Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0503

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/503 tat-8 ta' Novembru 2016 rigward l-iskema ta' għajnuniet SA.39621 2015/C (ex 2015/NN) (notifikata bid-dokument C(2016) 7086) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2016/7086

    ĠU L 83, 29.3.2017, p. 116–156 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/503/oj

    29.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 83/116


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/503

    tat-8 ta' Novembru 2016

    rigward l-iskema ta' għajnuniet SA.39621 2015/C (ex 2015/NN)

    (notifikata bid-dokument C(2016) 7086)

    (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

    Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'konformità mal-Artikoli msemmija (1) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,

    Billi:

    1.   IL-PROĊEDURA

    (1)

    Bl-ittra tat-13 ta' Novembru 2015 (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”), il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Franċiżi bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' din il-miżura.

    (2)

    L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti tagħhom dwar din l-ittra permezz tal-ittra tagħhom tas-17 ta' Diċembru 2015.

    (3)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-2 ta' Frar 2016 (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom rigward il-miżura kkonċernata.

    (4)

    Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati u bagħtithom lill-awtoritajiet Franċiżi filwaqt li tathom il-possibbiltà li jikkummentaw dwarhom. Il-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi ntbagħtu permezz tal-ittra tal-24 ta' Mejju 2016.

    (5)

    Fit-2 ta' Mejju 2016 il-Kummissjoni bagħtet lista ta' mistoqsijiet lill-awtoritajiet Franċiżi li min-naħa tagħhom wieġbuhom permezz tal-ittri tal-21 ta' Ġunju u tal-15 ta' Lulju 2016. Fis-27 ta' Lulju l-Kummissjoni bagħtet lista ta' mistoqsijiet oħra lill-awtoritajiet Franċiżi, li wieġbuhom fid-9 ta' Settembru 2016.

    2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

    (6)

    Il-mekkaniżmu huwa deskritt fid-dettall fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. It-taqsimiet li ġejjin jiġbru fil-qosor din il-kwistjoni.

    2.1.   Il-funzjonament ġenerali tal-mekkaniżmu

    (7)

    Il-liġi Nru 2010-1488 tas-7 ta' Diċembru 2010 dwar l-Organizzazzjoni l-Ġdida tas-Swieq tal-Elettriku (il-liġi “NOME”), introduċiet obbligu fuq il-fornituri tal-elettriku, l-operaturi tan-netwerks għat-telf u l-konsumaturi għall-konsumi barra l-kuntratt ta' provvista (“il-fornituri”) li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fi Franza skont il-konsum ta' enerġija tal-klijenti tagħhom jew tagħhom stess. Sabiex jissodisfaw dan l-obbligu, kull sena kull fornitur irid jiġġustifika ċertu volum ta' garanziji ta' kapaċità marbuta mal-konsum tal-klijenti tiegħu jew mal-konsum tiegħu stess matul il-perjodu ta' domanda massima.

    (8)

    Il-garanziji ta' kapaċità jinkisbu mill-fornituri jew direttament b'mezzi proprji (faċilitajiet ta' produzzjoni jew kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda), jew għandhom jinxtraw f'suq deċentralizzat mingħand dawk li jistokkjawhom (jiġifieri l-operaturi tal-kapaċità, fornituri oħra, operaturi tas-suq, konsumaturi li jfornu lilhom infushom, eċċ.).

    (9)

    L-operaturi tal-kapaċità ta' produzzjoni jew ta' ġestjoni tad-domanda (“l-operaturi tal-kapaċità” jew “l-operaturi”), min-naħa tagħhom għandhom l-obbligu li jiksbu ċertifikat għall-kapaċità tagħhom mingħand l-operatur tas-sistema pubblika ta' trażmissjoni tal-elettriku (“RTE”). L-operaturi ser jingħataw garanziji ta' kapaċità mingħand RTE skont il-kontribut stmat tal-faċilitajiet tagħhom għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ fil-perjodi ta' domanda massima ta' konsum.

    (10)

    Il-garanziji tal-kapaċità jistgħu jiġu skambjati u trasferiti. Ix-xiri ta' garanziji ta' kapaċità minn fornituri tal-elettriku mingħand l-operaturi tal-kapaċità biex jiġu ssodisfati l-obbligi legali tagħhom se jiġi organizzat permezz ta' suq deċentralizzat tal-garanziji ta' kapaċità. Il-Figura 1 turi kif jiffunzjona ġeneralment il-mekkaniżmu.

    Figura 1

    Il-funzjonament ġenerali tal-mekkaniżmu

    Image

    Sors: Ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tat-2 ta' Frar 2015

    2.2.   L-obbligi tal-kapaċità

    2.2.1.   L-obbligi tal-fornituri

    (11)

    Il-kalkolu tal-enerġija ta' referenza ta' fornitur, jiġifieri l-obbligu ta' kapaċità tiegħu, huwa bbażat fuq il-prinċipji li ġejjin:

    (1)

    it-teħid inkunsiderazzjoni tal-konsum irreġistrat waqt il-perjodu tad-domanda massima (msejjaħ PD1) matul is-sena ta' konsenja (“SK”; kull darba sena kalendarja);

    (2)

    korrezzjoni għas-sensittività tal-konsum għat-temperatura (termosensittività); u

    (3)

    korrezzjoni, min-naħa l-oħra, tal-enerġija ġestita tal-kapaċitajiet iċċertifikati attivati matul il-PD1.

    (12)

    L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jiddefinixxi kull sena l-ġranet ta' PD1 li jiddeterminaw l-obbligu tal-kapaċità tal-fornituri tat-territorju metropolitan nazzjonali, billi jibbaża fuq l-istimi tal-konsum nazzjonali ta' dak il-jum għall-għada (f'J-1). In-numru ta' jiem ta' PD1 irid ikun bejn 10 u 15 għal kull sena ta' konsenja u s-sigħat magħżula għall-kalkolu tal-obbligu ta' kapaċità huma l-meded ta' sigħat (07h00- 5h00 u 18h00-20h00) tal-ġranet ta' PD1 magħżula. Għalhekk in-numru ta' sigħat ta' domanda massima tal-PD1 huwa bejn 100 u 150 siegħa fis-sena. Il-ġranet PD1 jiġu nnotifikati lill-fornituri f'J-1 qabel l-għaxra u nofs ta' filgħodu (10h30).

    (13)

    L-obbligu mhuwiex iddeterminat b'mod standard minn qabel, iżda abbażi ta' dejta mkejla, biex kull konsumatur jirċievi l-kontribut reali tiegħu għar-riskju ta' qtugħ. Biex il-kontribut ta' konsumatur jiġi tradott għar-riskju ta' qtugħ minħabba t-termosensittività tiegħu, il-konsum tiegħu rreġistrat matul is-sena ta' konsenja jiġi adattat sabiex jissimula mewġa ta' kesħa li l-intensità tagħha tikkorrispondi għar-riskju li tipprova tkopri s-sistema (mewġa ta' kesħa fuq għaxar snin) u b'hekk jissodisfa l-kriterju ta' sigurtà tal-provvista stipulat mill-awtoritajiet Franċiżi. Il-kriterju ta' sigurtà tal-provvista ġie stabbilit bid-Digriet Nru 2006-1170 tal-20 ta' Settembru 2006 u jikkorrispondi għal aspettattiva ta' medja ta' qtugħ ta' tliet (3) sigħat fis-sena.

    (14)

    Il-parametri li ser jiddeterminaw il-ħtieġa attwali ta' garanziji ta' kapaċità fis-sena ta' konsenja ser ikunu ppubblikati erba' (4) snin qabel is-sena ta' konsenja u jibqgħu stabbli għal sena finanzjarja sħiħa, biex ikun jista' jsir kummerċ f'qafas regolatorju fiss u biex jiġi żgurat li l-valur tal-prodott ma jinbidilx minħabba intervent estern għas-suq. L-obbligu speċifiku ta' kull fornitur imbagħad jiġi kkalkulat wara s-sena ta' konsenja, billi jiġu applikati dawn il-parametri.

    (15)

    Il-ġestjoni tad-domanda tista' tiġi kkunsidrata skont żewġ metodi differenti: jew billi jitnaqqas l-ammont tal-obbligu tal-kapaċità ta' fornitur bi tnaqqis tal-konsum (“ġestjoni tad-domanda impliċita”), jew permezz ta' ċertifikazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda (“ġestjoni tad-domanda espliċita”). L-obbligi għaż-żewġ tipi ta' ġestjoni tad-domanda huma differenti: il-“ġestjoni tad-domanda impliċita” trid effettivament titħaddem waqt il-ħinijiet PD1; filwaqt li l-“ġestjoni tad-domanda espliċita” trid tkun kommessa li tkun disponibbli waqt il-ħinijiet PD2.

    (16)

    Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew li ċerti garanziji tal-kapaċità jkunu assoċjati mal-prodott ARENH (3) għall-fornituri alternattivi, li, fil-fehma tagħhom, għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tas-suq tal-garanziji tal-kapaċità.

    2.2.2.   L-obbligi tal-operaturi tal-kapaċità u l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni

    (17)

    L-operatur ta' kwalunkwe faċilità ta' produzzjoni (il-mekkaniżmu huwa teknoloġikament newtrali) konnessa mas-sistema pubblika ta' trażmissjoni jew mas-sistema pubblika ta' distribuzzjoni irid japplika għaċ-ċertifikazzjoni minn RTE. L-operatur ta' kwalunkwe faċilità ta' produzzjoni (il-mekkaniżmu huwa teknoloġikament newtrali) konnessa mas-sistema pubblika ta' trażmissjoni jew mas-sistema pubblika ta' distribuzzjoni irid japplika għaċ-ċertifikazzjoni minn RTE. Kwalunkwe faċilità ta' ġestjoni tad-domanda, tkun xi tkun is-sistema li magħha hija konnessa, tista' tiġi ċċertifikata minn RTE. Għaldaqstant huwa l-operatur tal-kapaċità li l-ewwel jagħmel stima tal-volum ta' kapaċità tiegħu li jista' jkun disponibbli matul il-perjodi ta' domanda massima ta' konsum (imsejħa “PD2”) f'sena ta' konsenja partikolari.

