifiku mil-liġi fiskali Belġjana. Żiedu jgħidu li f'każ ta' skadenza ta' allegata skema ta' għajnuna eżistenti, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-interessi leġittimi ta' Stat Membru b'mod li tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali lill-benefiċjarji.

(38)

Il-Port ta' Rotterdam qiegħed jitlob lill-Kummissjoni biex tipposponi s-sottomissjoni tal-portijiet Netherlandiżi għat-taxxa korporattiva sakemm titwettaq inkjesta fis-settur u li l-portijiet marittimi kollha li jinsabu fir-Range tat-Tramuntana jiġu simultanjament soġġetti għat-taxxa jew, almenu, biex il-portijiet Belġjani u Franċiżi jiġu soġġetti b'mod rapidu u simultanju għat-taxxa korporattiva.

5.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

5.1.   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE

(39)

Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

5.1.1.   KUMPANIJI/ATTIVITAJIET EKONOMIĊI

5.1.1.1.    Informazzjoni Ġenerali

(40)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti u servizzi fis-suq tikkostitwixxi attività ekonomika” (22). Bl-istess mod, “il-kunċett ta' impriża jinkludi kull entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatus ġuridiku ta' din l-entità u mill-mod li bih tiġi ffinanzjata” (23).

(41)

Barra dan, skont il-ġurisprudenza dwar in-natura ekonomika tal-isfruttar tal-infrastrutturi (24), il-Kummissjoni stabbilixxiet, f'sensiela ta' deċiżjonijiet, li l-isfruttar kummerċjali u l-kostruzzjoni ta' infrastrutturi tal-portijiet jikkostitwixxu attivitajiet ekonomiċi (25). Pereżempju, l-isfruttar kummerċjali ta' terminal ta' port li jsir disponibbli għall-utenti bi ħlas ta' miżati jikkostitwixxi attività ekonomika (26). Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet, b'mod impliċitu iżda biċ-ċert, in-natura ekonomika ta' ċerti operazzjonijiet tal-port, b'mod speċjali l-“operazzjonijiet ta' imbark, żbark, trasbord, inżul u ta' moviment ġenerali ta' merkanziji jew ta' kwalunkwe materjal fil-port (27). Il-Kummissjoni tapplika dawn ir-regoli mhux biss għall-portijiet marittimi iżda wkoll għall-portijiet interni (28).

(42)

F'dan ir-rigward u kuntrarjament għall-awtoritajiet Belġjani u għal xi partijiet interessati, il-Kummissjoni tqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti dwar l-ajruporti għandha tkun applikata għall-portijiet, li huma sempliċement tip ieħor ta' infrastruttura. Id-differenzi nnotati minn xi partijiet interessati bejn il-portijiet u l-ajruporti — b'mod partikolari d-differenzi fl-istruttura legali jew il-fatt li l-portijiet huma entitajiet mingħajr skop ta' profitt — mhumiex rilevanti għall-kriterji ġenerali applikabbli għall-provvista ta' oġġetti jew ta' servizzi f'suq ibbażat fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tinnota li l-Qorti, fil-punt 90 tas-Sentenza Aéroports de Paris, fakkret li “l-Qorti ġustament innotat li l-miżati kummerċjali inkwistjoni kienu jikkostitwixxi l-korrispettiv għas-servizzi ta' ġestjoni tal-faċilitajiet tal-ajruporti”; għaldaqstant, mhuwiex korrett li jingħad li dan il-każ ma kienx relevanti għall-għoti ta' servizzi ta' infrastruttura, kif qegħdin isostnu l-awtoritajiet Belġjani u xi partijiet interessati.

(43)

Biex jiġi deċiż jekk il-portijiet Belġjani humiex intrapriżi, mhuwiex meħtieġ li tiġi evalwata n-natura ekonomika jew mhux ekonomika ta' kull attività li jwettqu. Huwa biżżejjed li jiġi stabbilit li l-entitajiet koperti mill-miżura inkwistjoni filfatt iwettqu attività ekonomika waħda jew aktar sabiex bit-twettiq tagħhom dawn jitqiesu bħala “impriża”. F'dan ir-rigward, il-fatt li entità twettaq attività waħda jew aktar ta' natura sovrana jew mhux ekonomika, ġeneralment ma jippermettilhiex li tirtira l-istatus tagħha ta' “impriża”.

(44)

Il-portijiet Belġjani jistgħu jwettqu bosta tipi ta' attivitajiet ekonomiċi li jikkorrispondu mal-provvista ta' servizzi differenti fi swieq differenti. L-ewwel nett, il-portijiet jipprovdu servizz ġenerali lill-utenti tagħhom (b'mod prinċipali lis-sidien tal-bastimenti u b'mod ġenerali lil kwalunkwe operatur tal-vapuri) billi jipprovdu aċċess lill-vapuri għall-infrastruttura tal-port bi ħlas li ġeneralment jissejjaħ “dazju tal-port” (29). It-tieni nett, xi portijiet jipprovdu — ukoll bi ħlas — servizzi partikolari lil bastimenti bħal pilotaġġ, tqandil, immaniġġjar u rmiġġ (30). It-tielet nett, il-portijiet, bi ħlas, iqiegħdu ċerti infrastrutturi jew ċerti artijiet għad-dispożizzjoni ta' impriżi li jużaw dawn l-ispazji għall-ħtiġijiet tagħhom stess jew li jipprovdu lill-vapuri xi wħud mis-servizzi partikolari msemmija hawn fuq.

(45)

Il-fatt li kumpaniji terzi jużaw ċerti artijiet u ċerti infrastrutturi tal-port biex jipprovdu servizzi lis-sidien jew lill-vapuri ma jeskludix li l-attivitajiet ta' ġestjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-port — li jikkonsistu b'mod partikolari fil-kiri tal-artijiet u tal-infrastrutturi msemmija lil dawn il-kumpaniji terzi — huma ukoll ta' natura ekonomika.

(46)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-liġi nazzjonali Belġjana fiha wkoll indikazzjonijiet rigward in-natura industrijali u/jew kummerċjali tal-attivitajiet tal-port (31). B'mod partikolari, il-kummenti uffiċjali tas-CIR jimplikaw neċessarjament li l-portijiet joperaw “impriża industrijali, kummerċjali jew agrikola” (32) jew li, anke jekk ma jkollhomx skop ta' profitt, dawn jinqdew “b'attività professjonali permanenti li tinvolvi […] ir-ripetizzjoni, biżżejjed frekwenti biex tikkostitwixxi” impjieg“, ta' operazzjonijiet b'natura industrijali, kummerċjali jew agrikola [u] l-implimentazzjoni ta' metodi industrijali jew kummerċjali” (33), (34).

(47)

Barra dan, il-Kummissjoni ma tikkontestax il-fatt li ċerti attivitajiet tal-portijiet jistgħu jkunu ta' natura mhux ekonomika, partikolarment xi wħud mis-servizzi mogħtija mill-uffiċċji tal-kaptan tal-port, bħall-kontroll u s-sigurtà tat-traffiku marittimu (35) jew is-sorveljanza kontra t-tniġġis (36). Madankollu f'dan il-każ l-attivitajiet meqjusa mill-Kummissjoni bħala ekonomiċi huma distinti minn dawk l-attivitajiet (l-oħrajn) imsemmija fis-sentenza preċedenti.

(48)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom “setgħa diskrezzjonali wiesgħa […] li jipprovdu, iwettqu u jorganizzaw is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali b'mod li jaqdi kemm jista' jkun il-ħtiġijiet tal-utenti” (37), dan ma jeskludix in-natura ekonomika ta' dawn l-attivitajiet. Madankollu, hija ġurisprudenza stabbilita li l-kunċett ta' “attività ekonomika” fih innifsu joħroġ minn fatti, b'mod partikolari l-preżenza ta' suq għas-servizzi inkwistjoni (38), u li dan ma jiddependix mill-għażliet jew mill-ġudizzji nazzjonali. Il-Kummissjoni għalhekk hija ġġustifikata li tikklassifika ċerti attivitajiet tal-port bħala ekonomiċi, anke jekk l-awtoritajiet nazzjonali jqisu li dawn l-attivitajiet huma servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali.

(49)

Fl-aħħar nett, il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin m'għandhomx saħħa, bħala tali, li jqajmu dubji dwar in-natura ekonomika jew mhux ekonomika tal-attivitajiet imwettqa:

Il-fatt li l-missjonijiet tal-portijiet ikunu ta' interess ġenerali u jkunu imposti jew iddelegati mill-awtoritajiet pubbliċi: fil-fatt, dan japplika fil-każ tas-servizzi kollha ta interess ekonomiku ġenerali (minn hawn 'il quddiem “SIEG”) li huma, madankollu, attivitajiet ekonomiċi. B'mod iżjed ġenerali, “il-fatt li servizz partikolari jiġi pprovdut internament ma għandux rilevanza fuq in-natura ekonomika tal-attività” (39). L-interess ġenerali jista', mill-banda l-oħra, jitqies biex tiġi vvalutata, fejn ikun xieraq, il-kompatibbiltà ta' għajnuna mogħtija minn Stat lil impriża sabiex tiġi appoġġjata l-attività ekonomika tagħha.

Il-fatt li l-awtoritajiet tal-port għandhom setgħat speċjali biex iwettqu dawn il-kompiti (40): dawn is-setgħat speċjali ma jeskludux li l-awtoritajiet tal-port jistgħu jidħlu f'attività ekonomika billi joffru prodotti jew servizzi f'suq partikolari. Fejn ikun xieraq, dawn is-setgħat jistgħu jikkostitwixxu strument ta' intervent f'dak is-suq.

Żiedu jgħidu li l-awtoritajiet tal-port ikollhom dejjem aktar jiffinanzjaw attivitajiet mhux ekonomiċi li jaqgħu fil-kompetenzi tar-reġjuni, jew saħansitra attivitajiet mhux marbuta mal-użu operattiv tal-port. tali karatteristika ma tnaqqas xejn min-natura ekonomika tal-attivitajiet tal-portijiet li jokkonsistu fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari. In-nuqqas ta' kumpens jew il-kumpens imperfett mill-Istat għall-ispejjeż marbuta ma' attivitajiet mhux ekonomiċi li dan jimponi fuq il-port jikkonferma, aktar milli jiċħad, li l-portijiet filfatt iwettqu wkoll — barra minn ċerti attivitajiet mhux ekonomiċi — attivitajiet ekonomiċi. Il-vantaġġ fiskali li jgawdi port mis-sistema inkwistjoni huwa proporzjonali mal-profitti magħmula minn dak il-port u bl-ebda mod ma huwa marbut mal-ispiża (mhux ikkumpensata) li ssir fuq attivitajiet mhux ekonomiċi li jistgħu jiġu imposti fuqu mill-Istat. Għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tqis dan l-argument fl-evalwazzjoni tagħha tas-sistema.

Il-fatt, dejjem jekk nassumu li kien stabbilit (41), li l-portijiet ma għandhomx skop ta' qligħ u li dawn jerġgħu jinvestu b'mod sistematiku l-profitti tagħhom: filfatt, hija ġurisprudenza stabbilita li n-nuqqas ta' skop ta' qligħ għall-kap tal-persuna li tforni servizz ma jimplikax li dan is-servizz huwa ta' natura mhux ekonomika (42). Bl-istess mod, l-investiment mill-ġdid sistematiku tal-profitti fl-attività mhuwiex fattur deċiżiv li jiddistingwi attività ekonomika minn attività mhux ekonomika. Barra dan, kull kumpanija tista' tagħżel li tiddistribwixxi jew inkella terġa' tinvesti l-profitti kollha li tkun għamlet jew parti minnhom.

5.1.1.2.    Rigward it-tariffi mitluba

(50)

Ma jagħmel ebda differenza fir-rigward tal-kwalifika ta' “intrapriżi” l-argument imressaq mill-awtoritajiet Belġjani u minn xi partijiet interessati li t-tariffi tas-servizzi pprovduti mill-awtoritajiet tal-portijiet huma pubbliċi, mhux diskriminatorji, stabbiliti bil-quddiem b'mod unilaterali mill-awtoritajiet tal-port u mhumiex iddeterminati direttament mil-loġika tal-provvista u d-domanda (43).d

(51)

Il-Kummissjoni qabelxejn tinnota li l-karatteristiċi tat-tariffi mitluba mill-portijiet (reklamar, nuqqas ta' diskriminazzjoni, eċċ) huma simili għal dawk mitluba fil-kuntest tal-SIEG (44) li huma attivitajiet tabilħaqq ekonomiċi u huma soġġetti għal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat. Bl-istess mod, il-prezzijiet huma wkoll pubbliċi, mhux diskriminatorji u ffissati bil-quddiem b'mod unilaterali mill-fornitur tas-servizz fil-biċċa l-kbira tal-attivitajiet ekonomiċi.

(52)

Jekk il-proporzjon tal-ispejjeż marbuta ma' attività koperti mid-dħul miġbur mill-utenti u, għall-kuntrarju, il-proporzjon tal-ispejjeż koperti bit-taxxa (il-kontribwent fiskali) jista' minn daqqiet ikun indikatur tal-preżenza ta' suq u ta' attività ekonomika, il-metodu tal-iffissar tal-prezzijiet mhuwiex, bħala tali, fattur deċiżiv minn din il-perspettiva.

(53)

Ħadd ma jikkonstesta, madankollu, li l-prezzijiet imħallsa mill-utenti u mill-klijenti tal-portijiet (id-dazji tal-port ġenerali u partikolari, il-miżati ta' konċessjoni) ikopru mill-anqas il-biċċa l-kbira tal-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet tal-port meta dawn joffru is-servizzi tagħhom fis-suq (45).

