This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1218
Commission Decision (EU) 2017/1218 of 23 June 2017 establishing the EU Ecolabel criteria for laundry detergents (notified under document C(2017) 4243) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (notifikata bid-dokument C(2017) 4243) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (notifikata bid-dokument C(2017) 4243) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/4243
ĠU L 180, 12.7.2017, p. 63–78
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/03/2023
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32011D0264 | 26/06/2017 | |||
Implicit repeal | 32012D0049 | 26/06/2017 | |||
Implicit repeal | 32014D0313 | 26/06/2017 | |||
Implicit repeal | 32015D0345 | 26/06/2017 | |||
Implicit repeal | 32016D1796 | 26/06/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32018D0993 | Sostituzzjoni | artikolu 7 paragrafu 3 | 12/07/2018 | |
Modified by | 32019D0418 | Sostituzzjoni | anness Test | 14/03/0129 | |
Validity extended by | 32023D0693 | 29/03/2023 | 31/12/2026 | ||
Modified by | 32023D0693 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 29/03/2023 |
12.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1218
tat-23 ta' Ġunju 2017
li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ
(notifikata bid-dokument C(2017) 4243)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti li għandhom impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE (2) stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ, li huma validi sal-31 ta' Diċembru 2016. |
(4) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti tas-suq u l-innovazzjoni li seħħet minn dak iż-żmien 'l hawn, qed jitqies li huwa xieraq li jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji ekoloġiċi għal dak il-grupp ta' prodotti. |
(5) |
Il-kriterji riveduti, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal sitt snin minn meta ssir in-notifika dwar din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dak il-grupp ta' prodotti. L-għan ta' dawk il-kriterji huwa li jippromwovu prodotti li għandhom impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi, li fihom ammont limitat ta' sustanzi perikolużi, li huma effettivi meta jintużaw f'temperaturi baxxi u li jnaqqsu kemm jista' jkun il-produzzjoni tal-iskart billi jnaqqsu l-ammont ta' imballaġġ. |
(6) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE għandha titħassar. |
(7) |
Il-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE għandhom jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni sabiex ikollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex dawn ikunu jikkonformaw mal-kriterji u mar-rekwiżiti riveduti. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” għandu jinkludi d-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u l-aġenti ta' pretrattament li jneħħu t-tbajja' li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li huma effettivi meta jintużaw f'temperatura ta' 30 °C jew inqas u li huma kkummerċjalizzati u maħsubin biex jintużaw għall-ħasil tat-tessuti primarjament fil-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi iżda dan ma jeskludix l-użu tagħhom f'londrijiet awtomatiċi pubbliċi u f'londrijiet komuni.
L-aġenti ta' pretrattament li jneħħu t-tbajja' jinkludu l-aġenti li jneħħu t-tbajja' użati għat-trattament dirett tat-tebgħa fuq it-tessuti qabel ma dawn jinħaslu fil-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ, iżda ma jinkludux l-aġenti li jneħħu t-tbajja' ddożati fil-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ u l-aġenti li jneħħu t-tbajja' li għandhom użi oħra minbarra l-pretrattament.
Dan il-grupp ta' prodotti m'għandux jinkludi l-prodotti tat-tlaħliħ tal-ħwejjeġ, il-prodotti li huma ddożati permezz ta' trasportaturi bħal folji, biċċiet ta' drapp jew materjali oħra, jew l-aġenti awżiljarji għall-ħasil li jintużaw mingħajr ħasil sussegwenti bħal, pereżempju, l-aġenti li jneħħu t-tbajja' għat-twapet u għat-tapizzerija tal-għamara.
Artikolu 2
1. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“sustanzi mdaħħlin” tfisser sustanzi miżjudin bi ħsieb, prodotti sekondarji u impuritajiet mill-materja prima fil-formulazzjoni finali tal-prodott [(inkluż il-fojl li jdub fl-ilma, jekk jintuża)]; |
(2) |
“deterġenti qawwija ħafna (heavy-duty)” tfisser deterġenti użati għall-ħasil normali ta' tessuti bojod fi kwalunkwe temperatura; |
(3) |
“deterġenti sikuri għall-kuluri (colour-safe)” tfisser deterġenti użati għall-ħasil normali ta' tessuti kkuluriti fi kwalunkwe temperatura; |
(4) |
“deterġenti mhux qawwija (light-duty)” tfisser deterġenti maħsubin għal tessuti delikati; |
(5) |
“imballaġġ primarju” tfisser:
|
(6) |
“mikroplastiċi” tfisser partikoli tal-plastik makromolekulari li ma jinħallx b'daqs ta' inqas minn 5 mm, miksubin b'wieħed mill-proċessi li ġejjin:
|
(7) |
“nanomaterjal” tfisser materjal naturali, inċidentali jew manifatturat li fih partikoli, fi stat maħlul jew bħala aggregat jew agglomerat, u fejn, għal 50 % jew iktar tal-partikoli fid-distribuzzjoni dimensjonali numerika, dimensjoni esterna waħda jew aktar hija fil-firxa ta' daqs 1 nm-100 nm (4). |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(2) u (3), deterġent għandu jitqies li huwa deterġent qawwi ħafna jew inkella li huwa deterġent sikur għall-kuluri ħlief meta jingħad biċ-ċar fuq l-imballaġġ tiegħu li l-prodott huwa maħsub biex jintuża għat-tessuti delikati (jiġifieri li huwa deterġent mhux qawwi).