    (18)

    In-numru ta' jiem ta' PD2 għal sena ta' konsenja huwa bejn 10 u 25. Barra minn hekk, il-jiem PD1 bilfors iridu jkunu jiem ta' PD2. Il-jiem ta' PD2 li mhumiex jiem ta' PD1 jintgħażlu f'ġurnata għall-għada minn RTE abbażi ta' kriterji ta' voltaġġ imposti fuq is-sistema elettrika. Il-firxiet ta' ħinijiet ikkonċernati huma l-istess bħal dawk tal-jiem ta' PD1. In-numru ta' sigħat ta' domanda massima ta' PD2 huwa għalhekk bejn 100 u 250 siegħa fis-sena.

    (19)

    Il-livell iċċertifikat imbagħad jiġi kkalkulat minn RTE abbażi tad-dejta mibgħuta kif ukoll abbażi tal-metodi ta' kalkolu previsti fil-bażi legali tal-mekkaniżmu. Għaldaqstant, isiru korrezzjonijiet pereżempju sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni n-numru possibli ta' ġranet suċċessivi ta' attivazzjoni tal-kapaċitajiet iċċertifikati jew il-kontribuzzjoni effettiva għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ ta' kapaċità li s-sors ta' enerġija primarja tagħha huwa soġġett għal perikli meteoroloġiċi.

    (20)

    Imbagħad, l-operatur jista' jibdel il-previżjonijiet tiegħu ta' disponibbiltà tul il-mekkaniżmu kollu, inkluż matul is-sena ta' konsenja, permezz ta' pjan ta' riekwilibriju. Ir-riekwilibriju jikkorrispondi għal “tiġdid taċ-ċertifikazzjoni” tal-kapaċità u jippermetti lill-operatur jaġġusta l-aspettattivi tiegħu kull meta tiġi rilevata informazzjoni ġdida dwar il-kapaċità tiegħu. Ir-riekwilibriju jista' jinvolvi tnaqqis jew żieda.

    (21)

    Din is-sistema ta' dikjarazzjoni hija akkumpanjata minn sistema ta' kontroll tal-kapaċità: il-prinċipju huwa li kull kapaċità ċertifikata trid tiġi attivata tal-inqas darba fis-sena. Dan jinvolvi testijiet każwali għal kull kapaċità mingħajr ma l-operatur ikun avżat minn qabel. Kapaċità ma tistax tiġi ttestjata aktar minn tliet darbiet f'perjodu ta' konsenja.

    (22)

    Ir-regoli dettaljati taċ-ċertifikazzjoni jvarjaw skont it-tip ta' kapaċità kkonċernata:

    (1)

    il-kapaċitajiet ta' produzzjoni eżistenti jistgħu jibdew jitolbu ċertifikazzjoni sa erba' (4) snin qabel il-perjodu ta' konsenja, u huma obbligati li jitolbu ċ-ċertifikazzjoni sa tliet (3) snin qabel tibda s-sena ta' konsenja;

    (2)

    il-kapaċitajiet ta' produzzjoni ppjanati jistgħu jitolbu ċ-ċertifikazzjoni mal-iffirmar tal-ewwel saldu tal-ftehim ta' konnessjoni ffirmat u sa xahrejn qabel jibda l-perjodu ta' konsenja; u

    (3)

    l-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda jistgħu jiġu ċċertifikati sa xahrejn qabel jibda l-perjodu ta' konsenja.

    (23)

    Il-persuna responsabbli miż-żona taċ-ċertifikazzjoni (“RPC”) hija l-persuna ġuridika responsabbli finanzjarjament mid-differenzi tal-operaturi tal-kapaċità fiż-żona tiegħu. L-operaturi jistgħu jkunu l-RPC tagħhom stess jew jiffirmaw kuntratt ma' xi RPC. RPC jista' “iżid” il-kapaċitajiet fiż-żona tiegħu.

    (24)

    Biex jitħallsu d-differenzi, RTE jikkomunika lil kull RPC id-differenza fiż-żona tiegħu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' konsenja +2.

    2.3.   L-iskambji tal-garanziji tal-kapaċità

    (25)

    Il-garanziji tal-kapaċità huma kollha mdaħħla fir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità, li jinżamm mill-operatur tan-netwerk RTE. Kull fornitur u kull operatur ta' kapaċità huwa obbligat li jiftaħ kont ma' RTE fuq ir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità. Għalhekk l-atturi integrati vertikalment huma obbligati jżommu żewġ kontijiet f'dan ir-reġistru, wieħed għall-attività ta' produzzjoni tagħhom u l-ieħor għall-attività ta' kummerċjalizzazzjoni tagħhom.

    (26)

    Is-sjieda ta' garanzija tal-kapaċità tiddependi mir-reġistrazzjoni tagħha minn RTE fil-kont li jkollu d-detentur tagħha fir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità. Kull garanzija tal-kapaċità li tinħareġ tingħata numru biex minn naħa jkun hemm ġestjoni tagħha u min-naħa l-oħra jkunu jistgħu jiġu rintraċċati l-iskambji. Din tkun valida għal sena ta' konsenja. Il-garanzija tal-kapaċità, li l-unità tagħha hija ta' 0,1 MW (4), tkun biss tal-proprjetarju ladarba tinħareġ: attur li jkollu garanzija tal-kapaċità ma jġorr ebda riskju relatat mal-kapaċità sottostanti li toħloqha.

    (27)

    It-trasferimenti tal-garanziji tal-kapaċità bejn l-atturi (ħruġ u bejgħ) isiru permezz tat-traferiment ta' dawn il-garanziji fuq ir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità, wara li ssir it-talba miż-żewġ partijiet (il-parti ċedenti u l-parti riċeventi). It-trasferimenti attwali tal-proprjetà isiru permezz tar-reġistrazzjoni ta' garanzija tal-kapaċità fuq il-kont tal-attur riċeventi.

    (28)

    L-iskambji tal-garanziji tal-kapaċità jistgħu jseħħu fi swieq mhux irregolati jew fi swieq organizzati.

    (29)

    L-iskambji ta' garanziji tal-kapaċità jistgħu jsiru matul il-perjodu kollu miċ-ċertifikazzjoni sal-iskadenza tal-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità. Kif spjegat fil-premessa (23), RTE jinnotifika lil kull fornitur dwar l-ammont tal-obbligu ta' kapaċità tiegħu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' konsenja +2. L-iskadenza tal-bejgħ tkun 15-il jum wara.

    (30)

    Il-fornituri li, fl-iskadenza tan-notifika jkollhom garanziji tal-kapaċità żejda meta mqabbla mal-obbligu tagħhom huma meħtieġa jagħmlu offerta pubblika ta' bejgħ qabel l-iskadenza tal-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità.

    (31)

    Ħamest ijiem wara l-iskadenza tal-bejgħ tal-garanziji, RTE jikkalkula, għal kull fornitur, l-iżbilanċ bejn l-ammont tal-obbligu ta' kapaċità tal-fornitur u l-ammont ta' garanziji tal-kapaċità li jidhru fil-kont tal-fornitur fir-Reġistru tal-garanziji tal-kapaċità kif ukoll is-saldu finanzjarju korrispondenti.

    2.4.   Is-saldu finanzjarju tad-differenzi

    (32)

    Il-mekkaniżmu jipprovdi l-akkontabilità fuq id-differenzi bejn ir-realizzat u l-previżjonijiet.

    (33)

    L-istruttura globali tas-saldi finanzjarji tikkorrispondi għal saldi tad-differenzi li jsiru b'mod simili ħafna għal dak fis-seħħ għall-enerġija (riekwilibriju jew balancing) u tassumi li l-fornituri u l-RPCs iħallsu somma f'każ ta' żbilanċ negattiv jew jirċievu somma f'każ ta' żbilanċ pożittiv. F'każ ta' żbilanċ negattiv il-konsumaturi finali jgawdu minn tnaqqis fil-prezz permezz tat-TURPE (Tarif d'Utilisation du Réseau Public d'Electricité — Prezz tal-Użu tan-Netwerk Pubbliku tal-Elettriku) (5).

    (34)

    Il-prezz tas-saldu applikat għal sena ta' konsenja partikolari jiddependi minn ċerti kriterji:

    (1)

    meta s-sigurtà tal-provvista ma tkunx daqstant mhedda, il-prezz tas-saldu finanzjarju jkun ibbażat kollu fuq il-prezz tas-suq (MRP; jiġifieri l-medja aritmetika tal-prezzijiet tal-kapaċità stabbiliti fl-irkantijiet li jsiru qabel is-sena ta' konsenja). Għas-saldu tad-differenzi negattivi, jiżdied koeffiċjent ta' inċentiv (il-koeffiċjent k) ma' dan il-prezz biex jiġi żgurat l-inċentiv li wieħed jirrikorri għas-suq tal-garanziji minflok jistenna s-saldu finanzjarju (għad-differenzi pożittivi, dan jitnaqqas minnu); u

    (2)

    meta s-sigurtà tal-provvista tkun mhedda b'mod sinifikanti (differenza globali taħt limitu li jrid jiġi ddeterminat minn RTE; stabbilit għal 2 GW taħt l-obbligu globali għall-ewwel sentejn ta' konsenja), il-prezz tas-saldu tad-differenzi jirreferi għal prezz amministrat (Padmin). Dan il-prezz amministrat jirrappreżenta l-limitu massimu tal-prezz tal-kapaċità fis-suq.