(54)

Barra dan, għalkemm ir-Reġjun ta' Walloon u l-portijiet tal-Vallonja indikaw li l-miżati għall-użu tal-infrastrutturi ma jkoprux ir-riforniment tal-kapital investit, dawn ma ressqu ebda prova fattwali biex jappoġġjaw l-argument tagħhom.

(55)

Madankollu dan l-argument tressaq bħala turija tan-natura ta' interess ġenerali tal-attività tal-port, illi, bħala tali, mhuwiex rilevanti biex jiġi deċiż jekk in-natura tal-attivitajiet tal-port hix ekonomika jew le. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, skont id-definizzjoni tagħhom, l-ispejjeż tal-SIEG (li huma attivitajiet ekonomiċi) ġeneralment ma jkunux koperti bis-sħiħ mid-dħul mill-utenti, u għaldaqstant l-eżistenza ta' defiċit fil-finanzjament mhux bilfors jeskludi l-preżenza ta' attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE.

(56)

Barra dan, is-sempliċi fatt li l-prezzijiet jiġu ffissati mill-awtoritajiet tal-portijiet ma jfissirx li d-domanda ma tiġix ikkunsidrata. Għall-kuntrarju, l-awtoritajiet tal-portijiet iqisu bis-sħiħ iċ-ċirkustanzi tas-suq (il-provvista u d-domanda, b'mod partikolari l-prezzijiet mitluba mill-kompetituri u x-xejriet tad-domanda tal-utenti u tal-klijenti) meta jikkalkulaw it-tariffi tagħhom, inklużi d-dazji tal-portijiet (46). Fir-rigward tal-miżati ta' konċessjoni, il-portijiet ta' Antwerp u ta' Zeebrugge indikaw li prezzijiet jiġi ffissati abbażi ta' parametri oġġettivi marbuta man-natura tal-art jew tal-attività inkwistjoni u jirriflettu l-“valur intrinsiku” u l-“valur miżjud” iġġenerat. Għaldaqstant, it-tariffi huma tabilħaqq marbuta mal-karatteristiċi tas-servizz ipprovdut mill-portijiet u mal-karatteristiċi tal-impriżi jew tal-attivitajiet li l-port jipprova jattira. F'dan ir-rigward, it-tariffi huma b'mod ċar strument importanti tal-politika kummerċjali implimentata mill-port biex iħeġġeġ lis-sidien tal-bastimenti u lit-trasportaturi marittimi biex jużaw l-infrastruttura tal-port u lill-impriżi biex jistabbilixxu ruħhom fih ħalli jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom ta' produzzjoni jew ta' servizz.

(57)

Għalhekk, il-forniment tal-infrastrutturi tal-portijiet u tal-artijiet bi ħlas ta' rimunerazzjoni jikkostitwixxu tabilħaqq servizzi pprovduti fis-suq u għaldaqstant huma attivitajiet ekonomiċi.

5.1.1.3.    Rigward il-forniment bi ħlas tal-infrastrutturi tal-port lis-sidien tal-bastimenti b'rimunerazzjoni u l-provvista ta' servizzi speċifiċi pprovduti mill-awtoritajiet tal-port għall-benefiċċju tas-sidien ta' bastimenti b'rimunerazzjoni.

(58)

Fir-rigward tas-servizzi offruti mill-portijiet bi ħlas ta' dazji tal-portijiet (l-aċċess għall-infrastruttura tal-port inġenerali u kwalunkwe servizz speċifiku), il-Kummissjoni tosserva li d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Belġjana tad-19 ta' Novembru 2015 (nru 162/2015) irrikonoxxiet li d-dazji tal-port jikkostitwixxu “rimunerazzjonijiet puri” minn partijiet terzi u intervent mill-awtoritajiet tal-port, u li d-dikjarazzjonijiet tad-Digriet tal-port Fjamming tat-2 ta' Marzu 1999 illi jistabbilixxi li d-dazji tal-port għandhom jiġu stabbiliti bi “proporzjon raġonevoli” mal-valur tal-kontroparti jikkonfermaw li l-portijiet jipprovdu servizzi f'suq b'rimunerazzjoni. Il-fatt li din r-rimunerazzjoni tkun mistennija tkopri b'mod raġonevoli l-valur tal-kontroparti jippermetti li jiġi eskluż a priori li s-servizzi mogħtija lill-utenti tal-portijiet fil-biċċa l-kbira jiġu ffinanzjati mit-taxxi aktar milli minn rimunerazzjoni reali tas-servizz miksub mill-utenti msemmija, u dan jikkonferma mill-ġdid l-approċċ ekonomiku adottat mill-Belġju fir-relazzjoni bejn il-portijiet u l-utenti tagħhom u n-natura ekonomika tal-attivitajiet inkwistjoni.

(59)

Il-Kummissjoni tinnota, barra dan, li quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana, il-Gvern Fjamming argumenta li l-dazji tal-portijiet ġenerali (kontroparti għall-aċċess għall-infrastruttura ġenerali tal-port) kienu kumparabbli “mal-pedaġġ li jkollu jitħallas għall-użu ta' rotta b'pedaġġ jew mina” (47). Madankollu, mill-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni jirriżulta li l-isfruttar ta' rotta b'pedaġġ jew ta' mina jikkostitwixxi attività ekonomika (48). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li d-dazji tal-port huma, fil-prinċipju, soġġetti għall-VAT fil-Belġju bħall-provvisti tas-servizzi l-oħra (49).

(60)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Ġustizzja msemmija mill-partijiet interessati u mill-awtoritajiet Belġjani ma jikkontestawx din il-konklużjoni. Fil-Każ N110/2008 JadeWeserPort (50), il-kwistjoni tan-natura ekonomika jew mhux ekonomika tal-attivitajiet inkwistjoni ma ġietx deċiża mill-Kummissjoni. Il-premessi msemmija mill-partijiet interessati u mill-awtoritajiet Belġjani biex isostnu r-raġunament tagħhom (il-paragrafi 52 sa 63 tad-deċiżjoni) huma segwiti minn premessi li jindikaw illi l-attività tista' titqies bħala ekonomika (il-premessi 64 sa 66 tad-deċiżjoni). Rigward il-Każ N390/2005 kostruzzjoni tal-faċilitajiet tat-trasbord fuq il-linja ferrovjarja Lanaken — Maastricht (51) u N478/2004 Coras Iompair Eireann (52), il-Kummissjoni tosserva li dawn jirrigwardaw il-finanzjament tal-kostruzzjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji u mhux il-forniment ta' infrastrutturi tal-portijiet b'rinumerazzjoni, u li fi kwalunkwe każ, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar dawn il-każi m'għadhiex tikkorrispondi mal-każistika tal-Qorti (53) u lanqas mal-prattika deċiżjonali attwali tal-Kummissjoni, li skontha il-kostruzzjoni ta' infrastrutta bil-għan li tiġi sfruttata b'mod ekonomiku hija attività ekonomiku. Fl-aħħar nett, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-18/01 Korhonen (54) ma tirrigwardax id-dritt tal-għajnuna mill-Istat iżda lid-Direttiva 92/50/KEE tal-Kunsill (55).

5.1.1.4.    Rigward il-provvista ta' artijiet u infrastrutturi lil kumpaniji b'rinumerazzjoni

(61)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ SA.36346 (56), imsemmija fil-punt f) tal-paragrafu 17 tal-Komunikazzjoni tad-19 ta' Lulju 2016 u invokata mill-partijiet interessati u mill-awtoritajiet Belġjani, ma timplikax li l-ġestjoni jew il-valorizzazzjoni tal-qasam tal-portijiet u, b'mod partikolari, il-kiri jew il-forniment ta' artijiet u infrastrutturi speċifiċi b'rinumerazzjoni huma attivitajiet mhux ekonomiċi. Il-Każ SA.36346 kien jirrigwarda, filfatt, appoġġ għar-rivitalizzazzjoni ta' artijiet pubbliċi u mhux il-kiri ta' artijiet jew infrastrutturi b'rinumerazzjoni.

(62)

Fil-prattika tagħha, il-Kummissjoni diġà qieset li l-kiri tad-dominju pubbliku b'rimunerazzjoni jikkostitwixxi attività ekonomika, b'mod partikolari meta l-kuntrattur tal-port jipprovdi servizzi tal-port lill-klijenti tiegħu (57). Jirriżulta wkoll mill-kundizzjonijiet tariffarji ppubblikati mill-awtoritajiet tal-port (58) li l-miżati ta' konċessjoni huma soġġetti għall-VAT, u dan jixhed in-natura ekonomika tagħhom. Bl-istess mod, il-kiri ta' artijiet mill-portijiet jikkostitwixxi attivitajiet ekonomiċi soġġetti għall-VAT (59).

(63)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll illi, fil-kummenti tagħhom, il-portijiet ta' Antwerp u ta' Zeebrugge enfasizzaw li l-għażla tal-konċessjonarju ssir wara “sejħa għall-offerti”, u dan jikkonferma li dawn il-portijiet — meta jagħtu aċċess għall-infrastruttura tal-port — ikunu qegħdin joffru prodotti jew servizzi f'suq.

5.1.1.5.    Rigward il-karattru anċillari jew prinċipali tal-attivitajiet ekonomiċi

(64)

Il-fatt li l-attivitajiet ekonomiċi ta' entità jkunu minoritarji jew marġinali f'termini tal-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħha ma jippermettix, fil-prinċipju, li dawn l-attivitajiet ekonomiċi jiġu eżentati mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(65)

Barra dan, u mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni port b'port tal-proporzjon tal-attivitajiet ekonomiċi differenti, mill-iżviluppi preċedenti jirriżulta li parti importanti ħafna tal-attivitajiet meqjusa mhux ekonomiċi mill-partijiet interessati u mill-awtoritajiet Belġjani (il-kiri tal-art, l-aċċess għall-infrastruttura b'rimunerazzjoni) huma, filfatt, ekonomiċi. Kif innutat hawn fuq, mhuwiex ikkontestat il-fatt li d-dazji tal-port u l-miżati ta' konċessjoni jirrappreżentaw il-maġġoranza kbira tal-fatturat tal-portijiet Belġjani u li dawn l-introjti huma saħansitra ogħla mill-ispejjeż kurrenti totali fil-każ tal-port ta' Antwerp.

(66)

Fl-aħħar nett, jekk il-Kummissjoni taċċetta li, f'każ li infrastruttura tintuża kważi esklussivament għall-finijiet ta' attività mhux ekonomika, it-totalità tal-finanzjament tiegħu tista' tiġi eskluża mill-ambitu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat dejjem jekk l-użu ekonomiku jibqa' purament anċillari (60). Il-fatt li l-portijiet iwettqu attivitajiet mhux ekonomiċi ma jfissirx li l-infrastruttura tal-port stess tkun qed tintuża kważi esklussivament għall-finijiet ta' attività mhux ekonomika.

Konklużjoni

(67)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-attivitajiet imwettqa mill-portijiet Belġjani li huma koperti mill-miżura huma — almenu parzjalment — attivitajiet ekonomiċi.

5.1.2.   VANTAĠĠ EKONOMIKU

(68)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, vantaġġ jikkonsisti mhux biss fi prestazzjoni pożittiva iżda wkoll f'kull intervent li, f'xi għamla jew oħra, itaffi l-piżijiet li normalment ikunu inklużi fil-baġit ta' impriża (61).

(69)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont il-liġi fiskali Belġjana, il-profitti magħmula minn attivitajiet ekonomiċi li twettqu mill-portijiet Belġjani msemmija fl-Artikolu 180(2) tas-CIR mhumiex soġġetti għat-taxxa korporattiva. Għalhekk, dawn il-portijiet m'għandhomx iġarrbu l-ispejjeż li normalment jitħallsu minn entitajiet li jkunu soġġetti għat-taxxa korporattiva.

(70)

It-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi ma tolqotx l-ammont totali tal-profitti. L-entitajiet soġġetti għat-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi huma taxxabbli biss fuq parti mid-dħul iġġenerat mill-attivitajiet ta' port, jiġifieri l-introjtu katastali tal-beni immobbli tagħhom li jinsabu fil-Belġju u d-dħul u l-prodotti tal-kapital u l-beni mobbli (62). Għalhekk, l-ammont taxxabbli fir-rigward tat-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi ma jinkludix l-ammont totali tal-profitti totali magħmula mill-portijiet, pereżempju d-dazji u l-miżati tal-port imħallsa mill-klijenti bħala kontropartigħas-servizzi offruti mill-portijiet jew il-miżati u l-kirjiet imħallsa għall-użu tal-infrastrutturi tal-port. Barra dan, għall-parti minn dan id-dħul soġġett għat-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi, ir-rati huma ġeneralment aktar baxxi (63) mir-rata applikabbli fir-rigward tat-taxxa korporattiva (33,99 %). L-ammont ta' taxxa mħallas għall-attivitajiet ekonomiċi huwa għalhekk anqas mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli tat-taxxa korporattiva.

(71)

Barra dan, il-Belġju ma pprovda l-ebda argument li jmur kontra din il-konklużjoni tal-Kummissjoni matul il-proċedura ta' koperazzjoni mnedija fid-9 ta' Lulju 2014 u lanqas ma għamel dan fil-kummenti tiegħu wara l-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali tat-8 ta' Lulju 2016. Hija ma tikkontestax il-kummenti mressqa mill-portijiet Netherlandiżi li skonthom il-portijiet ta' Antwerp, ta' Zeebrugge u ta' Gent għandhom rata ta' taxxa attwali ħafna anqas mir-rata tat-taxxa korporattiva fil-Belġju (33,99 %).