Artikolu 3
Sabiex jingħataw l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u l-aġenti ta' pretrattament li jneħħu t-tbajja' għandhom ikunu jiffurmaw parti mill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” għandu jkun “006”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE qed titħassar.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” li jitressqu qabel id-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonjiiet stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jiffurmaw parti mill-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ” li jitressqu fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom jissejsu.
3. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar diterġenti (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1).
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/696/UE tat-18 ta' Ottubru 2011 fuq id-definizzjoni tan-nanomaterjali (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 38).
ANNESS
QAFAS
IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal deterġenti tal-ħwejjeġ
KRITERJI
1. |
Rekwiżiti tad-dożaġġ |
2. |
Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi |
3. |
Bijodegradabbiltà |
4. |
Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm, żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm u d-derivattivi tagħhom |
5. |
Sustanzi esklużi u ristretti |
6. |
Imballaġġ |
7. |
Adegwatezza għall-użu |
8. |
Informazzjoni għall-utenti |
9. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE |
VALUTAZZJONI U VERIFIKA
(a) Rekwiżiti
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.
Meta l-applikant jintalab jipprovdi lill-organi kompetenti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur(i) tiegħu, kif ikun xieraq.
Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment iċ-ċertifikazzjonijiet li joħorġu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi. L-akkreditament għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Meta jkun jixraq, jistgħu jintużaw metodi oħra tal-ittestjar apparti dawk imniżżla għal kull kriterju, diment li l-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta jkun jixraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti jew żjarat fuq il-post.
Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż jew il-pajjiżi fejn il-prodott ikun intenzjonat li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.
Il-lista “Il-Bażi tad-Dejta ta' Ingredjenti ta' Deterġenti” (il-lista DID), li tinsab fis-sit tal-Ekotikketta tal-UE, fiha l-aktar sustanzi li jintużaw fil-formulazzjonijiet ta' deterġenti u kożmetiċi. Din għandha tintuża biex tinkiseb id-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabbiltà tas-sustanzi mdaħħla. Għas-sustanzi li mhumiex fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti.
Il-lista tas-sustanzi mdaħħla kollha għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti, u tindika l-isem kummerċjali (jekk ikun jeżisti), l-isem kimiku, in-numru tal-CAS, in-numru DID, il-kwantità mdaħħla, il-funzjoni u l-forma preżenti fil-formulazzjoni finali tal-prodott (inkluż folj li jinħall fl-ilma, jekk ikun hemm).
Priżervattivi, fwejjaħ u aġenti koloranti għandhom jiġu indikati irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom. Sustanzi mdaħħla oħra għandhom jiġu indikati meta jkunu f'konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew iktar tal-piż skont il-piż.
Is-sustanzi mdaħħla kollha preżenti fil-forma ta' nanomaterjali għandhom jiġu indikati b'mod ċar fil-lista, bil-kelma “nano” miktuba fil-parentesi.
Għal kull sustanza mdaħħla elenkata, għandhom jiġu pprovduti l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Meta ma jkunx hemm SDS għal xi sustanza partikolari minħabba li tkun parti minn taħlita, l-applikant għandu jipprovdi l-SDS tat-taħlita.
(b) Limiti tal-kejl
Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hi meħtieġa għal kull sustanza mdaħħla kif speċifikat fit-Table 1.