    (35)

    Ladarba d-diversi saldi tad-differenzi jiġu kkalkulati, l-RPC u l-fornituri li jkollhom differenzi negattivi jitfgħu l-ammont tas-saldu li għandhom iħallsu fil-fondi rispettivi tagħhom u l-RPC u l-fornituri li jkollhom differenzi pożittivi jirċievu l-ammont tas-saldu dovut lilhom mill-fondi rispettivi tagħhom. Madankollu, is-somma tas-saldi pożittivi ma tkunx akbar mis-somma tal-pagamenti magħmula għas-saldi finanzjarji negattivi għal sena ta' konsenja partikolari. Il-bilanċi li jista' jifdal fil-fondi għas-saldu tad-differenzi jitqassmu kollha mill-ġdid lill-utenti tas-sistema pubblika tat-trażmissjoni tal-elettriku, jiġifieri lill-klijenti finali kollha.

    (36)

    Mhemm l-ebda fluss finanzjarju bejn il-fond għas-saldu tad-differenzi tal-RPC u l-fond għas-saldu tad-differenzi tal-fornituri. Għaldaqstant mhemm l-ebda fluss finanzjarju bejn l-operaturi tal-kapaċitajiet u l-fornituri kkonċernati f'dak li jirrigwarda s-saldu tad-differenzi.

    (37)

    RTE jipprovdi l-ġestjoni tal-amministrazzjoni, tal-kontijiet u tal-finanzi tal-fondi għas-saldi (“fond għas-saldu tad-differenzi tal-persuni responsabbli għaż-żona ta' ċertifikazzjoni” u “fond għas-saldu tar-riekwilibriju tal-kapaċità tal-fornituri”) skont ir-regoli tal-kontabilità privata. Bħala tali huwa inkarigat mill-kontijiet u l-irkupru tas-somom dovuti mill-RPC u l-fornituri, kif ukoll mill-kontroll tan-nuqqas ta' pagamenti.

    (38)

    Il-Kummissjoni li tirregola l-enerġija (CRE), l-awtorità regolatorja nazzjonali fil-qasam tal-enerġija, min-naħa tagħha hija responsabbli mill-kontroll tas-saldu tad-differenzi tal-fornituri (l-Artikolu 7 tad-Digriet Nru 2012-1405 kodifikat fl-Artikolu R. 335-12 tal-Kodiċi tal-Enerġija) u tista' tagħti penali amministrattiva f'każ ta' ksur tal-obbligu legali tal-ħlas tad-differenzi. Il-penali trid tkun proporzjonata u ma tistax taqbeż EUR 120 000 għal kull MW ta' kapaċità għal sena ta' konsenja (l-Artikolu L. 335-7 tal-Kodiċi tal-Enerġija).

    2.5.   Il-bażi legali nazzjonali

    (39)

    Il-liġijiet u r-regolament li jirregolaw il-mekkaniżmu tal-kapaċità huma:

    (1)

    il-Liġi Nru 2010-1488 tas-7 ta' Diċembru 2010 dwar l-organizzazzjoni l-ġdida tas-suq tal-elettriku, kodifikata b'mod partikolari fl-Artikoli L. 335-1 sa L. 335-7 u L. 321-16 sa L. 321-17 tal-Kodiċi tal-Enerġija;

    (2)

    id-Digriet Nru 2012-1405 tal-14 ta' Diċembru 2012 dwar il-kontribut tal-fornituri għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' obbligu ta' kapaċità fil-qasam tal-elettriku, previst fl-Artikolu L. 335-6 u kodifikat fl-Artikoli tal-parti regolatorja tal-Kodiċi tal-Enerġija R. 335-1 sa D. 335-54;

    (3)

    l-Ordni tat-22 ta' Jannar 2015 li tiddefinixxi r-regoli tal-mekkaniżmu tal-kapaċità u magħmula taħt l-Artikolu 2 tad-Digriet Nru 2012-1405 tal-14 ta' Diċembru 2012 dwar il-kontribut tal-fornituri għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' obbligu ta' kapaċità fil-qasam tal-elettriku; u

    (4)

    l-Anness għall-Ordni tat-22 ta' Jannar 2015: Regoli tal-mekkaniżmu ta' kapaċità.

    (40)

    Fid-dawl tar-rimedji proposti minn Franza wara l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, dawn it-testi ser ikunu wkoll emendati jew kompluti sabiex jirriflettu r-rimedji kollha deskritti fit-Taqsima 3 ta' din id-deċiżjoni.

    2.6.   Il-benefiċjarji

    (41)

    Il-benefiċjarji tal-mekkaniżmu huma d-detenturi tal-kapaċità, li jirċievu l-garanziji tal-kapaċità mill-Istat (permezz ta' RTE) u li għandhom il-possibbiltà li jerġgħu jbiegħuhom.

    2.7.   L-għan tal-mekkaniżmu: is-sigurtà tal-provvista

    (42)

    L-indikatur magħżul minn Franza sabiex tivvaluta r-riskju ta' żbilanċ bejn l-offerta u d-domanda tal-elettriku huwa l-aspettattiva ta' qtugħ minħabba żbilanċ bejn l-offerta u d-domanda (Loss Of Load Expectation (LOLE)). Għal Franza, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu li jikkunsidraw aspettattiva ta' qtugħ medju ta' tliet (3) sigħat fis-sena.

    (43)

    L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li għal dawn l-aħħar diversi snin, Franza kien qed ikollha domanda massima ta' konsum tal-elettriku fix-xitwa. Is-sistema elettrika ta' Franza hija kkaratterizzata fil-fatt minn sensittività kbira għat-temperatura fil-konsum tal-elettriku li twassal għal konsum ogħla ta' elettriku matul il-perjodi kesħin ħafna tax-xitwa. Kif spjegat fil-Figura 2, din is-sensittività għat-temperatura kompliet tikber matul dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari minħabba li żdied il-konsum relatat mat-tisħin bl-elettriku, iżda wkoll minħabba użi ġodda tal-elettriku li jikkoinċidu mal-konsum akbar ta' filgħaxija.

    (44)

    Iż-żieda fid-domanda massima hija aktar rapida minn dik tal-livell ġenerali tal-konsum ta' elettriku. Barra minn hekk, id-domanda massima ta' konsum fi Franza hija kkaratterizzata mill-volatilità qawwija tagħha u d-differenzi fil-konsum jistgħu jkunu għalhekk partikolarment sinifikanti (sa 20 GW bejn sena u oħra). Il-kontroll tad-domanda massima ta' konsum tal-elettriku huwa għalhekk tħassib ewlieni, b'mod partikolari fil-kuntest tat-trasferimenti tal-użijiet tal-enerġija lejn l-elettriku.

    Figura 2

    Perjodi storiċi tal-ogħla domanda ta' konsum fi Franza

    Image

    Sors: RTE — Rapport Provviżorju tal-bilanċ bejn l-offerta u d-domanda tal-elettriku fi Franza 2014, p. 33

    (45)

    Skont RTE, min-naħa tal-offerta, l-Ewropa hija kkaratterizzata minn domanda staġnata u kapaċità żejda konsiderevoli ta' produzzjoni tal-elettriku kkawżati minn diversi fatturi. Mill-2008 'l hawn, il-kriżi ekonomika naqqset id-domanda għall-elettriku. Fl-istess waqt, l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli ssussidjati “barra mis-suq” u li jgawdu aċċess prijoritarju għan-netwerk tal-elettriku huwa mgħaġġel. Barra minn hekk, l-impjanti tal-faħam Ewropej raw żieda qawwija fl-attività minħabba l-waqgħa fil-prezz tal-fjuwil, dovuta għaż-żieda fil-gass tax-shale fl-Amerika li ġiegħlet lill-Istati Uniti jesportaw f'ammonti kbar il-produzzjoni żejda tal-faħam tagħhom lejn l-Ewropa. Fl-aħħar nett, naqas ħafna d-dħul, u allura naqset ukoll l-attività, tal-impjanti tal-gass — li saru inqas kompetittivi mill-impjanti tal-faħam.

    (46)

    F'dan il-kuntest, il-perikli relatati mal-kundizzjonijiet tal-klima joħolqu inċertezza fuq il-qligħ tal-kapaċitajiet intensivi meħtieġa biex ikopru din id-domanda ogħla ta' konsum. Dawn il-perjodi ta' żieda qawwija fid-domanda tal-konsum huma rari, ftit sigħat f'sena u saħansitra xejn f'xi snin oħrajn jekk it-temperaturi jkunu xi ftit għoljin.

    (47)

    Il-mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza ġie mfassal bħala waħda mis-soluzzjonijiet għal din il-problema, biex tkun garantita l-konformità mal-kriterju tas-sigurtà tal-provvista definit mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa jipprova jkun kemm mezz biex iġib bidla fl-imġiba tal-konsum fil-perjodi intensivi (l-approċċ tad-domanda) kif ukoll jiġġenera investimenti xierqa fil-faċilitajiet ta' produzzjoni u fil-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda (approċċ tal-offerta).

    2.8.   Baġit

    (48)

    Il-valur tal-garanziji tal-kapaċità ma jiġix stabbilit mill-amministrazzjoni: huwa s-suq li jiddeterminah. L-iskambji jiġu stabbiliti b'mod liberu mill-atturi tal-mekkaniżmu abbażi tal-aspettattivi tagħhom, tal-istrateġiji ta' hedging tagħhom u fuq it-tagħrif disponibbli.