(72)

Mhuwiex aktar possibbli li jiġi segwit ir-raġunament tal-Kummissjoni tal-Port Fjamming li jargumenta, essenzjalment, li l-vantaġġ li jirriżulta mill-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva huwa maħsub biss biex jikkumpensa l-finanzjament li jibqa' dejjem jiżdied, mill-awtoritajiet tal-port, ta' infrastrutturi mhux ekonomiċi li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Filfatt, ma hemm ebda dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tiggarantixxi li l-ammont tal-vantaġġ ikun limitat għall-ispiża netta li ssir fuq dawn l-infrastrutturi mhux ekonomiċi (64). L-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva, li l-ammont tagħha huwa proporzjonali mal-profitt magħmul, b'hekk jirriżulta f'vantaġġ mhux kumparabbli mal-ispiża potenzjali fuq il-finanzjament tal-infrastrutturi mhux ekonomiċi.

(73)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-portijiet inkwistjoni jgawdu minn vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107, paragrafu 1, tat-TFUE, li jikkorrispondi mad-differenza bejn it-taxxa korporattiva li l-portijiet kien ikollhom iħallsu għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom u l-parti tat-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi li tista' tiġi attribwita lil dawn l-attivitajiet ekonomiċi.

5.1.3.   IR-RIŻORSI TAL-ISTAT U L-IMPUTABILITÀ LILL-ISTAT

(74)

Skont l-Artikolu 107, paragrafu 1, tat-TFUE, huma biss il-miżuri mogħtija mill-Istati Membri jew permezz tar-riżorsi tal-Istat li jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat. Hija ġurisprudenza stabbilita li r-rinunzja għar-riżorsi li, fil-prinċipju, kellhom jitħallsu fil-baġit tal-Istat jikkostitwixxu trasferiment tar-riżorsi tal-Istat (65).

(75)

Kuntrarjament għal dak li qed jargumentaw l-awtoritajiet Belġjani, ġaladarba l-intaxxar tal-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet taħt it-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi iwassal għal tassazzjoni aktar favorevoli għall-kontribwent milli kieku kien ikun l-intaxxar taħt it-taxxa korporattiva (ara s-sezzjoni 5.1.2 hawn fuq dwar il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku), dan jirriżulta f'telf fiskali għall-Istat.

(76)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tikkostitwixxi trasferimenti ta' riżorsi Statali skont is-sens tal-Artikolu 107, paragrafu 1, tat-TFUE.

(77)

Barra dan, peress li s-sistema fiskali inkwistjoni tagħmel parti mil-liġi Belġjana u ma kinitx imposta fuq Belġju mil-leġiżlazzjoni tal-UE, din hija attribwibbli lill-Istat (66).

5.1.4.   SELETTIVITÀ

(78)

Sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat, miżura għandha tkun selettiva, jiġifieri din għandha tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti prodotti fis-sens tal-Artikolu 107, paragrafu 1, tat-TFUE (67).

(79)

Skont ġurisprudenza stabbilita (68), l-evalwazzjoni tas-selettività materjali ta' miżura li ttaffi l-piżijiet li normalment jolqtu il-baġit ta' impriża, bħal eżenzjoni fiskali, tinkludi tliet stadji: l-ewwel nett, ikun jenħtieġ li tiġi identifikata s-sistema fiskali komuni jew “normali” (imsejħa “sistema ta' referenza”) li tkun fis-seħħ fl-Istat Membru inkwistjoni. It-tieni nett, ikun meħtieġ jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni tidderogax mis-sistema ta' referenza, sa fejn din tintroduċi differenzazzjonijiet bejn operaturi li, fid-dawl tal-għan segwit minn mis-sistema fiskali ta' referenza msemmija, ikunu jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika kumparabbli. Jekk dan ikun il-każ, il-miżura fiskali tkun selettiva a priori. It-tielet nett, għandu jiġi stabbilit jekk il-miżura derogatorja tkunx iġġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali — fi kliem ieħor, mill-loġika intrinsika — tas-sistema fiskali ta' referenza (69). Fir-rigward ta' dan it-tielet stadju, huwa kompitu tal-Istat Membru li juri li t-trattament fiskali differenzjali jirriżulta b'mod dirett mill-prinċipji fundamentali jew ta' gwida tas-sistema fiskali tiegħu (70).

(80)

Matul il-proċedura, l-awtoritajiet Belġjani ddefendew suċċessivament żewġ argumenti. Fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju mibgħut fit-3 ta' Lulju 2013 mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Belġjani fil-bidu indikaw li l-Artikolu 180(2) tas-CIR kien il-bażi legali għall-eżenzjoni mill-ISoc għall-portijiet. Iżda dawn kienu mbagħad qiesu, fil-kummenti tagħhom bid-data tad-19 ta' Diċembru 2016, li l-portijiet mhumiex soġġetti għall-ISoc bl-applikazzjoni sempliċi tar-regoli ġenerali tas-CIR stipulati fl-Artikoli 1 u 2 tas-CIR, ladarba l-portijiet mhumiex “kumpaniji” fis-sens tal-Artikolu 2 tas-CIR.

(81)

Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat huwa wieħed oġġettiv u għandhom jitqiesu biss l-effetti tal-miżura. Mhuwiex ikkontestat li l-portijiet Belġjani ma jħallsux l-ISoc, iżda l-bażi ta' dan in-nuqqas ta' ħlas tal-ISoc tista' tkun, skont l-awtoritajiet Belġjani, l-Artikolu 180(2) tas-CIR jew l-Artikoli 1 u 2 tas-CIR.

5.1.4.1.    Evalwazzjoni tas-selettività dwar jekk l-Artikoli 1 u 2 tas-CIR jikkostitwixxux il-bażi legali tan-nuqqas ta' ħlas tal-ISoc mill-portijiet Belġjani

(82)

Fil-kummenti tagħhom bid-data tad-19 ta' Diċembru 2016, l-awtoritajiet Belġjani sostnew li l-Artikolu 180(2) tas-CIR m'għandux kamp ta' applikazzjoni ġuridiku u huwa purament dikjaratorju. It-tħassir tiegħu ma jibdel xejn mis-sitwazzjoni tal-portijiet fir-rigward tal-ISoc. Dawn tal-aħħar, skont l-awtoritajiet Belġjani, huma eżentati mill-ISoc skont l-Artikoli 1 u 2 tas-CIR u l-kriterji ġenerali tas-sistema fiskali Belġjana. L-awtoritajiet Belġjani sostnew li l-portijiet mhumiex “kumpaniji” fis-sens tal-Artikoli 1 u 2 tas-CIR.

(83)

F'din il-konfigurazzjoni, is-sistema ta' referenza hija kostitwita mill-Artikoli 1 u 2 tas-CIR li jistipulaw li l-“kumpaniji” huma soġġetti għall-ISoc filwaqt li l-persuni ġuridiċi residenti huma soġġetti għall-IPM. Skont l-awtoritajiet Belġjani, peress li l-portijiet mhumiex “kumpaniji”, dawn jaqgħu neċessarjament taħt il-IPM. L-Artikolu 180(2) tas-CIR, li skont l-awtoritajiet Belġjani sempliċement jislet il-konsegwenzi tar-regoli ġenerali stipulati fl-Artikoli 1 u 2, għalhekk ma jikkostitwixxix deroga mis-sistema ta' referenza u huwa wkoll parti integrali minnha. Ġaladarba l-portijiet mhumiex “kumpaniji”, ir-regoli tal-IPM jistgħu jitqiesu wkoll bħala sistema ta' referenza aktar ristretta.

(84)

Din l-interpretazzjoni hija għaldaqstant essenzjalment ibbażata fuq l-ipoteżi li n-natura tal-attivitajiet imwettqa mill-portijiet neċessarjament teskludi li dawn jistgħu jiġu kklassifikati bħala “kumpanniji” għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul (tal-persuni ġuridiċi residenti) għax jikkostitwixxu “impriżi” fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE, kif stabbilit hawn fuq. La r-rimarki tal-Belġju u lanqas dawk tal-partijiet terzi ma jressqu evidenza konvinċenti dwar il-merti ta' din l-ipoteżi.

(85)

Il-Kummissjoni tqis, għall-kuntrarju, li l-portijiet huma fil-prinċipju “kumpaniji” għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul abbażi tal-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tagħhom u li dawn tabilħaqq iwettqu attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikawhom bħala “impriżi” fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Barra dan, ebda dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali ma tixħet dubju fuq din il-klassifikazzjoni tal-kumpaniji.

(86)

Il-Kummissjoni tinnota filfatt li l-ipoteżi li fuqha jibbażaw l-awtoritajiet Belġjani tikkuntradixxi l-kummenti uffiċjali tas-CIR, testi interni oħrajn u kif ukoll ċerti dikjarazzjonijiet uffiċjali mill-Gvern Belġjan. Għalhekk, il-kumment uffiċjali tas-CIR jindika li l-persuni ġuridiċi li huma “inkondizzjonalment” esklużi mill-ISoc (b'mod partikolari il-portijiet skont l-Artikolu 180(2) tas-CIR) għandhom “fil-prinċipju jitqiesu bħala kontribwenti soġġetti għall-ISoc” (71). Minħabba l-forma legali tagħhom (u l-karatteristiċi ġeneralment marbuta ma' din il-forma legali), il-maġġoranza tal-portijiet elenkati fl-Artikolu 180(2) tas-CIR — li huma SA, SPRL jew awtoritajiet muniċipali awtonomi — għandhom ukoll jiġu sottomessi, fil-prinċipju, għall-IS (72). Barra dan, id-Digriet tal-port Fjamming tat-2 ta' Marzu 1999 stess jagħti indikazzjonijiet dwar in-natura industrijali (73) u/jew kummerċjali (74) tal-attivitajiet tal-port u għalhekk tal-klassifikazzjoni tagħhom bħala “kumpanija” fis-sens tal-Artikolu 2 tas-CIR, u dan allura għandu jfisser li għandhom ikunu soġġetti għall-ISoc. Bl-istess mod, il-Gvern Belġjan stess qies, quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Belġjana, li l-portijiet, fost kumpaniji u persuni ġuridiċi oħrajn imsemmija fl-Artikoli 180 u 220(2) tas-CIR, huma “effettivament persuni ġuridiċi li jidħlu f'attivitajiet operattivi jew operazzjonijiet ta' natura lukrativa fis-sens tal-Artikolu 2 tas-CIR” (75). Quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Belġju, il-Viċi-Prim Ministru Belġjan u l-Ministru għall-Finanzi u l-Kummerċ Estern ukoll qiesu li l-portijiet Belġjani kienu impriżi pubbliċi li, fin-nuqqas tal-eżenzjoni inkundizzjonata stipulata fl-Artikolu 180 tas-CIR, huma sottomessi għall-ISoc skont l-Artikoli 1, 2 u 179 tas-CIR (76). Fl-aħħar nett, il-portijiet mhumiex naturalment u direttament soġġetti għall-IPM, iżda madankollu huma soġġetti għaliha biss ġaladarba dawn huma speċifikament eżentati mill-ISoc b'mod konformi mal-Artikolu 180(2) tas-CIR abbażi tad-diċitura stess tal-Artikolu 220(2) tas-CIR, li tikkontradixxi l-interpretazzjoni tal-awtoritajiet Belġjani li skonthom il-portijiet ma jħallsux l-ISoc minħabba li huma naturalment soġġetti għall-IPM bħala persuni ġuridiċi residenti li mhumiex “kumpaniji”.

(87)

Għalhekk, il-Kummissjoni mhix tal-istess fehma li anke kieku l-Artikolu 180(2) kellu jitħassar, il-portijiet xorta ma jkunux soġġetti għall-ISoc skont il-kriterji ġenerali tal-Artikoli 1 u 2 tas-CIR. Fid-dawl tal-fatturi msemmija fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni tqis, għall-kuntrarju, li skont ir-regoli ġenerali tal-liġi nazzjonali Belġjana, il-portijiet, li huma “kumpaniji” fis-sens tal-Artikolu 2 tal-CIR, ikollhom ikunu soġġetti għall-ISoc kieku dawn kienu eżenti formalment u inkondizzjonalment bl-Artikolu 180(2) tas-CIR. Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni tikkontesta li r-regoli dwar l-IPM jikkostitwixxu s-sistema ta' referenza għat-tassazzjoni tal-portijiet.

(88)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani u ċerti partijiet interessati sostnew li l-eżenzjoni mill-ISoc għall-portijiet tirriżulta, apparti mir-regoli ġenerali tas-CIR (l-Artikoli 1 u 2), minn regoli ġenerali oħra tal-liġi nazzjonali (prinċipju ġenerali tal-liġi, regola ġurisprudenzjali li skontha s-servizzi, il-kompiti u l-beni pubbliċi ma jiġux intaxxati sakemm il-liġi ma tipprovdix espressament mod ieħor, jew anke l-Kostituzzjoni Belġjana nfisha).

(89)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni normali tar-regoli ġenerali tal-liġi Belġjana twassal għas-sottomissjoni tal-portijiet għall-ISoc abbażi tad-dħul mill-attivitajiet ekonomiċi tagħhom.