Tabella 1
Limiti tal-kejl applikabbli għas-sustanzi mdaħħla skont il-kriterju għad-deterġenti tal-ħwejjeġ (% piż skont il-piż)
Isem il-kriterju |
Aġenti tensjoattivi |
Priżervattivi |
Aġenti koloranti |
Fwejjaħ |
Oħrajn (pereż. enżimi) |
|
Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi |
≥ 0,010 |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
≥ 0,010 |
|
Bijodegradabbiltà |
Aġenti tensjoattivi |
≥ 0,010 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Sustanzi organiċi |
≥ 0,010 |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
≥ 0,010 |
|
Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm |
≥ 0,010 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
≥ 0,010 |
|
Sustanzi esklużi jew limitati |
Sustanzi esklużi u limitati speċifikati |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
Sustanzi perikolużi |
≥ 0,010 |
≥ 0,010 |
≥ 0,010 |
≥ 0,010 |
≥ 0,010 |
|
SVHCs |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
l-ebda limitu (*1) |
|
Fwejjaħ |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
l-ebda limitu (*1) |
Mhux applikabbli |
|
Priżervattivi |
Mhux applikabbli |
l-ebda limitu (*1) |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
Aġenti koloranti |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
l-ebda limitu (*1) |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
Enżimi |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
l-ebda limitu (*1) |
|
DOŻAĠĠ TA' REFERENZA
Dan id-dożaġġ għandu jitqies bħala d-dożaġġ ta' referenza għall-kalkoli intiżi li jiddokumentaw il-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u għall-ittestjar tal-kapaċità ta' ħasil:
Deterġent qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri |
Doża rakkomandata mill-manifattur għal kilogramm ta' ħwejjeġ għall-ħasil nexfin normalment maħmuġa (indikata bħala g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil jew ml/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) ikkalkolata fuq il-bażi tad-doża rakkomandata għal ħasla ta' 4,5 kg b'ebusija tal-ilma ta' 2,5 mmol CaCO3/l. |
Deterġent ħafif |
Doża rakkomandata mill-manifattur għal kilogramm ta' ħwejjeġ għall-ħasil delikati normalment maħmuġa (indikata bħala g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil jew ml/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) ikkalkolata fuq il-bażi tad-doża rakkomandata għal ħasla ta' 2,5 kg b'ebusija tal-ilma ta' 2,5 mmol CaCO3/l. |
Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss) |
Doża rakkomandata mill-manifattur għal kilogramm ta' ħwejjeġ għall-ħasil nexfin (indikata bħala g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil jew ml/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) ikkalkolata fuq il-bażi ta' 6 applikazzjonjiet għal ħasla ta' 4,5 kg. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-tikketta tal-prodott jew l-iskeda tal-istruzzjonijiet għall-utenti li tinkludi l-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ.
Kriterju 1 — Rekwiżiti tad-dożaġġ
Id-dożaġġ ta' referenza ma għandux jaqbeż l-ammonti li ġejjin.
Tip ta' prodott |
Dożaġġ (g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) |
Deterġent qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri |
16,0 |
Deterġent ħafif |
16,0 |
Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss) |
2,7 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-tikketta tal-prodott bl-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ u d-dokumentazzjoni li turi d-densità (g/ml) tal-prodotti likwidi u ġels.
Kriterju 2 — Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi
Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVkroniku) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin għad-doża ta' referenza.
Tip ta' prodott |
Limitu tas-CDV (l/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) |
Deterġent qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri |
31 500 |
Deterġent ħafif |
20 000 |
Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss) |
3 500 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-kalkolu tas-CDVkroniku tal-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valur CDVkroniku tinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Is-CDVkroniku huwa kkalkulat għas-sustanzi kollha li jiddaħħlu (i) fil-prodott, bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
id-dożaġġ(i) |
: |
il-piż (g) tas-sustanza (i) fid-doża ta' referenza; |
DF(i) |
: |
il-fattur ta' degradazzjoni tas-sustanza (i); |
TFkroniku(i) |
: |
il-fattur ta' tossiċità kronika tas-sustanza (i). |
Il-valuri tad-DF(i) u t-TFkroniku(i) għandhom ikunu kif mogħtija fil-Parti A l-iktar aġġornata tal-lista DID. Jekk sustanza mdaħħla ma tiġix inkluża fil-Parti A, l-applikant għandu jagħmel stima tal-valuri billi jsegwi l-approċċ deskritt fil-Parti B ta' dik il-lista u jehmeż id-dokumentazzjoni assoċjata.
Kriterju 3 — Il-bijodegradabbiltà
(a) Il-bijodegradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi
L-aġenti tensjoattivi kollha għandhom ikunu faċilment degrababbli (ajrobikament).
L-aġenti tensjoattivi kollha kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku: Il-Kategorija Akuta 1 (H400) jew il-Kategorija Kronika 3 (H412), skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), għandhom barra minn hekk ikunu bijodegradabbli anajrobikament.