    (49)

    Minkejja n-natura deċentralizzata tal-mekkaniżmu li tagħmilha diffiċli li wieħed jistma l-baġit, saret stima tal-baġit fejn ġie preżunt obbligu ta' kapaċità globali għad-domanda Franċiża ta' bejn 80 000 u 95 000 MW u fejn ġie preżunt koeffiċjent ta' sigurtà miżmum fil-valur ta' 0,93. Id-domanda ser tiddependi mill-evoluzzjoni tal-konsum fi Franza metropolitana, inklużi azzjonijiet ta' kontroll tad-domanda li ser jimplimentaw il-fornituri tal-elettriku, li jwasslu biex jonqos l-obbligu individwali li huma ser jiffaċċjaw. Abbażi ta' dan id-dħul gross tal-operaturi fis-suq tal-kapaċità jista' jvarja bejn EUR 0/kW u EUR 30/kW fil-perjodu ta' bejn l-2017 u l-2026, bl-ogħla ammonti jkunu fis-snin fejn ikun meħtieġ il-bini ta' makkinarju ġdid ta' produzzjoni.

    2.9.   Tul taż-żmien

    (50)

    L-ewwel sena ta' konsenja tibda fl-1 ta' Jannar 2017. B'deroga mir-regola ġenerali li tipprovdi li ċ-ċertifikazzjonijiet isiru erba' snin qabel is-sena ta' konsenja, iċ-ċertifikazzjoni għall-ewwel sena ta' konsenja (2017) bdiet fl-1 ta' April 2015. Attwalment, għalkemm l-awtoritajiet Franċiżi mhumiex qegħdin jipprovdu data ta' tmiem tal-mekkaniżmu, ser issir valutazzjoni annwali, definita mil-liġi ta' Franza, minn RTE u mir-regolatur. Jekk ikun il-każ, din tista' twassal għal reviżjoni tal-mekkaniżmu (pereżempju biex jikkonforma mal-aħħar bidliet fil-leġiżlazzjoni Ewropea), jew għal tmiem il-mekkaniżmu jekk dan ma jibqax meħtieġ (6).

    2.10.   Kumulazzjoni

    (51)

    Rigward il-faċilitajiet taħt kuntratt ta' obbligu ta' xiri (sorsi tal-elettriku rinnovabbli) jew eliġibbli għal kumpens addizzjonali, l-Artikoli L. 121-24 u L. 335-5 tal-Kodiċi tal-Enerġija jipprovdu li l-qligħ mill-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità jitnaqqas mill-ispejjeż totali tagħhom ta' servizz pubbliku, inkluża l-għajnuniet l-oħrajn mogħtija mill-Istat u li jiffinanzjaw l-iskema ta' appoġġ bl-obbligu ta' xiri. B'mod simetriku, il-produtturi mhumiex ser ikunu soġġetti għas-saldu tad-differenzi f'każ li l-kapaċità effettiva tkun inqas minn dik ċertifikata għall-perikli relatati mad-disponibbiltà tar-riżorsa primarja (7).

    3.   RAĠUNIJIET LI GĦALIHOM NGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA.

    3.1.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE

    (52)

    Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet, fil-premessa 143, li l-miżura hija għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u dan għar-raġunijiet li ġejjin.

    3.1.1.   L-imputabbiltà u l-finanzjament permezz ta' riżorsi tal-Istat

    (53)

    Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li wieħed seta' jikkonkludi li kien hemm trasferiment ta' riżorsi tal-Istat mhux biss jekk kien hemm trasferiment ta' flus direttament mill-baġit tal-Istat jew ta' entità pubblika, iżda wkoll jekk il-fondi insostenn tal-mekkaniżmu kienu ġejjin mill-ekwità tal-impriżi diment li (i) l-Istat jirrinunzja għall-ġbir tar-riżorsi tal-Istat li għandu jdaħħal u/jew li (ii) il-mezzi finanzjarji implimentati għall-iskema jibqgħu taħt il-kontroll pubbliku, mingħajr ma jappartjenu neċessarjament b'mod permanenti għall-patrimonju pubbliku.

    (54)

    Rigward l-ewwel punt, l-Istat Franċiż qed jirrinunzja għal riżorsi pubbliċi peress li jagħti bla ħlas iċ-ċertifikati tal-kapaċità lill-operaturi tal-kapaċità minflok ma jbiegħhom (bħal fil-każijiet Nox  (8) u ċertifikati ekoloġiċi Rumeni  (9)).

    (55)

    Rigward it-tieni punt, il-mezzi finanzjarji in sostenn tal-mekkaniżmu jibqgħu taħt il-kontroll tal-Istat (l-istess bħal fil-Każijiet Vent de Colère  (10) u Essent  (11)) peress li: (i) il-fondi huma alimentati minn kontributi obbligatorji imposti mill-Istat u għalhekk huma attribwibbli lilu; (ii) l-Istat jistabbilixxi parametri (kriterji ta' sigurtà ta' provvista u metodoloġija għall-iffissar tal-prezz ta' referenza tas-suq li jiddetermina l-prezz tas-saldu tad-differenzi) li jinfluwenzaw il-prezz tal-kapaċità u l-kwantità ta' ċertifikati globali, anki jekk mhumiex iffissati bħala tali mill-Istat; (iii) il-Kummissjoni li tirregola l-enerġija (is-CRE) għandha s-setgħa li timponi sanzjonijiet fuq il-fornituri li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom f'termini ta' saldu tad-differenzi; u (iv) l-operatur tas-sistema ta' trasport — RTE — intgħażel mill-Istat biex jamministra l-fondi tas-saldu tad-differenzi.

    3.1.2.   Vantaġġ selettiv

    (56)

    Skont il-Kummissjoni, is-sentenza Altmark  (12) ma tapplikax f'dan il-każ peress li l-obbligu ta' servizz pubbliku mhuwiex definit b'mod ċar. L-obbligi tal-mekkaniżmu huma numerużi u differenti skont id-diversi partijiet ikkonċernati (operaturi tal-impjanti, operaturi tal-ġestjoni tad-domanda, fornituri). Min-naħa tal-obbligu fuq l-operaturi tal-kapaċità, l-obbligu ta' ċertifikazzjoni mhuwiex strettament irregolat peress li: (i) hija fakultattiva għall-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda u (ii) l-operaturi ta' faċilitajiet ta' produzzjoni eżistenti għandhom l-għażla f'dak li jirrigwarda l-livell ta' kapaċità li jiċċertifikaw.

    (57)

    Għaldaqstant il-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità huwa vantaġġ u mhux il-korrispettiv ta' obbligu ta' servizz pubbliku. Dan il-vantaġġ huwa selettiv peress li l-mekkaniżmu jipprevedi għajnuna lill-operaturi tal-kapaċità, u mhux għal setturi oħra tal-ekonomija.

    3.1.3.   L-effetti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

    (58)

    Skont il-Kummissjoni, il-mekkaniżmu tal-kapaċità jista' jaffettwa l-kompetizzjoni mal-operaturi tal-kapaċitajiet li jinsabu barra l-pajjiż (u għalhekk jaffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri) diment li l-kapaċitajiet li jinsabu fi Franza jiksbu vantaġġ li l-operaturi tal-kapaċitajiet li jinsabu f'pajjiżi oħrajn ma jistgħux jiksbu peress li ma jistgħux jiġu ċċertifikati.

    3.2.   Għan ta' interess komuni u ħtieġa

    (59)

    It-tħassib tal-awtoritajiet Franċiżi rigward l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni huwa strettament marbut ma' żieda kbira fid-domanda li sseħħ matul perjodi relattivament qosra ta' kesħa kbira, minħabba li Franza tiddependi b'mod partikolari mit-tisħin bl-elettriku.

    (60)

    Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ qajmet dubji rigward il-ħtieġa tal-miżura għar-raġunijiet li ġejjin:

    (1)

    il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni Scenario Outlook and Adequacy Forecast tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E) (13) ma sabitx problema ta' sigurtà ta' provvista qabel l-2025;

    (2)

    Franza ma tidhirx li esplorat soluzzjonijiet oħrajn ħlief il-mekkaniżmu ta' kapaċità, bħal tariffi li jinċentivaw it-tnaqqis tal-konsum fil-perjodu tal-ogħla domanda; u

    (3)

    minkejja l-implimentazzjoni ta' qafas regolatorju għall-ġestjoni tad-domanda tal-konsum u li ppermetta lill-ġestjoni tad-domanda indipendenti li tieħu f'idejha l-ġestjoni offruta storikament mill-fornitur stabbilit, RTE mhijiex qed tistenna żieda netta sinifikanti fil-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda Franċiżi bejn l-2014 u l-2019.

    3.3.   Adegwatezza tal-għajnuna

    (61)

    Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-mekkaniżmu seta' joħloq diskriminazzjoni bejn id-diversi kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda. B'mod partikolari, żewġ tipi ta' ġestjoni tad-domanda tal-konsum jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu: minn naħa, il-kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda impliċita, li tikkonsisti fi tnaqqis tal-obbligu tal-kapaċità tal-fornituri sal-volum tal-kapaċità miksub permezz tat-tnaqqis tat-tagħbija tal-klijenti waqt is-sigħat tal-ogħla domanda bejn 10t ijiem u 15-il jum fis-sena; u min-naħa l-oħra, il-kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda espliċita, li teħtieġ mill-konsumaturi (il-kbar) jew mill-aggregaturi li jiċċertifikaw il-potenzjal ta' tnaqqis tal-konsum tagħhom u li jagħmlu din il-kapaċità disponibbli (mingħajr ma tkun neċessarjament imnaqqsa) matul il-ħinijiet tal-ogħla domanda bejn 10t ijiem u 25 jum fis-sena.

    (62)

    Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkritikat il-fatt li l-mekkaniżmu ma kienx miftuħ għal kull teknoloġija oħra li tista' tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista, b'mod partikolari l-interkonnessjonijiet u/jew il-kapaċitajiet barranin.