(90)

Barra dan, anke jekk, kuntrarjament għal dak li għadha kif uriet il-Kummissjoni, ir-regoli nazzjonali inkwistjoni — jew l-interpretazzjoni tagħhom mill-amministrazzjoni — setgħu jwasslu għan-nuqqas ta' ħlas tal-ISoc mill-portijiet Belġjani, dawn ir-regoli jikkawżaw diskriminazzjoni bejn “impriżi” li jkollhom attivitajiet ekonomiċi skont is-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE (ara t-taqsima 5.1.1 hawn fuq). Bħall-Artikolu 180(2) tas-CIR fl-analiżi li tidher hawn taħt mill-Kummissjoni, dawn ir-regoli, jew is-sistema Belġjana tat-taxxa fuq id-dħul fis-sħuħija tagħha, għalhekk ikunu s-sors tal-vantaġġ mogħti lil ċerti “impriżi”, jiġifieri l-portijiet, meta dawk l-impriżi jkunu jinsabu, fir-rigward tal-profitti magħmula minn “attivitajiet ekonomiċi”, f'sitwazzjoni kumparabbli ma' impriżi oħra (persuni ġuridiċi residenti) soġġetti għall-ISoc fir-rigward tal-objettiv tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi residenti — jiġifieri l-intaxxar fuq il-profitti. Il-Kummissjoni tqis li l-portijiet ma jikkonformawx ma' “prinċipji operattivi partikolari li jiddistingwuhom b'mod ċar minn operaturi ekonomiċi oħra” soġġetti għall-ISoc (77). B'mod partikolari, il-fatt li l-portijiet ma jsegwux finijiet lukrativi (78) mhuwiex suffiċjenti biex jitqies li dawn huma f'sitwazzjoni differenti minn operaturi oħrajn soġġetti għall-ISoc. F'din l-ipoteżi, is-sistema Belġjana nfisha tkun waħda selettiva (79).

(91)

Għalhekk, għad illi l-Artikoli 1 u 2 tas-CIR jikkostitwixxu l-bażi legali tan-nuqqas ta' ħlas tal-ISoc mill-portijiet Belġjani, dan in-nuqqas ta' ħlas huwa miżura prima facie selettiva fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet.

5.1.4.2.    Evalwazzjoni tas-selettività dwar jekk l-Artikolu 180(2) tas-CIR jikkostitwixxix il-bażi legali tan-nuqqas ta' ħlas tal-ISoc mill-portijiet Belġjani

(92)

Kif jirriżulta mill-iżviluppi msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 180(2) tas-CIR huwa l-unika bażi legali tan-nuqqas ta' ħlas tal-ISoc mill-portijiet Belġjani u li, fin-nuqqas ta' tali dispożizzjoni, il-port ikollhom iħallsu l-ISoc bħal kull kumpanija jew intrapriża oħra li tiġġenera dħul taxxabbli minn attività ekonomika.

5.1.4.2.1.   Sistema ta' referenza u deroga mis-sistema ta'referenza

(93)

Il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta' referenza f'dan il-każ hija kostitwita mir-regoli fiskali ġenerali li jirriżultaw mill-Artikoli 1 u 2 tas-CIR. L-Artikolu 1 tas-CIR jistabbilixxi, għall-persuni ġuridiċi residenti fil-Belġju, sistema b'żewġ livelli ta' tassazzjoni fuq id-dħul: din tissottometti lill-“kumpaniji” għall-ISoc u lill-“persuni ġuridiċi minbarra l-kumpaniji” għall-IPM. L-Artikolu 2 tas-CIR jinkludi l-kriterji li jiddefinixxu l-“kumpaniji” u għalhekk jiddetermina l-persuni ġuridiċi li għandhom ikunu soġġetti għall-ISoc u, b'eliminazzjoni, dawk li d-dħul tagħhom għandu jiġi sottomess għall-IPM. L-Artikolu 179 jikkonferma li l-kontribwenti soġġetti għall-ISoc huma l-kumpaniji residenti.

(94)

L-Artikolu 180(2) tas-CIR jikkostitwixxi deroga minn dawn ir-regoli fiskali ġenerali. Filfatt, dan jeżenta l-portijiet mill-ISoc b'mod inkundizzjonat mingħajr ma japplika l-kriterji tad-distribuzzjoni ġenerali bejn l-ISoc u l-IPM li huma ddefiniti fl-Artikoli 1 u 2, jiġifieri bla ma jqis il-kwalità tal-“kumpaniji” (jew in-nuqqas tagħha) tal-portijiet imsemmija (80).

(95)

Sal-punt li, minħabba r-raġunijiet mogħtija fil-premessa (86), il-portijiet huma “kumpaniji” skont is-sens tal-Artikolu 1 tas-CIR, is-sistema ta' referenza għat-tassazzjoni fuq id-dħul tal-portijiet tista' tiġi ddefinita wkoll b'mod aktar ristrett, bħar-regoli kollha rigward it-tassazzjoni tal-kumpaniji (ISoc), jiġifieri l-Artikoli 1 u 179 tas-CIR li jipprovdu li l-“kumpaniji” residenti huma soġġetti għall-ISoc li hija ddefinita bħala “taxxa fuq id-dħul globali”.

(96)

Fid-dawl ta' din is-sistema ta' referenza, l-Artikolu 180(2) tas-CIR jikkostitwixxi espressament deroga (hija l-fini proprja tagħha) minħabba li jneħħi l-portijiet mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 179 u mill-ISoc, anke jekk sussegwentement dawn jiġu sottomessi għall-IPM skont l-Artikolu 220(2) tas-CIR. Fin-nuqqas tal-eżenzjoni espliċita u speċifika li tinsab fl-Artikolu 180(2) tas-CIR, il-portijiet Belġjani — bħall-kumpaniji residenti l-oħra — ikunu filfatt soġġetti bis-sħiħ għall-ISoc.

5.1.4.2.2.   Deroga mis-sistema ta' referenza li tintroduċi distinzjoni bejn l-operaturi li jinsabu, fid-dawl tal-objettiv segwit mis-sistema fiskali ta' referenza, f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika kumparabbli

(97)

Jirriżulta, minn dak li ntqal qabel, li l-Artikolu 180(2) tas-CIR jidderoga mir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni fuq id-dħul ta' “kumpaniji” (kemm b'referenza għar-regoli ġenerali tal-Artikoli 1 u 2 tas-CIR u kemm b'referenza għar-regoli anqas ġenerali tal-Artikolu 179 tas-CIR) u jintroduċi differenzazzjonijiet bejn operaturi li, fid-dawl tal-objettiv segwit mis-sistema fiskali ta' referenza, f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika kumparabbli. Filfatt, tkun xi tkun is-sistema ta' referenza adottata (l-ISoc jew tassazzjoni fuq id-dħul ta' persuni ġuridiċi residenti b'mod ġenerali), l-objettiv tat-taxxa fuq id-dħul huwa l-intaxxar fuq id-dħul, illi huwa objettiv li abbażi tiegħu, il-kumpaniji kollha huma, fir-rigward tal-profitti li jagħmlu mill-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, fl-istess sitwazzjoni fattwali u legali.

(98)

Il-fatt li l-portijiet m'għandhomx fini lukrativa jew li jagħtu anqas attenzjoni lid-dħul mill-investiment fuq perjodu ta' żmien qasir, ma jibdel xejn minn din l-evalwazzjoni. Huwa stabbilit li eżenzjoni fiskali favur impriżi b'fini mhux lukrativa li jwettqu attivitajiet ekonomiċi hija ġeneralment meqjusa bħala selettiva, anke jekk din tingħata fid-dawl tal-għan tal-leġiżlatur nazzjonali li jippromwovi organizzazzjonijiet meqjusa li jkun jistħoqqilhom dan minħabba merti soċjali (81). Il-fatt li l-portijiet Belġjani huma proprjetà ta' awtoritajiet pubbliċi u kkontrollati minnhom jew — attivitajiet ekonomiċi apparti — li jwettqu attivitajiet mhux ekonomiċi, bħal kompiti li jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, ma jimplikax li dawn huma f'sitwazzjoni legali u fattwali differenti fir-rigward tal-applikazzjoni tat-taxxa korporattiva fuq id-dħul iġġenerat mill-attivitajiet ekonomiċi tagħhom.

(99)

Il-miżura inkwistjoni hija għalhekk prima facie selettiva fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet.

5.1.4.3.    Ġustifikazzjoni bin-natura jew bl-iskema ġenerali tas-sistema ta' referenza

(100)

Kif indikat hawn fuq, huwa kompitu tal-Istat Membru li juri li d-deroga hija ġġustifikata bin-natura jew bl-iskema ġenerali tas-sistema fiskali ta' referenza. Fl-istadju finali tal-analiżi bi tliet stadji, huma biss il-karatteristiċi inerenti tas-sistema ta' referenza fiskali li jistgħu jiġġustifikaw xi trattament differenzjali.

(101)

Il-konformità ta' miżura mal-liġi nazzjonali ma tistax, bħala tali, tikkostitwixxi ġustifikazzjoni bl-iskema tas-sistema dment li ma jintweriex li din il-ġustifikazzjoni tirriżulta mill-karatteristiċi inerenti tas-sistema fiskali ta' referenza (82).

(102)

F'dan ir-rigward, id-Deċiżjoni Nru 151/2016 tal-Qorti Kostituzzjonali Belġjana tal-1 ta' Diċembru 2016, fi kwalunkwe każ, m'għandhiex il-kamp ta' applikazzjoni li qed jippruvaw jagħtuha l-awtoritajiet Belġjani. Filfatt, din id-deċiżjoni ma tirrigwardax l-eżenzjoni mill-ISoc li jibbenefikaw minnha l-portijiet fir-rigward tal-liġi tal-għajnuna mill-Istat iżda s-sottomissjoni għall-ISoc tal-korpi intermuniċipali, tal-istrutturi ta' koperazzjoni u tal-assoċjazzjonijiet tal-proġetti, fid-dawl tal-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni, b'mod li n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fil-liġi nazzjonali ma tippreġudikax in-nuqqas ta' selettività fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(103)

Bl-istess mod, peress li l-kriterju deċiżiv għas-sottomissjoni għall-ISoc jew għall-IPM huwa l-eżerċizzju, mill-entità inkwistjoni, ta' “attività operattiva” jew ta'“operazzjonijkiet ta' natura lukrativa” (ara l-Artikolu 2 tas-CIR), il-fatti allegati li l-portijiet huma eżentati mill-ISoc minħabba li ma jqassmux il-profitt tagħhom iżda jinvestuhom mill-ġdid, isegwu objettiv li jmur lil hinn mill-interess individwali tagħhom, li m'għandhomx objettiv statutorju li jagħmlu l-profitti, li huma parti mill-awtoritajiet pubbliċi u li jwettqu kompiti ta' interess ġenerali, mhumiex suffiċjenti biex jiġġustifikaw trattament fiskali aktar favorevoli minn dak ta' kumpanniji residenti oħra fid-dawl tal-prinċipji gwida tas-sistema fiskali. B'hekk, minħabba dawn ir-raġunijiet, kumpaniji oħra li bl-istess modjerġgħu jinvestu l-profitt tagħhom, isegwu objettivi jew joħolqu effetti fuq l-ekonomija li jmorru lil hinn mill-interess individwali tagħhom (83) ma jkunux eżentati mill-ISoc. Bl-istess mod, entitajiet li ma jagħmlux parti mill-awtoritajiet pubbliċi (bħall-assoċjazzjonijiet bla fini lukrativa) jistgħu jkunu soġġetti għall-IPM dment li dawn jissodisfaw il-kriterju ġenerali stabbilit fl-Artikolu 2 tas-CIR, b'tali mod li s-sħubija tagħhom fl-isfera pubblika tkun rilevanti wkoll għar-regoli nazzjonali. Għalhekk, dawn l-assoċjazzjonijiet, minkejja li għandhom fini statutorja mhux lukrativa, xorta jistgħu jkunu soġġetti għall-ISoc skont il-kriterji ġenerali tal-Artikoli 1 u 2 tas-CIR jekk jeżerċitaw attività ta' “sfruttar” jew iwettqu “operazzjonijiet ta' natura lukrativa”.

(104)

L-allegat fatt li r-riżorsi tal-portijiet mhux dejjem ikopru l-ispejjeż tagħhom ma jistax jikkostitwixxi ġustifikazzjoni għal eżenzjoni mit-taxxa korporattiva billi, f'din is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' profitt, ebda taxxa ma tkun dovuta skont l-applikazzjoni tas-sistema normali tat-taxxa fuq id-dħul, ġaladarba t-telf jista' jiġi differit u imputat fuq qligħ ġejjieni possibbli li jsir minn attivitajiet ekonomiċi, b'mod li l-eżenzjoni ma tkunx meħtieġa u ma jkollha ebda konsegwenza għajr f'każ meta l-portijiet jagħmlu profitt taxxabbli. Il-Kummissjoni tinnota li, matul il-perjodu 2004-2014 (ħdax-il sena), ir-riżultati tal-portijiet ta' Antwerp, ta' Ghent, ta' Zeebrugge u ta' Ostend kienu kważi dejjem pożittivi (riżultat negattiv għal Antwerp fl-2011 u riżultat negattiv għal Ostende fl-2013), u għaldaqstant il-ġustifikazzjoni invokata hija teoretika u saħansitra kontradetta mill-fatti. Barra dan, ebda eżenzjoni mill-ISoc simili għal dik li jgawdu minnha l-portijiet ma hija pprovduta għal “kumpaniji” oħra f'każ li r-riżorsi tagħhom ma jkoprux l-ispejjeż tagħhom.