(b) Il-bijodegradabbiltà tal-komposti organiċi
Il-kontenut ta' sustanzi organiċi fil-prodott li huma ajrobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli malajr, aNBO) jew anajrobikament mhux bijodegradabbli (anNBO) ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin għad-doża ta' referenza:
|
aNBO
|
|
anNBO
|
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi, kif ukoll għall-kalkolu tal-aNBO u tal-anNBO għall-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valuri aNBO u anNBO tinsab fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi u għall-valuri aNBO u anNBO tal-komposti organiċi, għandha ssir referenza għal-lista DID l-iktar aġġornata.
Għas-sustanzi mdaħħla li ma jkunux fil-Parti A tal-lista DID, għandha tingħata informazzjoni rilevanti mil-letteratura teknika jew minn sorsi oħra, jew jingħataw ir-riżultati xierqa tat-testijiet, li jkunu juru li huma ajrobikament u anajrobikament bijodegradabbli, kif tiddeskrivi l-Parti B ta' dik il-lista.
Fin-nuqqas ta' dokumentazzjoni dwar id-degradabbiltà deskritta hawn fuq, sustanza mdaħħla li ma tkunx aġent tensjoattiv tista' tiġi eżentata mir-rekwiżit tal-degradabbiltà anajrobika diment li tiġi ssodisfata waħda minn dawn it-tliet alternattivi:
(1) |
tkun faċilment degradabbli u jkollha assorbiment baxx (A < 25 %); |
(2) |
tkun faċilment degradabbli u jkollha desorbiment għoli (D > 75 %); |
(3) |
tkun faċilment degradabbli u ma tkunx bijoakkumulattiva (4). |
L-ittestjar għall-assorbiment jew għad-desorbiment għandu jsir skont il-Linji Gwida tal-OECD Nru 106.
Kriterju 4 — Sorsi sostenibbli ta' żejt tal-palm, żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm u d-derivattivi tagħhom
Is-sustanzi mdaħħla li jintużaw fil-prodotti li ġejjin miż-żejt tal-palm jew miż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm għandhom jinkisbu minn pjantaġġuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' skema ta' ċertifikazzjoni għall-produzzjoni sostenibbli li hija bbażata fuq organizzazzjonijiet b'diversi partijiet interessati u li għandha sħubija mifruxa, inklużi l-NGOs, l-industrija u l-gvern u li tindirizza l-impatti ambjentali inklużi dawk fuq il-ħamrija, il-bijodiversità, il-ħażniet tal-karbonju organiku u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi evidenza permezz ta' ċertifikati mingħand partijiet terzi u katina ta' kustodja li ż-żejt tal-palm u ż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm li jintużaw fil-manifattura tas-sustanzi mdaħħla jkunu ġejjin minn pjantaġġuni li huma mmaniġġjati b'mod sostenibbli.
Ċertifikati aċċettati jinħtieġ li jinkludu d-Diskussjonijiet Madwar Mejda Tonda dwar iż-Żejt tal-Palm Sostenibbli msejħa “Roundtable for Sustainable Palm Oil (RSPO)” (b'identità ppriżervata, segregata jew bilanċ tal-massa) jew kwalunkwe skema ta' produzzjoni sostenibbli ekwivalenti jew aktar stretta.
Għad-derivattivi kimiċi taż-żejt tal-palm u għaż-żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm, għandu jkun biżżejjed li tintwera sostenibbiltà permezz ta' sistemi “book&claim” bħalma huma ċ-ċertifikati GreenPalm jew ekwivalenti billi jingħataw l-ammonti ddikjarati tal-ACOP (l-Kommunikazzjonijiet ta' Progress Annwali) taċ-ċertifikati GreenPalm akkwistati jew mifdija matul il-perjodu ta' negozjar annwali l-aktar riċenti.
Kriterju 5 — Sustanzi esklużi u ristretti
(a) Sustanzi esklużi u ristretti speċifikati
(i)
Is-sustanzi indikati hawn taħt ma għandhomx jiġu inklużi fil-formulazzjoni tal-prodott irrispettivament mill-konċentrazzjoni:
— |
Alkilfenoletossilati (APEOs) u derivattivi oħra tal-alkilfenol; |
— |
Atranol; |
— |
Kloroatranol; |
— |
Aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku (DTPA); |
— |
Aċidu etilendiamminatetraaċetiku (EDTA) u l-imluħa tiegħu; |
— |
Il-formaldeid u r-rilaxxaturi tiegħu (pereż. 2-bromo-2-nitropropan-1,3-diol, 5-bromo-5-nitro-1,3-diossan, idrossimetilgliċinat tas-sodju, diażolidinilurea) bl-eċċezzjoni ta' impuritajiet tal-formaldeid f'aġenti tensjoattivi bbażati fuq il-kimika tal-polialkoksi sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż skont il-piż fis-sustanza mdaħħla; |
— |
Glutaraldeid; |
— |
Idrossisoeżil 3-ċikloeżen karboksaldeid (HICC); |
— |
Mikroplastiċi; |
— |
Nanofidda; |
— |
Nitromiski u miski poliċikliċi; |
— |
Fosfati; |
— |
Alkaliti perfluworurati; |
— |
Imluħa kwaternarji tal-ammonju mhux faċilment bijodegradabbli; |
— |
Komposti reattivi tal-kloru; |
— |
Rodamina B; |
— |
Triklosan; |
— |
Butilkarbamat tat-3-jodo-2-propinil. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-formulazzjoni tal-prodott, irrispettivament mill-konċentrazzjoni.
