Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1535

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1535 tal-4 ta' Settembru 2017 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

    ĠU L 233, 9.9.2017, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1535/oj

    9.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 233/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1535

    tal-4 ta' Settembru 2017

    li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

    Billi:

    il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017 ġie adottat definittivament fl-1 ta' Diċembru 2016 (2),

    fis-27 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2017,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 ġiet adottata fl-4 ta' Settembru 2017.

    Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKA


    (1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 51, 28.2.2017, p. 1.


    Top