This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1593
Commission Implementing Decision (EU) 2017/1593 of 20 September 2017 amending the Annex to Implementing Decision (EU) 2017/247 on protective measures in relation to outbreaks of the highly pathogenic avian influenza in certain Member States (notified under document C(2017) 6458) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 tal-20 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 6458) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 tal-20 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 6458) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/6458
ĠU L 243, 21.9.2017, p. 14–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32017D0247 | Sostituzzjoni | anness P. A Test | 20/09/2017 | |
Modifies | 32017D0247 | Sostituzzjoni | anness P. B Test | 20/09/2017 |
21.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/14 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1593
tal-20 ta' Settembru 2017
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2017) 6458)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE iridu jinkludu tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni. |
(3) |
Sa mid-data tal-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bosta drabi sabiex tqis l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stipulati r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jippreżentaw riskju baxx ħafna għat-tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti oħra tat-tjur. |
(4) |
Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat bosta drabi sabiex iqis il-bidliet fil-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati b'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. Dak l-Anness ġie emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1519 (6), wara n-notifika mill-Italja dwar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi tat-tjur fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto, u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza minn dak l-Istat Membru madwar l-azjendi tat-tjur infettati b'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. |
(5) |
Mid-data tal-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1519, l-Italja identifikat tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur, għal darb'oħra fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto ta' dak l-Istat Membru, u nnotifikat lill-Kummissjoni dwar dan. L-Italja għarrfet lill-Kummissjoni wkoll li hija ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, fosthom l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati. |
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li l-Italja ħadet skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Italja, jinsabu 'l bogħod biżżejjed minn kull azjenda li fiha ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8. |
(7) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li xi pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li, b'kollaborazzjoni mal-Italja, jiġu deskritti malajr, fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Italja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu aġġornati sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata f'dak l-Istat Membru b'rabta ma' din il-marda. B'mod partikolari, iridu jiżdiedu l-entrati ġodda għal ċerti żoni fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto sabiex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni ġdida. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex jaġġorna r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Italja wara t-tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto, b'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE u t-tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1519 tal-1 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 1).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti A, l-entrata għall-Italja qed tinbidel b'dan li ġej: “Stat Membru: l-Italja
|
(2) |
Fil-Parti B, l-entrata għall-Italja qed tinbidel b'dan li ġej: “Stat Membru: l-Italja
|