(ii)
Is-sustanzi indikati hawn taħt ma għandhomx jiġu inklużi fil-formulazzjoni tal-prodott f'konċentrazzjonijiet ikbar minn dawk indikati:
— |
2-Metil-2H-iżotijażol-3-on: 0,0050 % tal-piż skont il-piż; |
— |
1,2-Benżiżotijażol-3(2H)-on: 0,0050 % tal-piż skont il-piż; |
— |
5-kloro-2-metil-4-iżotijażolin-3-on/2-metil-4-iżotijażolin-3-on: 0,0015 % tal-piż skont il-piż. |
Il-kontenut totali ta' fosforu (P) ikkalkolat bħala P elementali għandu jkun limitat għal:
— |
0,04 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil għad-deterġenti tal-ħwejjeġ; |
— |
0.005 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil għall-aġenti li jneħħu t-tbajja'. |
Sustanzi tal-fwejjaħ soġġetti għar-rekwiżit ta' dikjarazzjoni stipulat fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % tal-piż skont il-piż għal kull sustanza.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dawn id-dokumenti:
(a) |
Jekk jintużaw l-isotijażolinoni, dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw li l-kontenut ta' isotijażolinoni użati huwa ekwivalenti għal-limiti stabbiliti jew inqas; |
(b) |
Dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw li l-ammont totali ta' P elementali huwa ekwivalenti għal-limiti stabbiliti jew inqas; Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġjata bil-kalkoli tat-total ta' kontenut P tal-prodott; |
(c) |
Dikjarazzjoni tal-konformità ffirmata, u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet jew dokumentazzjoni mingħand il-fornituri, li jikkonfermaw li ma hemmx sustanzi tal-fwejjaħ soġġetti għar-rekwiżit tad-dikjarazzjoni stipulat fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 li jaqbżu l-limiti stabbiliti. |
(b) Sustanzi perikolużi
(i)
Il-prodott finali ma għandux jiġi klassifikat u tikkettat bħala tossiku akut, bħala sustanza tossika speċifika għal organi ta' mira, bħala sensitizzatur respiratorju jew tal-ġilda jew bħala prodott karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni, jew bħala prodott perikoluż għall-ambjent akkwatiku, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u skont il-lista fit-Tabella 2.
(ii)
Il-prodott ma għandux ikollu sustanzi mdaħħla f'limitu tal-konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew iktar tal-piż skont il-piż fil-prodott finali li jilħqu l-kriterji tal-klassifikazzjoni bħala tossiċi, perikolużi għall-ambjent akkwatiku, sensitizzaturi respiratorji jew tal-ġilda jew karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni, skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u skont il-lista fit-Table 2.
Meta jkunu aktar stretti, il-limiti ġeneriċi jew speċifiċi tal-konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jieħdu preċedenza.