    (63)

    Il-Kummissjoni kienet ukoll enfasizzat ir-riskju li l-kapaċitajiet il-ġodda ta' produzzjoni ma setgħux jipparteċipaw fil-mekkaniżmu, l-aktar minħabba n-nuqqas ta' sinjali ta' prezzijiet affidabbli għall-garanziji tal-kapaċità. Speċifikament, il-Kummissjoni kienet imħassba:

    (1)

    li l-iskadenza relattivament qasira tal-validità tal-garanziji tal-kapaċità ma tistax tagħti sinjal ta' prezz affidabbli;

    (2)

    li l-fornituri, u l-aktar l-operaturi l-ġodda, isibuha diffiċli li jbassru fit-tul minn qabel l-evoluzzjoni tal-portafolli tal-klijenti tagħhom;

    (3)

    li l-inċentivi biex l-atturi jkunu f'bilanċ qabel is-SK mhumiex biżżejjed; u

    (4)

    li l-limitu massimu fuq il-prezz tas-saldu tad-differenzi ma jirriflettix l-ispejjeż ta' parteċipant ġdid (“cost of new entry”, minn hawn 'il quddiem “CONE”).

    3.4.   Proporzjonalità

    (64)

    Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha l-Kummissjoni kienet identifikat riskju li l-mekkaniżmu jista' jwassal għal kumpens żejjed ta' ċerti operaturi tal-kapaċità, l-aktar minħabba:

    (1)

    ir-riskju li l-fornituri jistmaw il-konsum aktar milli suppost — dan huwa riskju potenzjali jekk l-obbligi tal-kapaċità individwali tal-fornituri ma jkunux ċari biżżejjed;

    (2)

    in-nuqqas potenzjali ta' trasparenza fl-iffissar tal-prezzijiet tal-kapaċità, b'mod partikolari minħabba volum potenzjalment għoli ta' tranżazzjonijiet innegozjati kif ukoll tranżazzjonijiet intragrupp, li jista' jfixkel is-sinjal tal-prezz u jwassal għal kumpens żejjed;

    (3)

    il-parteċipazzjoni limitata fil-mekkaniżmu (l-esklużjoni tal-kapaċitajiet transkonfinali u diskriminazzjoni bejn id-diversi operaturi ta' ġestjoni tad-domanda);

    (4)

    is-saħħa fis-suq tal' EDF — il-possibbiltà li jżid il-valur tal-garanziji tal-kapaċità b'mod artifiċjali bħala bejjiegħ, filwaqt li japplika prezzijiet aktar baxxi għall-fergħa kummerċjali tiegħu. Sottostanti għal dan, il-Kummissjoni kienet identifikat tliet riskji speċifiċi: ir-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet, ir-riskju taż-żamma tal-garanziji tal-kapaċità u r-riskju ta' “kompressjoni tat-tariffi”.

    3.5.   L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

    (65)

    Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni identifikat għadd ta' problemi f'termini ta' distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, kemm fil-livell tal-produzzjoni kif ukoll f'termini ta' provvista tal-elettriku.

    (66)

    Il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar l-eżistenza ta' diskrepanzi sinifikanti fl-informazzjoni. Il-fornituri l-kbar integrati vertikalment, b'mod partikolari dawk li huma diġà preżenti fis-suq Franċiż, jistgħu jgawdu minn vantaġġ minħabba li għandhom aktar esperjenza tas-suq, l-aktar f'dak li jirrigwarda d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet, il-ħtiġijiet ta' provvista u l-prezzijiet. Għaldaqstant huma f'pożizzjoni li jagħmlu tbassir aktar affidabbli u jkunu aktar effiċjenti fil-konformità mal-obbligi imposti mill-mekkaniżmu.

    (67)

    Minħabba wkoll id-diskrepanza fl-informazzjoni, aktarx li jkun aktar diffiċli għall-parteċipanti l-ġodda li jagħmlu stima tal-portafoll ta' klijenti futuri tagħhom, meta din l-istima hija essenzjali biex jikkalkulaw kemm jeħtieġu garanziji tal-kapaċità.

    (68)

    Il-Kummissjoni qajmet ukoll tħassib rigward il-possibbiltà li operatur diġà stabbilit u dominanti jżomm il-kapaċitajiet.

    (69)

    Il-Kummissjoni kienet ukoll semmiet ir-riskju li operatur stabbilit u dominanti jkollu l-possibbiltà li jżomm il-garanziji tal-kapaċità.

    (70)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet indikat riskju ta' prattiki ta' esklużjoni mill-prezzijiet (kompressjoni tal-marġni jew kompressjoni tat-tariffi, prezzijiet predatorji) mill-operatur stabbilit u dominanti.

    (71)

    Il-Kummissjoni enfasizzat li n-nuqqas ta' sinjali ta' prezzijiet fit-tul f'dak li jirrigwarda l-kapaċità jista' joħloq jew iżid l-ostakli għad-dħul għall-produtturi l-ġodda. L-investimenti fit-tul li jagħmlu l-parteċipanti l-ġodda jistgħu jeħtieġu ċertu grad ta' prevedibbiltà tal-prezzijiet għal ċertu numru ta' snin, li ma tinkisibx mill-garanziji ċertifikati għal sena.

    (72)

    Il-Kummissjoni kienet tenniet ukoll il-pożizzjoni tagħha rigward kompetizzjoni mnaqqsa fil-mekkaniżmu minħabba l-esklużjoni ta' ċerti tipi ta' operaturi tal-kapaċità mill-mekkaniżmu (kapaċitajiet transkonfinali, diskriminazzjoni bejn l-operaturi tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda).

    4.   L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-KUMMENTI TA' FRANZA

    (73)

    Il-Kummissjoni rċeviet 18-il tweġiba mingħand il-partijiet interessati minbarra l-Istat Franċiż, RTE u s-CRE, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Parti minnhom wieġbet biss wara l-perjodu rilevanti.

    (74)

    Id-diversi kummenti nġabru skont is-suġġett kif ġej. Dawn ser jiġu indirizzati waqt il-valutazzjoni tal-miżura, mingħajr ma ssir referenza espliċita għalihom.

    4.1.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE

    (75)

    Dawk li wieġbu għandhom opinjoni differenti dwar il-kwalifika tal-mekkaniżmu bħala għajnuna. Nofshom jaħsbu li l-miżura hija għajnuna mill-Istat, kemm b'mod espliċitu kif ukoll b'mod impliċitu u ma jirreaġixxux għar-raġunament tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward; in-nofs l-ieħor iqis li l-mekkaniżmu mhuwiex għajnuna mill-Istat għar-raġunijiet li ġejjin.

    (76)

    Tnejn minn dawk li wieġbu jagħmlu referenza espliċita għad-Deċiżjoni Nru 369417 tad-9 ta' Ottubru 2015 tal-Kunsill tal-Istat Franċiż (appell mill-Association Nationale des Opérateurs Détaillants en Énergie jew A.N.O.D.E (14).), fejn il-Kunsill tal-Istat ikkunsidra li l-mekkaniżmu tal-kapaċità propost ma kellux il-karatteristiċi ta' għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet Franċiżi wkoll irreferew għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Istat f'din l-istess kawża (15).

    (77)

    L-argumenti tal-awtoritajiet Franċiżi rigward il-kwalifika tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat għandhom jinqraw flimien ma' dawk diġà msemmija fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

    (78)

    L-awtoritajiet Franċiżi għażlu li jidħlu fl-investigazzjoni fil-fond mal-Kummissjoni Ewropea billi ma reġgħux ikkunsidraw dawn l-elementi u ffukaw fuq il-proposta ta' miżuri li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-mekkaniżmu tal-kapaċità mas-suq intern, irrispettivament mill-kwistjoni tal-kwalifika ta' għajnuna mill-Istat. Għall-kompletezza, l-argumenti ta' Franza rigward il-kwalifika ta' għajnuna mill-Istat huma xorta waħda elenkati hawn taħt.

    4.1.1.   L-imputabbiltà u l-finanzjament permezz ta' riżorsi tal-Istat

    4.1.1.1.   Kummenti mingħand il-partijiet interessati

    (79)

    Żewġ aggregaturi tal-ġestjoni tad-domanda, żewġ kumpaniji tal-elettriku vertikalment integrati u l-Unjoni Franċiża tal-elettriku jikkunsidraw li l-miżura mhijiex iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat. B'mod aktar partikolari, dawn li wieġbu jikkunsidraw li l-fondi inkwistjoni jgħaddu direttament u esklussivament bejn l-operaturi privati; RTE la għandu u lanqas juża l-fond tas-saldu tad-differenzi.

    (80)

    Barra minn hekk, skont dan il-grupp, ir-regoli applikabbli għall-ġestjoni ta' dawn ir-riżorsi jistgħu jitqabblu ma' dawk li jiddefinixxu l-ġestjoni tad-“differenzi-aġġustamenti” fil-kuntest tal-miżura ta' responsabbiltà tal-bilanċ fis-suq tal-enerġija.

    (81)

    EDF jiddikjara wkoll li r-rwol tal-Istat Franċiż fil-mekkaniżmu huwa limitat għad-definizzjoni ta' qafas regolatorju speċifiku li fih ikunu attivi biss operaturi privati. Skont EDF, bl-introduzzjoni ta' mekkaniżmu tal-kapaċità, l-Istat Franċiż fil-fatt qed juża l-prerogattivi tiegħu ta' setgħa pubblika u jaġixxi bħala regolatur tas-suq.

    (82)

    Skont EDF hemm distinzjoni ċara bejn il-mekkaniżmu tal-kapaċità u s-sistema inkwistjoni fil-Kawża Il-Kummissjoni/In-Netherlands (“NOx”) (16), fejn l-Istat tan-Netherlands kien ta “drittijiet ta' ħsara” veri u proprji li kienu jippermettu li wieħed jevita l-ħlas ta' multi u li kellhom valur tas-suq minn meta jingħataw mill-Istat. Għalhekk iċ-ċertifikati ma għandhom ebda valur fir-relazzjoni bejn l-Istat Franċiż u l-operaturi tal-kapaċità.