(105)

Bl-istess raġunament, il-fatt li ċerti spejjeż mhux inerenti għall-iskop soċjali ta' impriża ma jkunux deduċibbli mill-ISoc, skont l-Artikolu 49 tas-CIR, lanqas ma jiġġustifika l-eżenzjoni mill-ISoc tal-portijiet. L-Artikolu 49 tas-CIR jistipula li jitnaqqsu “l-ispejjeż li kontribwent ikun għamel jew sostna matul il-perijodu taxxabbli sabiex jakkwista jew iżomm dħul taxxabbli”. Qabelxejn, l-eżenzjoni mill-ISoc li jgawdu minnha l-portijiet mhijiex marbuta mal-fatt li l-portijiet huma finanzjarjament żvantaġġati mill-Artikolu 49 tas-CIR: l-eżenzjoni mill-ISoc tirrigwarda l-profitti kollha magħmula u mhix limitata għall-profitti li jirriżultaw mill-assenza potenzjali ta' tnaqqis ta' ċerti spejjeż skont l-Artikolu 49 tas-CIR. L-eżenzjoni mill-ISoc tal-portijiet għalhekk mhix iġġustifikata b'regola gwida tas-sistema fiskali Belġjana, anke jekk nassumu li l-Artikolu 49 tas-CIR jikkostitwixxi tali regola gwida. Barra dan, la l-awtoritajiet Belġjani u lanqas il-partijiet interessati ma juru, fid-dawl tal-objettiv tal-miżura (84) u tad-diċitura tiegħu, kif tali dispożizzjoni hija tabilħaqq tali li tfixkel it-tnaqqis tal-ispejjeż li jsiru fuq l-attivitajiet mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali tal-portijiet. Il-portijiet ta' Antwerp u ta' Zeebrugge, terġa' u tgħid, sempliċement jippreżentaw din il-problema bħala riskju sempliċi u mhux bħala fatt magħruf.

(106)

It-tieni nett, il-fatt li l-eżenzjoni mill-ISoc tal-portijiet, bħall-eżenzjoni mit-taxxa fuq beni pubbliċi jew privati ta' ċerti persuni pubbliċi assenjati għal servizz pubbliku, tirriżulta minn prinċipju ġenerali tal-liġi kif ukoll mill-Kostituzzjoni Belġjana nfisha — dejjem jekk nassumu li dan il-fatt huwa stabbilit (85) — mhuwiex neċessarjament ta' tali natura li jiġġustifika din l-eżenzjoni bin-natura jew bl-iskema ġenerali tas-sistema, safejn il-kunsiderazzjonijiet meqjusa mill-kostitwent jew mill-qrati nazzjonali jistgħu jkunu esterjuri għall-funzjonament tajjeb tas-sistema fiskali jew għall-prinċipji gwida tiegħu.

(107)

Fl-aħħar nett, l-argumenti tal-awtoritajiet Belġjani u tal-partijiet interessati marbuta mal-kriterji żviluppati mill-ġurisprudenza nazzjonali biex issir evalwazzjoni dwar jekk persuna ġuridika tkunx “kumpanija” fis-sens tal-Artikoli 1 u 2 tas-CIR (nuqqas ta' metodi industrijali u kummerċjali b'mod partikolari) huma ineffettivi biex juru l-ġustifikazzjoni tal-miżura permezz tal-loġika intrinsika tas-sistema fiskali, peress illi fil-fatt dawn huma maħsuba biex jagħtu prova li l-portijiet mhumiex “kumpaniji”, u f'dan il-każ in-nuqqas ta' sottomissjoni għall-ISoc tkun selettiva bil-fatt innifsu tal-għażla tal-kriterji użati biex jiġu stabbiliti l-limiti tas-sistema ta' referenza (ara hawn fuq) u mhux minħabba xi deroga minn din is-sistema ta' referenza li tista' tiġi ġġustifikata.

5.1.5.   DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI U EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ

(108)

Biex titqies bħala għajnuna mill-Istat, il-miżura trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. Dawn iż-żewġ kriterji huma relatati mill-qrib.

(109)

Skont il-ġurisprudenza, distorsjoni tal-kompetizzjoni ġeneralment tiġi rikonoxxuta meta l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn tkun teżisti jew tista' teżisti l-kompetizzjoni (86). Madankollu huwa inkontestabbli li teżisti l-kompetizzjoni fis-settur tal-portijiet u li din tiġi intensifikata permezz tan-natura u tal-karatteristiċi proprji tat-trasport, b'mod partikolari f'dak marittimu u f'dak fuq l-ilmijiet interni. Is-servizzi ta' trasport ipprovduti mill-portijiet, għall-anqas sa ċertu punt, huma f'kompetizzjoni ma' dawk ipprovduti minn portijiet oħrajn jew minn fornituri oħra ta' trasport fil-Belġju u fi Stati Membri oħrajn.

(110)

Għaldaqstant, fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati dwar abbozz ta' regolament għas-settur tal-portijiet, “il-partijiet interessati kollha saħqu fuq il-bżonn ta' kundizzjonijiet ekwi, stabbli u ġusti […] għall-kompetizzjoni” interportwarja “(kompetizzjoni bejn il-portijiet) […]” (87). Bl-istess mod, il-portijiet, b'mod partikolari l-portijiet interni u b'mod aktar ġenerali t-transport fuq l-ilmijiet li miegħu jiffurmaw bħal katina, huma f'kompetizzjoni ma' forom oħra ta' trasport. Barra dan, il-kompetizzjoni hija partikolarment aktar intensa bejn il-portijiet tal-kosta Belġjana u Netherlandiża (f'dan ir-rigward spiss issir referenza għaż-żona Amsterdam — Rotterdam — Antwerp).

(111)

Billi ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-benefiċjarji fil-kummerċ internazzjonali, il-miżura għalhekk tista' taffettwa l-kummerċ ġewwa l-Unjoni u toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(112)

Barra dan, dan il-fatt jimplika li miżuri simili ta' għajnuna mill-Istat jeżistu fi Stati Membri oħrajn u li r-reazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta' dawn il-miżuri possibbli m'għandhiex influwenza fuq il-kwalifika tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat, u li l-miżura li tibbenefika lill-portijiet Belġjani msemmija fl-Artikolu 180(2) tas-CIR tirriżulta f'titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fir-rigward ta' sitwazzjoni ta' referenza li fiha dawn ikunu taxxabbli taħt il-kundizzjonijiet normali tas-sistema tat-taxxa korporattiva (88).

(113)

Barra dan, anke kieku stess nistgħu nqisu li l-portijiet igawdu minn monopolju legali biex joffru s-servizzi tagħhom ġewwa l-port li joperaw fih, is-servizzi ta' trasport li joffru huma, almenu sa ċertu punt, f'kompetizzjoni ma' dawk offruti minn fornituri tat-trasport oħrajn, b'mod partikolari l-portijiet ta' Stati Membri oħra.

(114)

L-opinjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni Netherlandiża msemmija mill-partijiet interessati mhux rilevanti fil-kuntest tal-proċedura attwali tal-għajnuna mill-Istat. Filfatt din ma tirrigwardax l-evalwazzjoni tal-iskema skont l-Artikolu 107 tat-TFUE li tesiġi analiżi speċifika tal-kundizzjoni dwar il-kompetizzjoni. L-Artikolu 25 tad-Digriet tal-Port Fjamming tat-2 ta' Marzu 1999 jimplika wkoll li t-tariffi mitluba mill-portijiet għandhom influwenza fuq il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom (89). Il-preżenza tal-kompetizzjoni bejn il-portijiet Ewropej hija kkonfermata wkoll mill-kummenti tal-portijiet pubbliċi Netherlandiżi.

(115)

Barra dan, ir-referenzi għall-paragrafi 211, 219 u 220 tal-Komunikazzjoni tad-19 ta' Lulju 2016 mhumiex rilevanti f'dan il-każ minħabba li ma jirrigwardawx l-infrastrutturi tal-port imsemmija fil-paragrafu 215. Dan l-aħħar punt jgħid li “il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-portijiet jiffavorixxi attività ekonomika u għalhekk huwa, fil-prinċipju, soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat” u li “l-portijiet il-portijiet jistgħu jikkompetu ma' xulxin u l-finanzjament tal-infrastruttura tal-portijiet għalhekk probabbilment taffettwa wkollil-kummerċ bejn l-Istati Membri”. Barra dan, il-punti 219 u 220 tal-komunikazzjoni msemmija hawn fuq jindikaw li l-għajnuna għall-kostruzzjoni tal-infrastrutturi inkwistjoni jista' ma jkollhiex effett fuq il-kummerċ intrakomunitarju jew fuq il-kompetizzjoni, filwaqt li l-miżura inkwistjoni f'din il-proċedura ma tikkostitwixxix għajnuna għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura iżda għajnuna operattiva marbuta mal-profitt magħmul fil-kuntest tal-isfruttar tiegħu.

5.1.6.   KONKLUŻJONI

(116)

Fid-dawl tal-argumenti msemmija hawn fuq, l-eżenzjoni fiskali pprevista fl-Artikolu 180(2) tas-CIR għall-portijiet Belġjani tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, sal-punt li d-dħul eżentat ikun ġej mill-attivitajiet ekonomiċi mwettqa mill-portijiet.

5.2.   KUMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURA MAS-SUQ KOMUNI

(117)

Huwa kompitu tal-Istat Membru involut li juri li l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat tista' titqies bħala kumpatibbli mas-suq intern. Fid-diversi kontributi, tweġibiet u kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani ma ressqu ebda argument dwar il-kumpatibbiltà tal-miżura. Ir-Reġjun ta' Walloon u l-portijiet tal-Walloon jqisu li l-Artikoli 93 u 106(2) tat-TFUE jistgħu jikkostitwixxu bażi adegwata għall-kumpatibbiltà. L-awtoritajiet tal-port ta' Antwerp u ta' Zeebrugge jagħmlu l-istess fir-rigward tal-Artikolu 93 tat-TFUE.

(118)

L-ewwel nett, l-Artikolu 106(2) tat-TFUE jipprovdi li l-kumpens għat-twettiq ta' kompiti ta' servizz pubbliku jista' jiġi ddikjarat bħala kumpatibbli mas-suq intern kemm-il darba jissodisfa ċerti kundizzjonijiet (90). Madankollu, il-Kummissjoni tirrimarka li l-miżura inkwistjoni, li torbot l-ammont tal-għajnuna mal-profitti magħmula, la hija marbuta u lanqas limitata għall-ispejjeż netti tal-kompiti ta' servizz pubbliku (91), għalkemm din hija kundizzjoni meħtieġa biex l-għajnuna tiġi rikonoxxuta bħala kumpatibbli abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Għaldaqstant, il-miżura ma tistax titqies bħala kumpens għal servizz pubbliku kumpatibbli mas-suq intern u mhix kumpatibbli abbażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(119)

It-tieni nett, l-Artikolu 93 tat-TFUE jiddikjara li l-għajnuniet li jissodisfaw l-esiġenzi tal-kordinament tat-trasport jew li jirrappreżentaw rimborż ta' ċerti obbligi inerenti fil-kunċett tas-servizz pubbliku jistgħu wkoll jiġu ddikjarati bħala kumpatibbli mas-suq intern. Jekk il-portijiet għandhom rwol importanti fl-iżvilupp tat-trasport multimodali, mhux l-investimenti kollha tal-port jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 93 tat-TFUE, għax dan huwa limitat għal għajnuniet favur l-ilħuq tal-esiġenzi tal-kordinazzjoni tat-trasport. Barra dan, l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva ma tikkostitwixxix għajnuna għall-investiment iżda għajnuna operattiva li mhix maħsuba għal investimenti speċifiċi. Il-miżura tiffavorixxi lill-intrapriżi l-aktar profittabbli u għalhekk għandha kapaċità interna a priori ikbar biex tiffinanzja l-investimenti. Lanqas ma għandha l-għan li tikkumpensa l-ispiża ta' ċerti obbligi inerenti fil-kunċett tas-servizz pubbliku kif innutat hawn fuq. Barra minn hekk, il-miżura, jiġifieri l-eżenzjoni fiskali, tirriżulta f'vantaġġ mhux limitat fir-rigward ta' kwalunkwe spiża li ssir. Għalhekk din ma tkunx limitata għall-ammont meħtieġ biex titwettaq il-kordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż ta' ċerti obbligi inerenti fil-kunċett tas-servizz pubbliku u għaldaqstant ma tiggarantix il-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Lanqas ma jkollha effett ta' xi inċentiv identifikat. Għalhekk, l-Artikolu 93 tat-TFUE mhuwiex applikabbli.

(120)

It-tielet nett, għalkemm l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE ma ġiex invokat mill-Belġju jew mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni qed teżamina jekk il-miżura inkwistjoni hijiex tali li “tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi” mingħajr ma tibdel il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jmur kontra l-interess komuni. Għar-raġunijiet diġà msemmija hawn fuq (in-nuqqas ta' proporzjonalità, in-nuqqas ta' effett ta' inċentiv u n-nuqqas ta' konnessjoni ma' xi objettiv ta' interess ġenerali identifikat), il-Kummissjoni tqis, madankollu, li l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE mhuwiex applikabbli.

5.3.   GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW GĦAJNUNA ĠDIDA

(121)

L-awtoritajiet Belġjani spjegaw li l-portijiet kienu ilhom soġġetti għat-taxxa korporattiva mill-1960 u li qabel dak iż-żmien kienu soġġetti għat-taxxa skedulari, li hija taxxa simili għat-taxxa korporattiva. It-trattament fiskali riżervat għall-portijiet kien marbut ukoll mal-istatus legali tal-portijiet, li varja minn żmien għal żmien. Skont l-awtoritajiet Belġjani, is-sistema tat-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi kienet diġà applikabbli għall-portijiet qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Ruma fl-1958. Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta, il-portijiet dejjem kienu eżenti mit-taxxa korporattiva.

(122)

B'mod konformi mal-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament ta' Proċedura, l-iskemi ta' għajnuna implimentati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat jikkostitwixxu skemi ta' għajnuniet eżistenti.

(123)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, l-eżenzjoni fiskali mit-taxxa korporattiva fil-każ tal-portijiet kienet applikabbli qabel l-1958 u ma nbidlitx b'xi mod sostanzjali minn dak iż-żmien. Għaldaqstant, il-miżura titqies bħala skema ta' għajnuna eżistenti.