Tabella 2
Il-klassifikazzjonijiet ristretti tal-periklu u t-tqassim tagħhom f'kategoriji
Tossiċità akuta |
|
Kategoriji 1 u 2 |
Kategorija 3 |
H300 Fatali jekk jinbela' |
H301 Tossiku jekk jinbela' |
H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda |
H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda |
H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs |
H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs |
H304 Jaf ikun fatali jekk jinbela' u jmur fil-pajp tan-nifs |
EUH070 Tossiku jekk imiss mal-għajnejn |
Tossiċità speċifika għal organi ta' mira |
|
Kategorija 1 |
Kategorija 2 |
H370 Jagħmel ħsara lill-organi |
H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi |
H372 Jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba |
H373 Jaf jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba |
Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda |
|
Kategorija 1 A/1 |
Kategorija 1B |
H317 Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda |
H317 Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda |
H334 Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu |
H334 Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu |
Karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni |
|
Kategoriji 1 A u 1B |
Kategorija 2 |
H340 Jaf jikkawża difetti ġenetiċi |
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
H350 Jaf jikkawża l-kanċer |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
H350i Jaf jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs |
|
H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità |
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa |
H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
|
Perikoluż għall-ambjent akkwatiku |
|
Kategoriji 1 u 2 |
Kategoriji 3 u 4 |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
H413 Jaf iħalli effetti fil-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
|
H420 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
|
Dan il-kriterju ma japplikax għal sustanzi mdaħħla li jkopri l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi kriterji għall-eżenzjoni ta' sustanzi li hemm l-Annessi IV u V ta' dan ir-Regolament mir-reġistrazzjoni, mill-obbligi tal-utent downstream u mir-rekwiżiti tal-evalwazzjoni. Sabiex isib jekk dik l-esklużjoni tkunx tapplika, l-applikant għandu jgħarrex għal kull sustanza mdaħħla li tkun preżenti f'konċentrazzjoni aktar minn 0,010 % tal-piż skont il-piż.
Is-sustanzi u t-taħlitiet fit-Table 3 huma eżentati mill-punt (b)(ii) tal-Kriterju 5.
Tabella 3
Sustanzi derogati
Sustanza |
Dikjarazzjoni tal-Periklu |
Aġenti tensjoattivi |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
Subtiliżina |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
Enżimi (*2) |
H317 Jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika tal-ġilda |
H334 Jistgħu jikkawżaw sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jinxtammu |
|
ε-aċidu ftalimido perossieżanoiku (PAP) użat bħala aġent għall-ibbliċjar f'konċentrazzjoni massima ta' 0,6 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (*3) |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri konformità ma' dan il-kriterju għall-prodott finali u għal kull sustanza mdaħħla li jkun hemm f'konċentrazzjoni akbar minn 0,010 % tal-piż skont il-piż fil-prodott finali. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ tad-dikjarazzjonijiet tal-fornituri, jew SDS li jikkonfermaw li l-ebda waħda minn dawn is-sustanzi ma tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni b'waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet tal-periklu elenkati fit-Table 2 fil-forma jew forom u fl-istat(i) fiżiku/fiżiċi kif inhuma preżenti fil-prodott.
Għas-sustanzi mniżżla fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li huma eżentati mill-obbligi tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament, ikun biżżejjed li tingħata dikjarazzjoni tal-applikant għall-konformità.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, li jikkonfermaw il-preżenza ta' sustanzi mdaħħla li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-deroga.
(c) Sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs)
Il-prodott finali ma għandux ikun fih sustanzi mdaħħla li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi l-lista tal-kandidati għal sustanzi ta' tħassib serju ħafna.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, jew SDS li jikkonfermaw li ebda waħda mis-sustanzi fil-lista tal-kandidati mhi preżenti.
Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għall-aħħar aġġornament tal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna.
(d) Fwejjaħ
Kull sustanza mdaħħla miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun immanifatturata u mmaniġġjata skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA) (5). Il-manifattur għandu jimxi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA fejn jidħlu l-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji tal-purità speċifikati għas-sustanzi.
Valutazzjoni u verifika: il-fornitur jew il-manifattur tal-fwejjaħ, skont kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ffirmata.
(e) Priżervattivi
(i) |
Il-prodott jista' jinkludi biss priżervattivi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma japplikax għall-aġenti tensjoattivi, li jista' jkollhom ukoll proprjetajiet bijoċidali. |
(ii) |
Il-prodotti jista' jkun fihom priżervattivi diment li dawn ma jkunux bijoakkumulattivi. Priżervattiv jitqies mhux bijoakkumulattiv jekk il-valur BCF ikun < 100 jew il-valur log Kow ikun < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel. |
(iii) |
Huwa pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi jew għandu effett diżinfettanti. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, flimkien mal-SDS ta' kull priżervattiv miżjud, u informazzjoni dwar il-valur BCF jew log Kow tiegħu. L-applikant għandu wkoll jipprovdi l-grafika tal-imballaġġ.
(f) Aġenti koloranti
L-aġenti koloranti fil-prodott ma għandhomx ikunu bijoakkumulattivi.
Aġent kolorant jitqies mhux bijoakkumulattiv jekk il-valur tal-BCF ikun < 100 jew il-valur log Kow ikun < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur ta' BCF imkejjel. Jekk l-aġenti koloranti jkunu approvati biex jintużaw fl-ikel, mhemmx bżonn li titressaq dokumentazzjoni dwar il-potenzjal bijoakkumulattiv.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, flimkien mal-SDS ta' kull aġent kolorant miżjud, u informazzjoni dwar il-valur BCF jew log Kow tiegħu, jew dokumentazzjoni li tiżgura li l-aġent kolorant huwa approvat biex jintuża fl-ikel.
