Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1195

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1195 tal-4 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/129/PESK li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

    ĠU L 172, 5.7.2017, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1195/oj

    5.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 172/14


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1195

    tal-4 ta' Lulju 2017

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/129/PESK li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/129/PESK (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2014/129/PESK tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar għall-proġetti li jkopru tal-attivitajiet speċjali msemmija fl-Artikolu 1(3) mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament msemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

    (3)

    Fit-3 ta' April 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/632 (2) li estendiet il-perijodu tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/129/PESK sat-2 ta' Lulju 2017.

    (4)

    Fid-19 ta' Ġunju 2017, l-entità ta' implimentazzjoni (il-“Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni”) talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal estensjoni oħra tal-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/129/PESK sal-31 ta' Diċembru 2017 sabiex tkun tista' ssir l-organizzazzjoni ta' konferenza annwali importanti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm fl-2017, kif ukoll biex tkompli tinżamm il-manutenzjoni u tiġi aġġornata l-pjattaforma tal-internet tal-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni wara t-2 ta' Lulju 2017.

    (5)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/129/PESK tiġi emendata sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet imsemmija fiha, u tiġi estiża d-durata tagħha skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2014/129/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    Artikolu 1(3)(c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    il-provvediment ta' mezzi biex isiru erba' konferenzi prinċipali annwali ma' pajjiżi terzi u mas-soċjetà ċivili dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm biex jippromwovu internazzjonalment l-Istrateġija tal-UE għan-Nonproliferazzjoni tal-AQM u l-Istrateġija tal-UE għas-SALW, u r-rwol, f'dan il-qasam, tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-gruppi ta' riflessjoni fl-Unjoni, bil-ħsieb li tiżdied il-viżibbiltà tal-politika tal-Unjoni f'dan il-qasam u li jitressqu rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet quddiem ir-rappreżentanti tar-RGħ;”;

    (2)

    L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti li jkopru l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(3) għandu jkun ta' EUR 4 034 254,15.”;

    (3)

    L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Hija għandha tapplika mit-3 ta' Lulju 2017. Hija għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.”;

    (4)

    It-test tat-Taqsima 4 tal-Anness jinbidel b'dan li ġej:

    “4.   Tul ta' żmien

    Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/129/PESK tal-10 ta' Marzu 2014 li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 3).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/632 tat-3 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/129/PESK li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 90, 4.4.2017, p. 10).


    Top