6.   RIGWARD IT-TALBA TAL-AWTORITAJIET BELĠJANI LI JINGĦATA PERJODU TRANŻITORJU LILL-PORTIJIET BELĠJANI

(124)

Fir-rigward tat-talba għal perjodu tranżitorju mressqa mill-awtoritajiet Belġjani, il-Kummissjoni tfakkar li, f'dan l-istadju tal-proċedura dwar għajnuna eżistenti, fil-prinċipju ma jistax jingħata perjodu tranżitorju ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Fid-deċiżjoni finali, il-Kummissjoni tista' tagħti biss lill-Istat Membru inkwistjoni perjodu raġjonevoli ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-bidliet meħtieġa.

(125)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li sa mill-bidu tal-proċedura ta' koperazzjoni mnedija fid-9 ta' Lulju 2014, l-awtoritajiet Belġjani diġà kellhom ċertu perjodu ta' żmien biex jibdew riflessjoni dwar bidliet leġiżlattivi possibbli. Tinnota wkoll li mhuwiex possibbli, kif qed jitħassbu l-awtoritajiet Belġjani, li l-portijiet isiru soġġetti għat-taxxa korporattiva fl-1 ta' Jannar 2017.

(126)

B'mod konformi mar-rwol imperattiv mogħti lilha mill-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha ttemm b'mod diliġenti l-għajnuniet mill-Istat li huma meqjusa bħala inkumpatibbli mas-suq intern u treġġa' lura l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Kemm-il darba, f'dan l-istadju ta' proċedura, il-Kummissjoni tqis li tkun ingħatat għajnuna inkompatibbli lil ċerti intrapriżi, hija ma tistax, fil-prinċipju, tissospendi l-proċedura tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni jew tikkonċedi xi perjodu tranżitorju għaliex dan kieku jwassal għal awtorizzazzjoni ta' perjodu itwal ta' ħlas ta' għajnuna inkumpatibbli mas-suq intern, u dan ikun ukoll inġust fir-rigward tal-kompetituri li ma jirċevux għajnuna jew anke xi ammont aktar baxx ta' għajnuna. Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li l-portijiet Netherlandiżi, li ilhom soġġetti għat-taxxa korporattiva mill-1 ta' Jannar 2017, qegħdin jitolbuha tissottometti b'mod rapidu lill-portijiet Belġjani għat-taxxa korporattiva.

(127)

Kif innutat hawn fuq, il-preżenza potenzjali ta' għajnuniet oħrajn mill-Istat lill-portijiet oħrajn fi Stati Membri oħrajn ma tiġġustifikax is-sospensjoni tal-proċedura jew il-posponiment tad-dħul fis-seħħ ta' miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Tali posponiment ikollu effett li jestendi d-distorsjonijiet attwali bejn il-portijiet tat-Tramuntana tal-Ewropa, b'mod aktar preċiż bejn il-portijiet Belġjani, il-portijiet Netherlandiżi diġà msemmija u l-portijiet Franċiżi peress li dawn huma soġġetti għal deċiżjoni simili u parallela li telimina l-eżenzjonijiet fiskali li qegħdin igawdu minnhom bħalissa.

(128)

Madankollu, il-fatt li l-Kummissjoni ppermettiet, allegatament, perjodu ta' implimentazzjoni itwal fin-Netherlands fil-Kawża SA.25338 (92) mhuwiex rilevanti biex jappoġġja talba għal perijodu tranżitorju f'dan il-każ. Il-Kummissjoni tittratta lill-Istati Membri kollha bl-istess mod u kull każ fid-dawl tal-karatteristiċi proprji tiegħu, u l-każ Netherlandiż ma jistax jitqabbel mal-każ Belġjan. Barra dan, fid-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni rrifjutat b'mod espliċitu li tagħti perjodu ta' tranżizzjoni fin-Netherlands, minkejja l-preżenza ta' miżuri simili li għadhom fis-seħħ fi Stati Membri oħra. Huwa nnutat ukoll il-fatt li n-Netherlands kellha ttemm il-vantaġġi fiskali inkwistjoni qabel il-Belġju, u dan minnu nnifsu ma ffavorixxix lill-portijiet tagħhom.

(129)

Barra dan, f'dan il-każ, l-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Belġjani dwar id-diffikultajiet tal-konformità fir-rigward tal-liġi nazzjonali ma jikkostitwixxux ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw perjodu tranżitorju. B'mod partikolari, kif irrimarkat il-Kummissjoni hawn fuq, it-tħassir tal-Artikolu 180(2) tas-CIR għandu, fil-prinċipju, ikun suffiċjenti biex il-portijiet jiġu soġġetti għall-ISoc. Bl-istess mod, il-fatt li l-mogħdija ta' persuna ġuridika mill-IPM għall-ISoc mhix irregolata b'mod speċifiku mil-liġi fiskali Belġjana mhuwiex argument suffiċjenti; l-amministrazzjoni fiskali Belġjana għandha l-possibbiltà (u filfatt il-funzjoni) li tirriklassifika l-attività ta' entità soġġettagħall-IPM sabiex tissottomettiha għall-ISoc, fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni li torganizza din il-mogħdija. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani ma spjegawx kif it-tħassir ta' eżenzjoni inkundizzjonata mill-ISoc għall-portijiet imur kontra l-prinċipju tal-ugwaljanza, anke jekk nassumu li din iċ-ċirkustanza, misluta mil-liġi nazzjonali, hija rilevanti sabiex jingħata perjodu tranżitorju. Għall-kuntrarju, ir-riforma reċenti maħsuba biex tissottometti lill-korpi intermuniċipali Belġjani għall-ISoc — meta preċedentement dawn kienu eżenti mill-ISoc u sottomessi għall-IPM (li huwa wkoll il-każ tal-portijiet) — kienet ġiet ippreżentata mill-Gvern Belġjan bil-għan li jippromwovi l-ugwaljanza fit-trattament (93).

(130)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qatt ma approvat il-miżura inkwistjoni, li qatt ma ġiet innotifikata mill-awtoritajiet Belġjani. Il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-aspettattiva leġittima għalhekk mhumiex applikabbli f'dan il-każ, speċjalment għaliex — ġaladarba l-miżura hija għajnuna eżistenti — il-Kummissjoni ma tistax tordna l-irkupru tal-għajnuniet mogħtija fl-imgħoddi.

7.   RIGWARD IT-TALBIET TAL-PORTIJIET NETHERLANDIŻI

(131)

Fir-rigward tat-talba tal-portijiet Netherlandiżi li tiġi postposta s-sottomissjoni tagħhom għat-taxxa korporattiva, il-Kummissjoni tfakkar li l-proċedura preżenti ma tirrigwardax lill-portijiet Netherlandiżi iżda lill-portijiet Belġjani. Fid-deċiżjoni finali tagħha fil-każ SA.25338 li jirrigwarda lill-portijiet Netherlandiżi (94), il-Kummissjoni rrifjutat wara kollox li tipposponi s-sottomissjoni tal-portijiet Netherlandiżi għat-taxxa korporattiva għall-istess raġunijiet ta' prinċipju msemmija f'din id-Deċiżjoni. Is-sottomissjoni tal-portijiet Netherlandiżi għat-taxxa korporattiva hija wkoll madankollu konsegwenza tal-liġi nazzjonali Netherlandiża u fi kwalunkwe każ il-Kummissjoni, fl-ambitu tal-Artikolu 107 tat-TFUE, mhix f'qagħda li timponi fuq Stat Membru xi bidla fil-leġiżlazzjoni tiegħu sabiex jagħti għajnuniet mill-Istat lil ċerti operaturi.

8.   KONKLUŻJONI

(132)

L-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva favur il-portijiet Belġjani msemmija fl-Artikolu 180(2) tas-CIR tikkostitwixxi skema eżistenti ta' għajnuna mill-Istat li mhix kompatibbli mas-suq intern.

(133)

L-awtoritajiet Belġjani għandhom għalhekk ineħħu l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva għall-kumpaniji inkwistjoni u jissottomettu lill-entitajiet involuti għat-taxxa korporattiva. Din il-miżura għandha tiġi adottata qabel tmiem is-sena kalendarja kurrenti fid-data ta' din id-deċiżjoni u għandha tiġi applikata fuq id-dħul iġġenerat mill-attivitajiet ekonomiċi sa mhux aktar tard mill-bidu tas-sena fiskali ta' wara l-adozzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva favur il-portijiet Belġjani msemmija fl-Artikolu 180(2) tas-CIR tikkostitwixxi skema eżistenti ta' għajnuna mill-Istat li mhix kumpatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

1.   Il-Belġju huwa obbligat jabolixxi l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva msemmija fl-Artikolu 1 u li jissottometti għat-taxxa korporattiva l-entitajiet li tapplika affavur tagħhom din l-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva.

2.   Il-miżura li permezz tagħha l-Belġju se jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 1 għandha tiġi adottata qabel tmiem is-sena kalendarja kurrenti fid-data tan-notifika ta' din id-deċiżjoni. Din il-miżura għandha tiġi applikata fuq id-dħul iġġenerat mill-attivitajiet ekonomiċi sa mhux aktar tard mill-bidu tas-sena fiskali ta' wara l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Il-Belġju għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li jkunu ttieħdu biex jkkonforma magħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 302, 19.8.2016, p. 5.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(3)  ĠU C 156, 2.5.2016, p. 46-47.

(4)  Id-Digriet tad-9 ta' Marzu 2016, Port Autonome du Centre et de l'Ouest SCRL et vs Il-Kummissjoni, T-438/15, ECLI:UE:T:2016:142.

(5)  ĠU C 175, 17.5.2016, pp. 23.

(6)  Id-Digriet tas-27 ta' Ottubru 2016, Port Autonome du Centre et de l'Ouest SCRL et vs Il-Kummissjoni, T-116/16, ECLI:UE:T:2016:656.

(7)  ĠU C 302, 19.8.2016, p. 5.

(8)  L-Artikolu 1(1) tas-CIR: “Huma stabbiliti bħala taxxi fuq id-dħul:

(1)

taxxa fuq id-dħul globali tal-abitanti tar-Renju, imsejħa taxxa fuq il-persuni fiżiċi;

(2)

taxxa fuq id-dħul globali tal-kumpaniji residenti, imsejħa taxxa fuq il-kumpaniji;

(3)

taxxa fuq id-dħul ta' persuni ġuridiċi Belġjani oħra li ma humiex kumpaniji, imsejħa taxxa fuq il-persuni ġuridiċi;

(4)

taxxa fuq id-dħul ta' persuni mhux residenti, imsejħa taxxa fuq il-persuni mhux residenti.”.

(9)  L-Artikolu 179 tas-CIR itenni din ir-regola stipulata fl-Artikolu 1. Ir-regoli dwar l-ISoc huma stabbiliti fit-Titolu III, l-Artikoli 179 sa 219a tas-CIR.

(10)  Ir-regoli dwar l-ISoc huma stabbiliti fit-Titolu IV, l-Artikoli 220 sa 226a tas-CIR.

(11)  L-Artikolu 180(2) tas-CIR jirreferi għal danw l-entitajiet: SCRL Port autonome du Centre et de l'Ouest (kumpanija koperattiva b'responsabbiltà limitata), il-Compagnie des installations maritimes de Bruges, il-Port ta' Brussell, l-awtoritajiet awtonomi tal-port muniċipali ta' Antwerp, Ostende u Ghent, il-portijiet awtonomi ta' Liège, Charleroi u Namur, il-kumpaniji b'responsabbiltà limitata “Waterwegen en Zeekanaal” u “De Scheepvaart”. L-Artikolu 110 tal-Liġi tat-18 ta' Diċembru 2016 dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tal-crowdfunding li jistabbilixxi diversi dispożizzjonijiet dwar il-finanzi (M.B. tal-20 ta' Diċembru 2016; Numac: 2016003460) rigward l-Artikolu 180(2) tas-CIR jistipula li: “(…) il-kliem “l-awtoritajiet awtonomi tal-port muniċipali ta' Antwerp u Ostend, il-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata Havenbedrijf Gent” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “l-awtorità awtonoma tal-port muniċipali ta' Ostend, il-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata Havenbedrijf Antwerpen en Havenbedrijf Gent”.”.

(12)  L-Artikolu 220 tas-CIR: “Huma soġġetti għat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi: (…) 2 il-persuni ġuridiċi li, skont l-Artikolu 180, mhumiex soġġetti għat-taxxa korporattiva; (…)”.

(13)  L-Artikolu 221 tas-CIR: “Il-persuni ġuridiċi soġġetti għat-taxxa fuq persuni ġuridiċi huma taxxabbli biss fuq il-bażi ta':

1.

dħul katastali mill-proprjetà immobbli tagħhom li tkun tinsab fil-Belġju, (…);

2.

dħul u prodotti ta' kapital u proprjetà mobbli, inklużi l-ewwel pagamenti ta' dħul imsemmija fl-Artikoli 21(5), (6) u (10), u l-imgħax imsemmi fl-Artikolu 21(13) u dħul imsemmi fl-Artikolu 90 minn (5) sa (7) u (11).”

(14)  L-Artikolu 225 tas-CIR: “It-taxxa marbuta mad-dħul imsemmi fl-Artikolu 221 għandha tkun daqs it-taxxa minn ras il-għajn fuq proprjetà immobbli u proprjetà mobbli. (…)”.

(15)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2002, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, C-82/01, ECLI:UE:C:2002:617.

(16)  C.C., id-19 ta' Novembru 2015, nru 162/2015; M. B. tal-5 ta' Frar 2016; Numac: 2015205632.

(17)  M. B. tat-8 ta' April 1999; Numac: 1999035415. Ara l-Artikolu 13(3): “Id-dazji tal-port jiġu stabbiliti b'mod awtonomu mill-awtoritajiet tal-port, fi proporzjon raġonevoli mal-valur tal-kontroparti (…)”.