(g) Enżimi
Għandhom jintużaw biss enżimi inkapsulati (f'forma solida) u enżimi f'forma likwida jew sospensjonijiet magħquda.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u jekk ikun xieraq, bl-appoġġ ta' dikjarazzjonijiet tal-fornituri, flimkien mal-SDS ta' kull enżima miżjuda.
Kriterju 6 — L-imballaġġ
(a) Proporzjon piż/utilità (weight/utility ratio, WUR)
Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott għandu jiġi kkalkulat għall-imballaġġ primarju biss u ma għandux jaqbeż dawn il-valuri għad-dożaġġ ta' referenza.
Tip ta' prodott |
WUR (g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil) |
Deterġenti tal-ħwejjeġ fil-forma ta' trab Deterġenti tal-ħwejjeġ fil-forma ta' tablet jew kapsula |
1,2 |
Deterġenti tal-ħwejjeġ fil-forma ta' likwidu/ġel (mhux tablets jew kapsuli) |
1,4 |
Aġent li jneħħi t-tbajja' (pretrattament biss) |
1,2 |
Imballaġġ primarju magħmul minn iktar minn 80 % ta' materjal riċiklat huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tal-WUR tal-prodott. Jekk il-prodott jinbiegħ f'imballaġġi differenti, jiġifieri b'volumi differenti, għandu jitressaq il-kalkolu għal kull daqs tal-imballaġġ li għalih trid tingħata l-Ekotikketta tal-UE.
Il-WUR jiġi kkalkulat kif ġej:
WUR = Σ [(Wi + Ui)/(Di * Ri)]
Fejn:
Wi |
: |
il-piż (g) tal-imballaġġ primarju (i); |
Ui |
: |
il-piż (g) tal-imballaġġ riċiklat mhux wara l-użu fl-imballaġġ primarju (i). Ui = Wi sakemm l-applikant ma jistax juri mod ieħor; |
Di |
: |
l-għadd ta' dożi ta' referenza fl-imballaġġ primarju (i); |
Ri |
: |
indiċi tar-rikariki. Ri = 1 (l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess skop) jew Ri = 2 (jekk l-applikant ma jiddokumentax li l-kontenut tal-imballaġġ jista' jerġa' jintuża għall-istess skop u jinbiegħu r-rikariki). |
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata li tikkonferma l-kontenut ta' materjal riċiklat wara l-użu, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti. L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat wara l-użu jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur.
(b) Disinjar għar-riċiklaġġ
L-imballaġġ tal-plastik għandu jiġi ddisinjat b'mod li jiffaċilita r-riċiklaġġ effettiv billi jiġu evitati kontaminanti u materjali inkompatibbli potenzjali li huma magħrufin li jfixklu s-separazzjoni jew l-ipproċessar mill-ġdid jew li jnaqqsu l-kwalità tal-materjal riċiklat. Weħidhom jew flimkien, it-tikketta jew “Shrink wrap”, it-tapp u meta applikabbli, il-kisjiet tal-protezzjoni ma għandhomx jinkludu l-materjali u l-komponenti mniżżlin fit-Table 4. Il-mekkaniżmi tal-pompi (inklużi dawk tal-isprejs) huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.
Tabella 4
Materjali u komponenti li ma għandux ikun hemm fost l-elementi tal-imballaġġ
Element tal-imballaġġ |
Materjali u komponenti esklużi (*4) |
||||||||||||
Tikketta jew “Shrink wrap” |
|
||||||||||||
Tapp |
|
||||||||||||
Kisjiet tal-protezzjoni |
Poliammid, poliolefini funzjonali, kisjiet ta' lqugħ metallizzati u ħfief |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata u li tispeċifika l-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ inklużi l-kontenitur, it-tikketta jew “Shrink wrap”, il-kolol, it-tapp, u l-kisja tal-protezzjoni, jekk ikun xieraq, kif ukoll ritratti jew disinni tal-imballaġġ primarju.
Kriterju 7 — Adegwatezza għall-użu
Il-prodott għandu jkollu prestazzjoni ta' ħasil sodisfaċenti fl-inqas temperatura u dożaġġ rakkomandati mill-manifattur għall-ebusija tal-ilma skont “Il-protokoll tal-Ekotikketta tal-UE għall-ittestjar tad-deterġenti tal-ħwejjeġ” (6) jew “Il-protokoll tal-Ekotikketta tal-UE għall-ittestjar tal-aġenti li jneħħu t-tbajja” (7), kif ikun xieraq, disponibbli fis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi li l-prodott ġie ttestjat fil-kundizzjonijiet imniżżla fil-protokoll u li r-riżultati wrew li l-prodott laħaq tal-inqas il-prestazzjoni minima tal-ħasil meħtieġa. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dokumentazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti tal-laboratorju li hemm fl-istandards armonizzati rilevanti tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, jekk ikun xieraq.