    4.1.1.2.   Il-kummenti ta' Franza

    (83)

    Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-garanziji tal-kapaċità, u għalhekk id-dħul li jistgħu jagħmlu l-operaturi tal-kapaċità mill-bejgħ taċ-ċertifikati tagħhom, mhuwiex stabbilit mill-Istat. L-Istat lanqas ma jintervjeni fuq l-ammont ta' prodotti offruti fis-suq. Iżda f'mekkaniżmu deċentralizzat, huwa s-suq li jiddetermina l-prezz u l-kwantità ta' ċertifikati. Il-flussi finanzjarji relatati mal-mekkaniżmu tal-kapaċità jseħħu għalhekk bejn atturi privati u mingħajr il-kontroll tal-Istat.

    (84)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-flussi finanzjarji relatati mal-ħlas tas-saldu tad-differenzi, min-naħa tagħhom, għandhom ikunu marġinali ħafna fl-iskema (minħabba l-inċentivi għar-riekwilibriju fis-suq upstream) u ma jistgħux jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat jew taħt il-kontroll tal-Istat. Is-saldu tad-differenzi previst għall-mekkaniżmu tal-kapaċità jsegwi l-istess mudell bħal dak attwalment fis-seħħ fl-Ewropa għas-saldu tad-differenzi fis-suq tal-enerġija (electricity balancing settlement mechanisms — mekkaniżmi ta' saldu għall-bilanċ tal-elettriku).

    (85)

    L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu wkoll li l-mekkaniżmu jixbah aktar dak trattat fil-Kawża PreussenElektra  (17) milli dawk diskussi fil-Kawżi Vent de Colère  (18) u Essent  (19). Bħal fil-każ ta' PreussenElektra u għall-kuntrarju ta' dak li kien previst f'Vent de Colère, il-mekkaniżmu tal-kapaċità ma jipprovdix mekkaniżmu ta' kumpens għall-fornituri. Barra minn hekk, b'differenza minn Essent (i) il-flussi finanzjarji jibqgħu kontinwament il-proprjetà ta' atturi privati (fornituri u operaturi tal-kapaċità); (ii) il-flussi finanzjarji mhumiex ġejjin minn taxxa. Il-preżenza ta' riżorsi tal-Istat hija saħansitra aktar dubjuża meta, għall-kuntrarju tal-ġurisprudenza PreussenElektra, ma ġie stabbilit ebda prezz minimu ta' xiri għall-garanziji tal-kapaċità.

    (86)

    Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet, il-bejgħ tal-garanziji ta' kapaċità ma jistax jitqies bħala rinunzja għal riżorsa pubblika. Fil-fatt, l-Istat ma qiegħed jirrinunzja għal ebda riżorsa peress li l-valur tas-suq taċ-ċertifikati ta' garanzija jista' jiġi (i) kemm mill-valur intrinsiku tas-sottostanti li jkopru, (ii) kif ukoll mill-iskarsezza tagħhom meta jinħarġu. Dawn iż-żewġ elementi huma barra mill-poter tal-Istat u jiddistingwu dan il-każ mill-Kawżi NOx u ċertifikati Rumeni ekoloġiċi, li fihom iċ-ċertifikati setgħu rispettivament jinbiegħu bl-irkant jew kellhom valur minimu.

    (87)

    Fl-aħħar nett, fil-każ Rumen, il-liġi tobbliga b'mod espliċitu lill-fornituri sabiex jgħaddu l-ispejjeż tax-xiri taċ-ċertifikati ekoloġiċi fuq il-konsumaturi. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ) kienet għamlet raġunament simili fil-kawża Vent de Colère, fejn il-fornituri kienu jservu biss bħala intermedjarji finanzjarji (peress li l-kontribuzzjoni għas-servizz pubbliku tal-elettriku (20) kienet tipprovdi l-kumpens għall-ispejjeż żejda tagħhom). Għall-kuntrarju, fil-każ tal-mekkaniżmu Franċiż, il-fornituri huma kompletament liberi li jagħżlu l-mod kif jgħaddu l-ispejjeż fuq il-konsumaturi tagħhom. Ebda mekkaniżmu ma jipprovdi lill-fornituri l-kumpens għall-ispejjeż żejda relatati max-xiri tal-garanziji tal-kapaċità.

    4.1.2.   Vantaġġ selettiv

    4.1.2.1.   Kummenti tal-partijiet interessati

    (88)

    Flimkien ma' EDF, kumpanija attiva l-aktar fi Franza fil-bejgħ bl-ingrossa tikkunsidra li l-mekkaniżmu huwa obbligu ta' servizz pubbliku, u din il-kumpanija tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N475/2003 dwar sejħa għall-offerti għal kapaċità ġdida fl-Irlanda (21).

    (89)

    Skont EDF, ladarba l-proċess ta' ċertifikazzjoni jfisser impenn ta' disponibbiltà, huwa jirrappreżenta l-korrispettiv għal servizz mogħti mill-operaturi tal-kapaċità u mhux vantaġġ allegat mogħti bla ħlas.

    (90)

    Barra minn hekk, EDF u kumpanija oħra tal-elettriku integrata vertikalment jikkunsidraw li l-mekkaniżmu tal-kapaċità ma jagħti ebda vantaġġ selettiv lill-operaturi tal-kapaċità. Fil-fehma tagħhom, id-diversi atturi fil-mekkaniżmu jinsabu fl-istess sitwazzjoni fattwali u ġuridika u jgawdu minn trattament kompletament ugwali: huma kkumpensati bl-istess mod, irrispettivament mit-teknoloġija implimentata. L-ebda operatur ma jista' għalhekk ikun vantaġġjat minħabba l-ispeċifiċità tal-faċilitajiet ta' produzzjoni tiegħu.

    (91)

    Skont EDF, huwa żbaljat li wieħed jgħid li dan l-hekk imsejjaħ vantaġġ huwa selettiv għax il-mekkaniżmu tal-kapaċità “jipprevedi għajnuna lill-operaturi tal-kapaċità, u mhux lil setturi oħra tal-ekonomija”. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tinjora l-karatteristiċi tal-mekkaniżmu tal-kapaċità (“market-wide” u “technology neutral”), bħall-ġurisprudenza tal-QtĠ li tivvaluta s-selettività ta' miżura fil-konfront ta' impriżi oħrajn li jkunu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli.

    4.1.2.2.   Il-kummenti ta' Franza

    (92)

    L-ewwel nett, skont l-awtoritajiet, l-għoti ta' ċertifikati bħala parti mill-mekkaniżmu tal-kapaċità huwa fil-fatt il-korrispettiv ta' impenn ta' disponibbiltà waqt il-ħinijiet tal-ogħla domanda ta' konsum jew ta' voltaġġ qawwi fuq is-sistema tal-elettriku.

    (93)

    It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-obbligu ta' servizz pubbliku huwa definit b'mod ċar. Rigward il-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda, l-opzjonalità taċ-ċertifikazzjoni tagħhom tiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmu tal-kapaċità. Fir-rigward tal-faċilitajiet ta' produzzjoni, il-komponent ta' dikjarazzjoni tal-proċess ta' ċertifikazzjoni ma jaffettwax il-karattru speċifiku tal-obbligu ta' servizz pubbliku: is-CRE tkun tista' tieħu s-sanzjonijiet meħtieġa f'każ ta' tentattiv ta' manipulazzjoni tas-suq, b'mod partikolari jekk attur kellu jivvaluta l-kapaċitajiet tiegħu inqas biex jgħolli l-prezz ta' dawn il-garanziji tal-kapaċità.

    (94)

    Peress li l-mekkaniżmu tal-kapaċità huwa teknoloġikament newtrali, l-awtoritajiet iqisu li ma jagħti l-ebda vantaġġ selettiv lil xi teknoloġija ta' produzzjoni jew ta' ġestjoni tad-domanda partikolari.

    (95)

    Skont Franza, il-perspettiva tal-Kummissjoni, li tidher li tqis li l-mekkaniżmu tal-kapaċità huwa selettiv għax huwa indirizzat biss lill-operaturi tal-kapaċità (u mhux lil setturi oħrajn tal-ekonomija), tfisser li kwalunkwe miżura settorjali hija ta' natura selettiva.

    4.1.3.   L-effetti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

    4.1.3.1.   Kummenti tal-partijiet interessati

    (96)

    Ebda wieħed minn dawk li wieġbu ma kellu reazzjoni dwar dan il-punt.

    4.1.3.2.   Il-kummenti ta' Franza

    (97)

    L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-mekkaniżmu tal-kapaċità mhux ser ikollu impatt fuq is-suq tal-elettriku — kemm fil-livell nazzjonali, kif ukoll fl-interazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien — li ser ikompli jaħdem bl-istess mod. B'mod aktar speċifiku, huma jemmnu li s-suq tal-kapaċità mhuwiex ser jibdel il-prezz tal-elettriku fis-swieq spot.

    4.2.   Għan ta' interess komuni u ħtieġa

    4.2.1.   Kummenti mingħand il-partijiet interessati

    (98)

    Dawk li wieġbu huma ġeneralment tal-opinjoni li l-mekkaniżmu huwa meħtieġ u li għandu jkun parti integrali mill-organizzazzjoni tas-suq. Tlieta biss minn dawk li wieġbu jikkontestaw il-ħtieġa tal-miżura, minħabba li:

    (1)

    l-analiżi tal-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni li saret minn RTE fl-2015 ma tipprovdi għal ebda problema ta' qtugħ;

    (2)

    bħalissa hemm kapaċità żejda fi Franza, kif muri mill-fatt li, għall-2017, il-volum tal-kapaċitajiet ċertifikati huwa ogħla minn dak meħtieġ biex tintlaħaq id-domanda massima; u

    (3)

    il-konsum naqas f'dawn l-aħħar snin u d-domanda massima hija stabbli (RTE kien bassar żieda fid-domanda massima).