(18)  Dan il-punt issemma wkoll mill-Kummissjoni tal-Port Fjamminga. Din iddikjarat li l-finanzjament tal-gvern għall-infrastrutturi tal-aċċess marittimu (speċjalment it-tħaddim ta' mgħalaq u t-tħammil ta' rotot ta' navigazzjoni li jaqsmu ċerti portijiet), għall-infrastruttura bażika tal-port u għas-servizzi ta' kaptanerija tal-port naqsu f'dawn l-aħħar snin.

(19)  Q.K., l-1 ta' Diċembru 2016, Nru 151/2016; M. B. tat-12 ta' Jannar 2017; Numac: 2016206080.

(20)  ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1.

(21)  Rapport tal-awtorità Netherlandiża tal-kompetizzjoni dwar l-awtorità tal-port ta' Rotterdam, 2005, P_600019/255.R261, p. 2.

(22)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs l-Italja, 118/85, ECLI:UE:C:1987:283, paragrafu 7; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs l-Italja, C-35/96, ECLI:UE:C:1998:303, paragrafu 36.

(23)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Settembru 2000, Pavlov u oħrajn, Kawżi Magħquda C-180/98 à C-184/98, ECLI:UE:C:2000:428, paragrafu 74.

(24)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011, Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt u oħrajn vs Il-Kummissjoni, Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08, ECLI:UE:T:2011:117, b'mod partikolari l-paragrafi 93 u 94, ikkonfermata wara appell bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2012, Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs Il-Kummissjoni, C-288/11 P, ECLI:UE:C:2012:821, b'mod partikolari l-paragrafi 40 sa 43 u 47. Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:UE:T:2000:290, paragrafu 125, ikkonfermata wara appell bis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2002, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, C-82/01 P, ECLI:UE:C:2002:617.

(25)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat N 385/2009 — Finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-port fil-port ta' Ventspils (ĠU C 62, 13.3.2010, p. 7); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat 44/2010 — Ir-Repubblika tal-Latvja — Finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-port f'Krievu salā (ĠU C 215, 21.7.2011, p. 21); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2012 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.30742 (N/2010) — il-Litwanja — Kostruzzjoni ta' infrastrutturi ta' laneċ tal-passiġġieri u tal-merkanzija f'terminali ta' Klaipeda (ĠU C 121, 26.4.2012, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35418 (2012/N) — il-Greċja — Estensjoni tal-Port ta' Piraeus (ĠU C 256, 5.9.2013, p. 2); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36953 (2013/N) — Spanja — Awtorità tal-Port ta' Bahía de Cádiz (ĠU C 335, 16.11.2013, p. 1);

(26)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36953 (2013/N) — Spanja — Awtorità tal-Port ta' Bahía de Cádiz (ĠU C 335, 16.11.2013, p. 1).

(27)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Diċembru 1991, Merci Convenzionali Porto di Genova, C-179/90, ECLI:UE:C:1991:464, paragrafi 3 u 27. is-Sentenza tal-Qorti tas-17 ta' Lulju 1997 fil-Kawża C-242/95 GT-Link A/S vs de Danske Statsbaner, ECLI:UE:C:1997:376, paragrafu 52 “Madankollu, ma jirriżultax li l-isfruttar operattiv ta' kwalunkwe port kummerċjali jaqa' taħt il-ġestjoni ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jew li, b'mod partikolari, is-servizzi kollha pprovduti f'port bħal dan jaqgħu taħt dak il-kompitu.”

(28)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37402 — Port franc de Budapest (ĠU C 141, 9.5.2014, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34501 — Port intérieur de Königs Wusterhausen/Wildau (ĠU C 176, 21.6.2013, p. 1); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38478 — Port de Györ-Gönyü (ĠU C 418, 21.11.2014, p. 1).

(29)  Ara l-Artikolu 15(1), (dwar “id-dazji tal-portijiet ġenerali”) tad-Digriet tal-Port Fjamming tat-2 ta' Marzu 1999.

(30)  Ara l-Artikolu 15(2), (dwar “id-dazji tal-portijiet ġenerali”) tad-Digriet tal-Port Fjamming tat-2 ta' Marzu 1999.

(31)  Ara l-Artikolu 25(2), (“Il-Gvern Fjamming huwa awtorizzat iwaqqaf kummissjoni ta' konsultazzjoni konġunta. Qiegħed jiġi stabbilit pjan ta' promozzjoni ta' ħames snin, ibbażat fuq mudell ta' ekonomija industrijali”) u l-Artikolu 26(1), (“It-tilwim bejn l-awtoritajiet tal-port dwar l-attivitajiet operattivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali tal-awtoritajiet tal-port […] jiġi solvut mill-kummissjoni għal-litigazzjoni tal-portijiet […]”) tad-Digriet tal-port Fjamming tat-2 ta' Marzu 1999. Ara wkoll l-Artikolu 3 tad-Digriet tal-1 ta' April 1999 dwar il-ħolqien tal-Port autonome du Centre et de l'Ouest (“Huma meqjusa bħala attivitajiet tal-port l-attivitajiet marbuta mal-funzjoni tal-Kumpanija, jiġifieri t-tagħbija, il-ħatt, il-ħżin u t-trasport ta' merkanziji kif ukoll l-attivitajiet industrijali, kummerċjali u tal-provvista tas-servizzi.”)

(32)  Ara l-kumment nru 179/10 tas-CIR (ara hawn taħt).

(33)  Ara l-kumment nru 179/11 tas-CIR (ara hawn taħt).

(34)  Ara l-kummenti Nri 2/4, 179/10 u 179/11 tas-CIR.

Numru 2/4: B'“kumpanija” nifhmu kull kumpanija, assoċjazzjoni, istituzzjoni jew korp li:

(a)

hija kostitwita b'mod regolari;

(b)

għandha personalità ġuridika;

(c)

tidħol f'attività operattiva jew f'operazzjonijiet ta' natura lukrativa (l-Artikolu 2(2), 1o, paragrafu 1, CIR 92).

Għal aktar spjegazzjonijiet tal-kunċetti msemmija fis-subparagrafi a, b u c, għandha ssir referenza għal 179/6 sa 20.

Numru 179/10: “Bl-espressjoni “tidħol f'attività operattiva” nifhmu “topera impriża industrijali, kummerċjali jew agrikola” li l-profitti tagħha jikkostitwixxu dħul professjonali soġġett għall-IPP f'dik il-kapaċità, jekk l-operazzjoni tkun l-att ta' persuna fiżika jew ta' kumpanija, eċċ., li m'għandhiex personalità ġuridika (l-Artikolu 23(1), 1 u 24, CIR 92).”

Numru 179/11: “Rigward l-espressjoni “tidħol f'operazzjonijiet ta' natura lukrativa”, din tkopri fl-istess waqt:

1.

l-“impjiegi lukrativi” (l-Artikoli 23(1), (2) u (27), CIR 92), din l-espressjoni tiġi interpretata mill-ġurisprudenza fis-sens ta' “impjieg bi skop ta' qligħ”;

2.

l-“impjiegi ta' natura lukrativa iżda mingħajr skop ta' qligħ”, li huma kkaratterizzati minn attività professjonali permanenti li tinvolvi:

(a)

ir-ripetizzjoni, biżżejjed frekwenti biex tikkostitwixxi “impjieg”, ta' operazzjonijiet b'natura industrijali, kummerċjali jew agrikola;

(b)

l-implimentazzjoni ta' metodi industrijali jew kummerċjali.

Is-sub 2 għalhekk jirreferi għal impjiegi li, min-natura tagħhom, normalment jiġġeneraw qligħ jew profitti, anke jekk il-persuna ġuridika li twettaqha ma ssegwix, skont l-istatuti tagħha jew fil-fatt, skop ta' lukru.”

(35)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat N 438/02 — il-Belġju — Sussidji lill-awtoritajiet tal-port għat-twettiq ta' kompiti li jaqgħu taħt l-awtorità pubblika, ĠU C 284, 21.11.2002, p. 2.

(36)  Is-Sentenza tal Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Marzu 1997, Calì & Figli, C-343/95, ECLI:UE:C:1997:160, paragrafu 22.

(37)  Protokoll (nru 26) dwar servizzi ta' interess ġenerali (anness mat-TFUE).

(38)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 1995, FFSA u oħrajn, C-244/94, ECLI:EU:C:1995:392, paragrafu 21; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Lulju 2008, MOTOE, C-49/07, ECLI:UE:C:2008:376, paragrafi 27 u 28.

(39)  Ara l-punt 14 tal-Komunikazzjoni tad-19 ta' Lulju 2016.

(40)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Lulju 2008, MOTOE, C-49/07, ECLI:UE:C:2008:376, paragrafu 25. Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2002, Aéroports de Paris, C-82/01 P, paragrafi 74 u 77.

(41)  Il-Kummissjoni tinnota b'mod partikolari li, skont l-awtoritajiet Belġjani, ċerti portijiet Belġjani jittrasferixxu parti mill-profitti li jagħmlu lill-azzjonisti tagħhom.

(42)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Ottubru 1980, Van Landewyck, Kawżi Magħquda 209/78 sa 215/78 u 218/78, ECLI:UE:C:1980:248, paragrafu 88; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 1995, FFSA u oħrajn, C-244/94, ECLI:UE:C:1995:392, paragrafu 21; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1el ta' Lulju 2008, MOTOE, C-49/07, ECLI:UE:C:2008:376, paragrafi 27 u 28; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze u oħrajn, C-222/04, ECLI:UE:C:2006:8, paragrafi 122 u 123.

(43)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2002, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, C-82/01 P, ECLI:UE:C:2002:617, punt 78.

(44)  SIEG jikkostitwixxi “l-forniment ta' servizzi li, li kieku kellha tqis l-interessi kummerċjali tagħha stess, impriża ma tassumix jew ma tassumix sal-istess punt jew taħt l-istess kundizzjonijiet”, b'mod speċjali il-prezz u l-kwalità (ara l-punti 47 u 48 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli rigward l-għajnuna mill-Istat għall-kumpensi mogħtija għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).

(45)  Fil-port ta' Antwerp fl-2015, id-diversi miżati u dazji tal-port laħħqu l-EUR 290,300,000, li jirrappreżentaw madwar 84 % tad-dħul attwali (li jinkludu wkoll għotjiet operattivi mħallsa mill-Gvern Fjamming) u 113 % tal-ispejjeż attwali (ara r-Rapport Annwali 2015, p. 61-62).

(46)  L-Artikolu 25, paragrafu 3, tad-Digriet tal-Port Fjamming tat-2 ta' Marzu 1999 jgħid li “l-Gvern Fjamming u l-awtoritajiet tal-port qed jiżviluppaw inizjattivi sabiex joħolqu […] strutturi tariffarji armonjużi fil-portijiet marittimi Fjammingi bil-għan li jiggarantixxu pożizzjoni kompetittiva ġusta għall-portijiet marittimi Fjammingi.”. Id-dokumenti annessi mal-kummenti li waslu mill-port ta' Brussell (p. 102) juru wkoll li l-prezzijiet (u l-iskontijiet) huma meqjusa bħala mod biex jinfluwenzaw ix-xejra tad-domanda: “Il-Port qed jaħdem b'mod attiv biex jiżviluppa t-traffiku tal-passaġġi tal-ilmijiet navigabbli u biex isaħħaħ il-bidla modali lejun il-passaġġi fuq l-ilma navigabbli permezz ta' dawn il-miżuri: Il-Port qed ikompli bil-politika tiegħu tal-inċentivi tariffarji, jiġifieri dazji tan-navigazzjoni ta' 0,00025 EUR/tkm u eżenzjoni mid-dazji tal-irmiġġ għat-traffiku marittimu, għat-traffiki l-ġodda u għat-traffiki li qed jiżdiedu. Ir-Reġjun se jikkumpensa lill-Port għat-telf fid-dħul li jirriżulta minn din il-miżura. […] F'dan ir-rigward il-Port jagħti rimborżi fuq il-miżati ta' konċessjoni tal-artijiet tiegħu lill-aktar impriżi li jużaw il-passaġġi tal-ilma navigabbli. […]”.

(47)  Sentenza nru 162/2015 tad-19 ta' Novembru 2015 tal-Qorti Kostituzzjonali, paragrafu A.2.2.

(48)  Ara l-paragrafu 220 tal-Komunikazzjoni tad-19 ta' Lulju 2016.

(49)  Id-dazji tal-port għan-navigazzjoni interna huma soġġetti għall-VAT. Ara l-Artikolu 5 tat-tariffi tal-port ta' Antwerp għan-navigazzjoni interna (Regolamenti tat-tariffi għan-navigazzjoni interna, p. 11). Madankollu, minħabba eżenzjoni speċifika stipulata fl-Artikolu 139 tad-Direttiva tal-VAT (Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1), li tissemma' fl-Artikolu 42, paragrafu 1(5) tal-Kodiċi Belġjan tal-VAT, id-dazji tal-port relatati mat-trasport internazzjonali huma speċifikament eżentati mill-VAT (ebda referenza għall-VAT fit-tariffi tal-port ta' Antwerp għan-navigazzjoni marittima). Il-ħtieġa ta' eżenzjoni speċifika turi li l-provvisti inkwistjoni normalment ikunu inklużi fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-VAT bħala provvisti ta' servizzi fis-sens tal-Artikolu 2, paragrafu 1, punt c) tad-Direttiva tal-VAT.

(50)  Id-Deċiżjoni tal-10 ta' Diċembru 2008 (ĠU C 137 tas-17.6.2009).