Jista' jintuża test tal-prestazzjoni ekwivalenti jekk l-ekwivalenza tiġi vvalutata u aċċettata mill-korp kompetenti.
Kriterju 8 — Informazzjoni għall-utenti
Il-prodott għandu jkollu miegħu struzzjonijiet dwar l-użu xieraq biex tittejjeb kemm jista' jkun il-prestazzjoni tal-prodott u jitnaqqas kemm jista' jkun l-iskart, filwaqt li t-tniġġis tal-ilma u l-użu tar-riżorsi jitnaqqsu wkoll. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment jew jinkludu disinni jew simboli, u għandu jkollhom informazzjoni dwar dawn:
(a) |
Struzzjonijiet dwar id-dożaġġ L-applikant għandu jieħu passi xierqa biex jgħin lill-konsumaturi jirrispettaw id-doża rakkomandata, billi jipprovdilhom struzzjonijiet dwar id-dożaġġ u sistema ta' ddożar konvenjenti (pereż. tappijiet). L-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ għandhom jinkludu infomazzjoni dwar id-doża rakkomandata għal ħasla standard għal mill-inqas żewġ livelli ta' ħmieġ u dwar l-impatt tal-ebusija tal-ilma fuq id-doża. Għandhom jingħataw indikazzjonijiet dwar l-ikbar prevalenza tal-ebusija tal-ilma fiż-żona fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq jew fejn tista' tinstab din l-infomazzjoni. |
(b) |
Informazzjoni dwar ir-rimi tal-imballaġġ L-imballaġġ primarju għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi korrett tal-imballaġġ. |
(c) |
Informazzjoni ambjentali Fuq l-imballaġġ primarju għandu jkun hemm test li jispjega l-importanza li jintużaw id-dożaġġ korrett u l-inqas temperatura rakkomandata (li ma għandhiex tkun ogħla minn 30 °C) u ħasliet sħaħ biex jitnaqqsu kemm jista' jkun il-konsum tal-enerġija u tal-ilma u t-tniġġis tal-ilma. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata flimkien ma' kampjun tat-tikketta tal-prodott. |
Kriterju 9 — L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
Il-logo għandu jkun viżibbli u leġibbli. In-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jidhru fuq il-prodott u għandhom ikunu leġibbli u viżibbli b'mod ċar.
L-applikant jista' jagħżel li jinkludi fuq it-tikketta kaxxa testwali bil-kliem li ġej:
— |
Impatt limitat fuq l-ambjent akkwatiku; |
— |
Ammont ristrett ta' sustanzi perikolużi; |
— |
Ittestjat għall-prestazzjoni tal-ħasil tiegħu f'temperatura ta' 30 °C (*). |
(*) |
Jekk il-prodott ġie ttestjat f'temperatura ta' 15 jew 20 °C fil-Kriterju 7, l-applikant jista' jibdel it-temperatura indikata skont dan. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità ffirmata flimkien ma' kampjun tat-tikketta tal-prodott jew tal-grafika tal-imballaġġ fejn titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità ffirmata.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(*1) “l-ebda limitu” tfisser: irrispettivament mill-konċentrazzjoni, is-sustanzi kollha miżjuda bi ħsieb, prodotti sekondarji u impuritajiet mill-materja prima
N/A mhux applikabbli
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(4) Sustanza titqies mhux bijoakkumulattiva jekk il-valur tal-BCF ikun < 100 jew il-valur log Kow ikun < 3,0. Jekk il-valur BCF u l-valur log Kow ikunu disponibbli t-tnejn, għandu jintuża l-ogħla valur ta' BCF imkejjel.
(*2) Inklużi stabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħrajn fil-preparazzjonijiet.
(*3) F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 0,2 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.
(5) Disponibbli fis-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org.
(*4) EVA — Etilenvinilaċetat, HDPE — Polietilen b'densità għolja, PET — Poli etilentereftalat, PETG — Polietilentereftalat glikol-modifikat, PP — Polipropilen, PS — Polistiren, PVC — Polivinilklorur
(6) Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/Performance%20Test%20Laundry%20Detergents.pdf.
(7) Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/Performance%20Test%20stain%20removers.pdf.