    4.2.2.   Il-kummenti ta' Franza

    4.2.2.1.   Rigward is-sigurtà tal-provvista

    (99)

    Skont l-awtoritajiet, fil-fatt ġie stabbilit indikatur ta' sigurtà tal-provvista u ġie identifikat riskju ta' qtugħ fl-aħħar studji ta' RTE: fl-aħħar Rapport provviżorju ta' RTE li sar qabel id-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu (fl-2014) jidher defiċit ta' marġni ta' 2 GW f'dan l-istudju għax-xitwa 2016-2017 fix-xenarju ta' referenza. Dan il-marġni kien imnaqqas għal 200 MW fir-Rapport provviżorju 2015 għax-xitwa 2017-2018, iżda dan seħħ minħabba s-sinjal mogħti mill-ħolqien tal-mekkaniżmu. Dawn l-analiżijiet huma allegatament ikkonfermati mill-analiżijiet tal-Pentalateral Energy Forum.

    (100)

    Madankollu, l-istudju tal-adegwatezza li sar minn REGRT-E (ir-rapport Scenario Outlook and Adequacy Forecast) kien ibbażat fuq metodoloġija deterministika: fil-valutazzjoni ma ngħatax mudell tad-domanda massima ta' konsum dovuta għall-kesħa kbira u għas-sensittività għat-temp. Huma d-differenzi fil-metodoloġija li jwasslu għal dawn id-differenzi fir-riżultati. L-applikazzjoni tal-metodoloġija fil-mira li tipprova tistabbilixxi REGRT-E twassal biex jonqsu d-differenzi bejn dawn id-diversi eżerċizzji provviżorji. F'dan ir-rigward, il-Mid-Term Adequacy Forecast ippubblikat fl-2016 minn REGRT-E (22), li huwa l-ewwel (1) verżjoni bbażata fuq metodoloġija probabilistika, huwa konsistenti mar-riżultati tal-istudju tal-PLEF u ta' RTE.

    (101)

    Kuntrarjament għal dak li l-Kummissjoni tidher li tissuġġerixxi, il-mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza ma tfassalx biex isolvi l-problema eventwali ta' missing money iżda biex tkun garantita s-sigurtà tal-provvista tas-sistema elettrika Franċiża (l-aktar waqt id-domanda massima), billi jikkumpensa d-disponibbiltà ta' riżorsi li ma jistgħux jiġu kkumpensati b'mod sodisfaċenti biss fis-suq tal-enerġija.

    (102)

    Franza timplimenta divesi miżuri li jikkumplimentaw il-mekkaniżmu tal-kapaċità: proġetti ta' interkonnessjoni; reviżjonijiet tat-tariffi rregolati u tat-tariffi għall-użu tas-sistemi pubbliċi tat-trażmissjoni u ta' distribuzzjoni tal-elettriku biex jirriflettu aħjar l-iskarsezzi; l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda (pereżempju permezz tal-iżvilupp tal-qafas regolatorju tas-swieq tal-elettriku biex dawk l-operaturi tal-ġestjoni tad-domanda jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmi kollha, it-tneħħija tal-ostakli tekniċi u kompetittivi għall-aggregazzjoni tal-kapaċitajiet, l-użu ta' arloġġi intelliġenti); it-tnedija tas-sorsi rinnovabbli, eċċ.

    (103)

    Sadanittant, RTE ippubblika l-valutazzjoni tiegħu dwar l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni għall-2016. Skont l-awtoritajiet, l-aħħar Rapport provviżorju ta' RTE ma jibdilx l-analiżi tal-awtoritajiet Franċiżi. Għall-kuntrarju, dan isaħħaħha billi jispjega għal darb'oħra li s-sigurtà tal-provvista ta' Franza tiddependi mid-destin ta' ċerti impjanti tas-sħana (b'mod partikolari dawk ikkombinati bil-gass) u mill-ġestjoni tad-domanda ta' konsum, jiġifieri l-aktar setturi sensittivi għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kapaċità.

    Figura 3

    Indikaturi ta' qtugħ f'xenarji ta' “sħana kbira” u ta' “nuqqas ta' sħana”

     

    2016-17

    2017-18

    2018-19

    2019-20

    2020-21

    Xenarju “sħana kbira”

    Enerġija mistennija mhux użata

    2,0 GWh

    1,4 GWh

    2,5 GWh

    2,7 GWh

    0,8 GWh

    Aspettattiva ta' telf tat-tagħbija

    0 h 45

    0 h 30

    1 h 00

    0 h 45

    0 h 15

    Marġni jew defiċit tal-kapaċità

    4 700 MW

    5 400 MW

    3 600 MW

    3 700 MW

    6 600 MW

    Xenarju “nuqqas ta' sħana”

    Enerġija mistennija mhux użata

    8,6 GWh

    13,4 GWh

    26,5 GWh

    26,2 GWh

    7,6 GWh

    Aspettattiva ta' telf tat-tagħbija

    2 h 30

    3 h 45

    6 h 45

    6 h 15

    2 h 15

    Marġni jew defiċit tal-kapaċità

    600 MW

    – 700 MW

    – 2 500  MW

    – 2 400  MW

    900 MW

    Sors: RTE, Rapport provviżorju 2016

    (104)

    Skont RTE, fost ix-xenarji ta' sħana ppreżentati fir-Rapport provviżorju 2016 (ara l-Figura 3), huwa x-xenarju ta' “nuqqas ta' sħana” li għandu jintgħażel fl-assenza ta' mekkaniżmu tal-kapaċità. Ix-xenarju ta' “nuqqas ta' sħana” jinkludi l-għeluq ta' ċerti faċilitajiet, speċjalment dawk li l-operaturi attwalment ipposponew l-għeluq tagħhom sakemm jiġi implimentat il-mekkaniżmu tal-kapaċità. Ix-xenarju “sħana kbira”, għall-kuntrarju, ifisser iż-żamma tal-impjanti kollha eżistenti, irrispettivament minn kwalunkwe kunsiderazzjoni ekonomika: skont l-awtoritajiet għalhekk ftit hemm possibbiltà li dan ix-xenarju jseħħ.

    (105)

    B'hekk, fix-xenarju ta' “nuqqas ta' sħana” is-sigurtà tal-provvista hija mhedda sa mix-xitwa 2017-2018 jekk wieħed jieħu bħala referenza xitwa medja. Barra minn hekk, dejjem b'kunsiderazzjoni ta' xenarju ta' “nuqqas ta' sħana”, RTE ikkalkula l-aspettattiva ta' qtugħ billi ssimula xitwa estrema, b'kesħa kbira, għall-ħames xtiewi li ġejjin. Ir-riżultati tal-kalkolu huma mogħtija fil-Figura 4.

    Figura 4

    Aspettattiva ta' qtugħ f'xitwa estrema (f'sigħat)

     

    2016-17

    2017-18

    2018-19

    2019-20

    2020-21

    Aspettattiva ta' qtugħ

    5-15

    8-21

    16-36

    14-34

    5-13

    Sors: RTE

    (106)

    Il-kalkolu juri li l-aspettattiva ta' qtugħ taqbeż kull darba l-kriterju ta' qtugħ adottat minn Franza, jiġifieri aspettattiva ta' qtugħ ta' medja ta' tliet (3) sigħat fis-sena. Ta' min ifakkar li huwa proprju għal dawn ix-xtiewi estremi li l-mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza qed jipprova jilqa'.

    4.2.2.2.   Rigward l-ilmenti l-oħrajn li għamlet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ

    (107)

    Fil-premessa 164 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet fakkret li l-Awtorità tal-Kompetizzjoni kienet issuġġeriet l-implimentazzjoni ta' tariffa għall-użu tas-sistemi pubbliċi ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni tal-elettriku (TURPE) skont il-ħin u l-istaġuni, b'mod partikolari b'distinzjoni bejn l-aktar ħinijiet intensivi u s-sigħat inqas intensivi, sabiex tħeġġeġ it-tnaqqis tad-domanda tal-konsumaturi industrijali waqt il-perjodu tad-domanda massima. Franza kkonfermat li t-TURPE hija diġà skont il-ħinijiet u l-istaġuni, bi prezzijiet differenti skont l-istaġuni, il-ġranet tal-ġimgħa u/jew is-sigħat tal-ġurnata.

    (108)

    Fl-aħħar nett, fil-premessa 153 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fatturi ta' de-rating (fl-iskema ta' ċertifikazzjoni normattiva fakultattiva) ma kinux ċari biżżejjed. Franza spjegat li, f'din l-iskema ta' ċertifikazzjoni normattiva fakultattiva, il-livell ta' kapaċità ċċertifikata (LKĊ) jikkorrispondi għall-medja tal-qawwa pprovduta mill-impjant fis-sigħat ta' PD2 fuq is-snin storiċi mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tas-settur (jew fattur ta' de-rating). Dawn il-koeffiċjenti ta' kontribuzzjoni (85 % għall-idrawlika fil-ħin reali, 70 % għall-enerġija tar-riħ u 25 % għal tax-xemx) jirriflettu l-fatt li, għall-faċilitajiet tas-setturi inevitabbli, id-disponibbiltà medja fis-sigħat ta' PD2 ma tirriflettix eżatt il-kontribut ta' dawn il-faċilitajiet għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ minħabba: (i) il-korrelazzjoni bejn id-disponibbiltà tal-faċilità u l-waqtiet ta' tħaddim tas-sistema (li mhuwiex il-każ ta' kapaċità kontrollabbli) u (ii) profil ta' disponibbiltà mhux kostanti fis-sigħat ta' PD2 (il-kapaċitajiet kontrollabbli għandhom profil ta' disponibbiltà fiss) li għandu impatt peress li l-funzjoni tal-probabbiltà ta' qtugħ fis-sigħat ta' PD2 mhijiex uniformi. Il-koeffiċjenti ta' kontribuzzjoni għas-snin ta' konsenja 2017, 2018 u 2019 ġew ikkalkulati skont ix-xenarji tar-Rapport Provviżorju ta' RTE, ibbażati fuq ammont kbir ta' statistika.