(51)  Id-Deċiżjoni tal-4 ta' Lulju 2006 (ĠU C 276 tal-14.11.2006).

(52)  Id-Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2006 (ĠU C 207 tas-31.8.2006).

(53)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2011 fil-Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen u oħrajn vs Il-Kummissjoni, imsemmija qabel.

(54)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Mejju 2003, Korhonen, C-18/01, ECLI:UE:C:2003:300.

(55)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, 24.7.1992, p. 1.)

(56)  Id-Deċiżjoni tas-27 ta' Marzu 2014 GRW land development scheme for industrial and commercial use (ĠU C 141 tad-9.5.2014, p. 1).

(57)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36953 (2013/N) Port ta' Bahía de Cádiz, premessa 29 (ĠU C 335, 16.11.2013, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.30742 (N/2010) Klaipėda, premessi 8 u 9 (ĠU C 121, 26.4.2012, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 44/2010 Port ta' Krievu Sala, premessa 67 (ĠU C 215, 21.7.2011, p. 21), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 39/2009 (eks N 385/2009) Port ta' Ventspils, premessi 30, 57 u 58 (ĠU C 62, 13.3.2010, p. 7).

(58)  Ara, pereżempju, il-punt 2.7 tad-dokument General terms and conditions for concessions in the Antwerp port area. Ara wkoll il-kundizzjonijiet tariffarji tal-port ta' Liège.

(59)  Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 397 tas-Sur Willem-Frederik Schiltz tas-7 ta' Mejju 2013 (Awla, Mistoqsijiet u Tweġibiet, 2012-2013 QRVA 53/128 tad-9 ta' Settembru 2013, p. 86.); tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4288 tas-Sur Servais Verherstraeten tal-11 ta' Mejju 2011 (Rekord Sommarju 53, Kumitat għall-Finanzi u għall-Baġit 229 tal-11 ta' Mejju 2011, p. 22). Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis ukoll li din l-attività hija attività ekonomika fis-sens tad-Direttiva tal-VAT (ara s-Sentenza tal-Qorti tal-25 ta' Ottubru 2007, Ministero delle Finanze — Ufficio IVA di Milano contre CO.GE.P. Srl, C-174/06, ECLI:UE:C:2007:634, paragrafi 31-35).

(60)  Ara l-paragrafu 207 tal-Komunikazzjoni tad-19 ta' Lulju 2016.

(61)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline, C-143/99, ECLI:UE:C:2001:598.

(62)  Ara l-Artikolu 221 tas-CIR.

(63)  Ara l-Artikolu 225 tas-CIR.

(64)  Ara l-punt 206 tal-Komunikazzjoni tad-19 ta' Lulju 2016 u, fil-qasam tas-SIEG, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans, C-280/00, ECLI:UE:C:2003:415, paragrafi 87 sa 95.

(65)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2000, Franza vs Landbroke Racing Ltd u l-Kummissjoni, C-83/98 P, ECLI:UE:C:2000:248, paragrafi 48 sa 51.

(66)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ġunju 2006, Belgium and Forum 187 vs Il-Kummissjoni, Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, UE:C:2006:416, paragrafu 128.

(67)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Diċembru 2005, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-66/02, UE:C:2005:768, paragrafu 94.

(68)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:UE:C:2006:511, paragrafu 56; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos u oħrajn, Kawżi Konġunti C-78/08 sa C-80/08, ECLI:UE:C:2011:550, paragrafu 49.

(69)  Dan huwa l-każ fejn miżura toriġina direttament mill-prinċipji bażiċi jew mill-prinċipji inerenti tas-sistema ta' referenza jew fejn tirriżulta minn mekkaniżmi inerenti meħtieġa għat-tħaddim u l-effikaċja tagħha, ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos u oħrajn, Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08 ECLI:UE:C:2011:550, paragrafu 69.

(70)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2006, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C-88/03, ECLI:UE:C:2006:511, paragrafu 81; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Settembru 2011, Paint Graphos u oħrajn, Kawżi Konġunti C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, paragrafu 65.

(71)  Ara l-kumment nru 179/2: “Diġà issa, qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li għalkemm jistgħu, fil-prinċipju, jitqiesu bħala kontribwenti soġġetti għall-ISoc, dawn huma esklużi mill-ISoc. abbażi tal-Art. 180 sa 182 tas-CIR 92: 1) il-persuni ġuridiċi li huma “inkondizzjonalment” esklużi mill-ISoc. (ara kumment tal-Art. 180 tas-CIR 92); […]”.

(72)  Ara l-kumment nru 179/16: “Il-kumpaniji kummerċjali Belġjani (SA, SCA, SNC, SCS, SPRL, SC u SCRIS) huma, fil-prinċipju, stabbiliti biex iwettqu attività bi qligħ. Bħala regola ġenerali, dawn għalhekk jidħlu effettivament f'attività industrijali, kummerċjali jew agrikola, jew f'impjieg bi qligħ, jew fit-tnejn fl-istess waqt, u kull lukru jew profitti li jagħmlu ġeneralment għandhom jitqiesu bħala riżultat ta' din l-attività.”. Ara wkoll il-punti A.2.1 u B3.1. tas-Sentenza Nru 148/2012 tal-Qorti Kostituzzjonali tas-6 ta' Diċembru 2012 (M.B., 29 ta' Jannar 2013). Bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari, il-Ministru għall-Finanzi qal li rigward l-awtoritajiet muniċipali awtonomi, kellha ssir valutazzjoni każ b'każ dwar jekk dawn kinux soġġetti għall-ISoc jew għall-IPM abbażi tan-natura tal-attivitajiet inkwistjoni. Minħabba li skont id-Digriet Irjali tal-10 ta' April 1995 dawn l-attivitajiet għandhom ikunu industrijali jew kummerċjali, jista', skont il-Ministru, jitqies li l-awtoritajiet muniċipali awtonomi huma, fil-prinċipju, soġġetti għall-ISoc (QRVA, Awla, 1996-1997, Nru 86, 16 ta' Ġunju 1997, pp. 11749-11750; QRVA, Awla, 2001-2002, 26 ta' Marzu 2002, CRIV 50 COM 702, pp. 8-9).

(73)  Ara l-Artikolu 25(2): “Il-Gvern Fjamming huwa awtorizzat iwaqqaf kummissjoni ta' konsultazzjoni konġunta. Qiegħed jiġi stabbilit pjan ta' promozzjoni ta' ħames snin, ibbażat fuq mudell ta' ekonomija industrijali”

(74)  Ara l-Artikolu 26. 1: “It-tilwim bejn l-awtoritajiet tal-port dwar l-attivitajiet operattivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali tal-awtoritajiet tal-port […] jiġi solvut mill-kummissjoni għal-litigazzjoni tal-portijiet […]”

(75)  Ara d-Digriet Nru 136/98 tas-16 ta' Diċembru 1998 (M.B. tas-6 ta' Jannar 1999, p. 261), punt A.7.1: “Skont il-Kunsill tal-Ministri, il-kumpaniji u l-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 220(2) tas-C.I.R. huma f'sitwazzjonijiet kumparabbli. Għalkemm l-Artikolu 180 tas-C.I.R. jeskludi lill-persuni ġuridiċi msemmija hawn fuq mit-taxxa korporattiva, dawn huma filfatt persuni ġuridiċi li jidħlu f'attivitajiet operattiva jew f'operazzjonijiet ta' natura lukrativa fis-sens tal-Artikolu 2, 2(1) u (2) tas-C.I.R.”. Ara wkoll il-punt A.7.2:“Bejn il-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 220(1) u (3), min-naħa waħda, u dawk imsemmija fl-Artikolu 220(2), [jiġifieri il-portijiet], min-naħa l-oħra, hemm kriterju ta' distinzjoni oġġettiva, billi hija biss il-kategorija tal-aħħar li tidħol f'operazzjonijiet ta' natura lukrativa. […]”.

(76)  Laqgħa pubblika ta' nhar l-Erbgħa, 29 ta' Jannar 1997, Kumitat għall-Finanzi u l-Baġit, Interpellanza mis-Sur Jacques Simonet lill-Viċi-Prim Ministru u lill-Ministru għall-Finanzi u l-Kummerċ Estern dwar is-sottomissjoni tal-portijiet Belġjani għat-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi (nru 1017). Ara http://www3.dekamer.be/digidocanha/K0112/K01120466/K01120466.PDF p. 5.

(77)  Il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-Sentenza tagħha tat-8 ta' Settembru 2011 (is-Sentenza Paint Graphos u oħrajn, Kawżi Konġunti C-78/08 sa C-80/08, ECLI:EU:C:2011:550, paragrafi 55 u dawk sussegwenti), irrimarkat li l-prinċipji tal-funzjonament partikolari jikkonsistu fil-prinċipju tal-preminenza tal-individwu, fir-regola ta' “persuna waħda, vuċi waħda” jew fil-ġestjoni għall-benefiċċju tal-membri tal-entità inkwistjoni — karattersitiċi li mhumiex preżenti fil-każ tal-portijiet.

(78)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze u oħrajn, C-222/04, ECLI:UE:C:2006:8, paragrafi 136 u 137.

(79)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit, Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, ECLI:UE:C:2011:732 paragrafi 101 u dawk sussegwenti.

(80)  L-interpretazzjoni li l-Artikolu 180(2) tas-CIR japplika biss ir-regoli ġenerali għall-portijiet, ġaladarba jqis li dawn mhumiex “kumpaniji”, huwa diskuss hawn taħt.

(81)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze u oħrajn, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, paragrafi 136 u 137.

(82)  Il-liġi nazzjonali tista' tiddeċiedi dwar il-konformità ta' miżura ma' regoli superjuri fir-rigward ta' kriterji li ma jkunux marbuta mal-funzjonament tajjeb tas-sistema fiskali.

(83)  Ċerti entitajiet, b'mod partikolari l-korpi intermuniċipali li reċentement ġew sottomessi għall-ISoc fil-Belġju, iwettqu wkoll kompiti ta' interess ġenerali. Ara l-punt 19.1 tas-sentenza nru 151/2016 tal-1 ta' Diċembru 2016 tal-Qorti Kostituzzjonali Belġjana li tfakkar illi l-korpi intermunicipali ġew “maħluqa għal skop ta' interess pubbliku” u “għandhom il-kompitu li jissodisfaw obbligu komunali”.

(84)  Skont il-punt 11 tal-kumment uffiċjali tal-Artikolu 49, in-nuqqas tat-tnaqqis jirrigwarda “operazzjonijiet purament privati”, filwaqt li fil-proċeduri preżenti qiegħed jiġi argumentat li l-ispejjeż imġarrba fl-interess ġenerali mhumiex deduċibbli.

(85)  Il-kummenti li waslu għand il-Kummissjoni jirrigwardaw il-beni li min-“natura” tagħhom huma tal-amministrazzjonijiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 220(1) tas-CIR, jiġifieri “l-Istat, il-Komunitajiet, ir-Reġjuni, il-provinċji, l-agglomerazzjonijiet, il-federazzjonijiet tal-muniċipalitajiet, il-muniċipalitajiet, iċ-ċentri interkomunali pubbliċi ta' azzjoni soċjali, l-istabbilimenti kultwali pubbliċi, kif ukoll il-polders u l-wateringues”, u mhux lill-beni tal-port: la l-awtoritajiet muniċipali awtonomi tal-port u lanqas it-tipi l-oħra ta' portijiet Belġjani msemmija fil-premessa (13) u fin-nota tal-qiegħ tal-paġna 12 ma huma milquta minn dan l-artikolu.

(86)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans, C-280/00, ECLI:UE:C:2003:415.

(87)  Ara l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet, COM(2013) 296 finali, (ĠU C 327, 12.11.2013, p. 111), punt 2.1. Ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Politika Ewropea għall-Portijiet {SEC(2007)1339} {SEC(2007)1340}, COM(2007) 616 finali, punt II.4.2.

(88)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Diċembru 1969, Il-Kummissjoni vs Franza, Kawżi Magħquda 6/69 u 11/69, ECLI:UE:C:1969:68, paragrafu 21; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Marzu 1977, Steinike & Weinlig, 78/76, ECLI:UE:C:1977:52, paragrafu 24; is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 1998, Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni, T-214/95, ECLI:UE:T:1998:77, paragrafu 54; u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Mejju 1999, l-Italja vs Il-Kummissjoni, C-6/97, ECLI:UE:C:1999:251, paragrafu 21.

(89)  L-Artikolu 25, paragrafu 3: “Il-Gvern Fjamming u l-awtoritajiet tal-port qed jiżviluppaw inizjat179/16:tivi sabiex joħolqu […] strutturi tariffarji armonjużi fil-portijiet marittimi Fjammingi bil-għan li jiggarantixxu pożizzjoni kompetittiva ġusta għall-portijiet marittimi Fjammingi.” L-Artikolu 25, paragrafu 4: “Meta t-tariffi […] imorru bid-dieher kontra l-interess ġenerali jew kontra l-kompetizzjoni ġusta bejn l-awtoritajiet tal-port, il-kummissarju reġjonali tal-port għandha tippreżenta dawn id-deċiżjonijiet lill-kummissjoni ta' konsultazzjoni. […]”.

(90)  Ara Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (2012/C 8/02) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4). Ara wkoll d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(91)  Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża C-74/16, Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania vs Ayuntamiento de Getaf, ECLI:UE:C:2017:135, paragrafu 75.

(92)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/634 tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-miżura ta' għajnuna Nru SA.25338 (2014/C) (ex E 3/2008 u ex CP 115/2004) implimentata min-Netherlands — Eżenzjoni mit-taxxa korporattiva għall-intrapriżi pubbliċi (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 148).

(93)  Ara d-dokument Parlementari, Awla nru 54 0672/001, p. 8-9.

(94)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 92.


Top