    4.3.   Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna

    4.3.1.   Diskriminazzjoni bejn il-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda

    4.3.1.1.   Kummenti tal-partijiet interessati

    (109)

    Il-parti l-kbira ta' dawk li wieġbu tirreferi għad-diskriminazzjoni bejn il-ġestjoni tad-domanda impliċita u l-ġestjoni tad-domanda espliċita. Ħafna minnhom (5) iqisu li l-mekkaniżmu jiffavorixxi aktar lill-operaturi tad-domanda espliċita, minħabba l-obbligu ta' attivazzjoni impost fuq l-operaturi tad-domanda impliċita, li huwa meqjus pjuttost restrittiv. Tnejn minn dawk li wieġbu nnutaw li skont il-kriterju tas-sigurtà tal-provvista magħżul, kapaċità ta' ġestjoni espliċita għandha tkun attivata biss darba kull għaxar snin (peress li l-mekkaniżmu huwa mfassal għal xitwa qalila kull għaxar snin). Huma jqisu, għalhekk, li l-volum ta' sigħat ta' PD2 (disponibbiltà ta' ġestjoni tad-domanda espliċita) għandu jkun għaxar (10) darbiet ogħla mill-volum ta' sigħat ta' PD1 (tnaqqis effettiv tal-ġestjoni tad-domanda impliċita). Tnejn oħra ta' opinjoni opposta jinnutaw li fil-fehma tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-operaturi tad-domanda impliċita huma aktar vantaġġjużi, peress li l-operaturi tad-domanda espliċita jridu jġorru l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni. Tnejn li wieġbu jikkunsidraw li l-awtoritajiet Franċiżi sabu bilanċ tajjeb bejn l-obbligi taż-żewġ tipi ta' operaturi ta' ġestjoni tad-domanda.

    4.3.1.2.   Il-kummenti ta' Franza

    (110)

    Franza ddefendiet lilha nfisha billi enfasizzat id-diversi obbligi taż-żewġ tipi ta' operaturi ta' ġestjoni tad-domanda. Hija ssostni li l-kundizzjonijiet differenti huma meħtieġa proprju biex iż-żewġ tipi ta' kapaċitajiet ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu. B'mod partikolari, peress li l-korrispettiv meħtieġ minn operatur ta' ġestjoni tad-domanda impliċita huwa akbar (attivazzjoni kontra disponibbiltà), huwa loġiku li n-numru ta' ġranet attribwiti lilu (ġranet ta' PD1) ikun inqas min-numru ta' ġranet li fihom operatur ta' ġestjoni tad-domanda espliċita jrid ikun disponibbli.

    (111)

    Xi partijiet interessati kienu mħassba li t-tul tal-perjodu PD2, għalkemm iktar minn dak ta' PD1, jista' jkun qasir wisq. Skont Franza, il-kejl tal-perjodi PD1 u PD2 huwa kwistjoni kumplessa, li s-soluzzjoni għaliha bilfors teħtieġ kompromess. RTE għamel studji biex jasal għal kompromess sodisfaċenti, li r-riżultati tagħhom ġew ippreżentati fir-Rapport li jakkumpanja l-proposta tar-regoli tal-mekkaniżmu tal-kapaċità (2014).

    (112)

    Fil-qosor, biex jiġu koperti l-ħinijiet tal-ogħla konsum (ara l-Figura 5 hawn taħt) għalkemm setgħu jsibu l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi ġestibbli għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu li jżommu volum ta' bejn 100 u 150 siegħa għall-perjodu PD1.

    Figura 5

    Rabtiet bejn qtugħ u sigħat tal-ogħla konsum

    Image

    Sors: RTE, Rapport li jakkumpanja l-proposta tar-regoli tal-mekkaniżmu tal-kapaċità (2014), p. 139

    (113)

    Skont Franza, il-PD2 għandu ċertament ikun itwal mill-PD1 (peress li l-kunċett ta' attivazzjoni huwa aktar eżiġenti minn dak ta' disponibbiltà), iżda l-PD2 lanqas ma għandu jkun twil wisq biex ma jkunx ta' żvantaġġ għal ċerti setturi, b'mod partikolari dawk tal-ġestjoni tad-domanda. Mill-istess studju ta' RTE irriżulta li 99 % tas-sigħat ta' qtugħ seħħew fit-300 siegħa tal-ogħla konsum u li, għaldaqstant, perjodu ta' PD2 immirat, li jkun fih bejn 100 u 300 siegħa ta' konsum għoli kien għażla konsistenti biex issir stima xierqa tal-kontribuzzjoni għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda espliċita.

    (114)

    F'din il-firxa ta' bejn 100 u 300 siegħa, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu ċ-ċifra ta' 250 siegħa. Fil-fatt, din iċ-ċifra tippermetti (i) li jiġu koperti kważi 99 % tas-sigħat ta' qtugħ (ara l-Figura 5) u għalhekk ma twassalx għal tnaqqis fil-kopertura tar-riskju ta' qtugħ meta mqabbla mal-għażla massima ta' 300 siegħa, (ii) li tiżdied id-disponibbiltà tal-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda espliċita meta mqabblin ma' setturi oħrajn (23). B'hekk, biex jiġi żgurat l-istess livell ta' sigurtà ta' provvista, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu li jżommu massimu ta' 250 siegħa għall-perjodu PD2 sabiex jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda espliċita għall-istess livell ta' kopertura tar-riskju ta' qtugħ.

    (115)

    Il-fatt li wieħed jipprovdi perjodu PD2 għaxar (10) darbiet itwal mill-perjodu PD1 ikun ifisser li wieħed irid ikejjel id-disponibbiltà tal-mezzi ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda fuq 1 000 sa 1 500 siegħa. Minħabba r-restrizzjonijiet ta' disponibbiltà tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda fuq perjodi twal, l-estensjoni tal-obbligu ta' disponibbiltà tista' twassal biex dawn il-kapaċitajiet ikollhom inaqqsu l-potenzjal tagħhom ta' valorizzazzjoni fuq il-mekkaniżmu tal-kapaċità. Għalhekk, 100 MW ta' ġestjoni tad-domanda industrijali kapaċi li jkunu disponibbli għal madwar mitt siegħa, iżda mhux għal madwar elf siegħa, jingħataw valur ta' 20 MW ta' produzzjoni ta' sħana, meta l-istudji juru li l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tnaqqis tar-riskju ta' qtugħ huwa komparabbli għal 90 MW ta' produzzjoni ta' sħana. Għalhekk, u biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda u l-produtturi, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu li ma jagħżlux perjodu PD2 għaxar (10) darbiet itwal mill-perjodu PD1 u li jużaw perjodu PD2 immirat.

    (116)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-mekkaniżmu tal-kapaċità jipprovdi monitoraġġ tad-disponibbiltà tal-kapaċitajiet (fin-nuqqas ta' attivazzjoni spontanja), li jgħin biex ikun żgurat li ma jkunx hemm effett ta' deadweight bejn impenn ta' disponibbiltà u impenn ta' attivazzjoni.

    (117)

    L-awtoritajiet Franċiżi huma madankollu miftuħa għall-iffissar ta' valuri oħrajn minn dawk magħżulin attwalment fir-regoli iżda jqisu li l-qafas attwalment fis-seħħ huwa bilanċ ġust bejn l-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda indipendenti u l-fornituri. Għaldaqstant huma jemmnu li l-proporzjon bejn PD1 u PD2 għandu jinżamm kif inhu għall-ewwel snin ta' konsenja. Il-valur tiegħu mbagħad ikun jista' jiġi rivedut jekk is-sinjali mibgħuta ma jkunux rilevanti biżżejjed u din il-valutazzjoni tkun tista' tiġi integrata fil-valutazzjoni tal-funzjonament tas-suq tal-kapaċità.

    4.3.2.   L-esklużjoni ta' kapaċitajiet transkonfinali

    4.3.2.1.   Kummenti tal-partijiet interessati

    (118)

    Il-kummenti li waslu b'reazzjoni għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ juru kunsens wiesa' fost l-atturi tas-suq biex il-mekkaniżmu Franċiż jinfetaħ gradwalment (jiġifieri mingħajr ma jipperikola t-tnedija tal-mekkaniżmu f'Jannar 2017) għall-kapaċitajiet transkonfinali.

    4.3.2.2.   Il-kummenti u r-rimedji proposti minn Franza

    (119)

    B'reazzjoni, Franza pproponiet kunsiderazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet barranin fuq mudell ibridu, li tikkumpensa kemm l-interkonnessjonijiet kif ukoll il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda barranin. F'din il-proposta, l-akbar kumpens jingħata kemm lill-interkonnessjonijiet kif ukoll lill-kapaċitajiet barranin skont l-iskarsezza.

    (120)

    F'din il-proposta, il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda jkollhom jakkwistaw biljetti ta' interkonnessjoni biex ikunu jistgħu jiġu ċċertifikati mbagħad joffru l-garanziji ta' kapaċità tagħhom fis-suq tal-kapaċità Franċiż.

    (121)

    Il-biljetti jingħataw lil kull fruntiera abbażi tal-kontribuzzjoni tal-Istati Membri transkonfinali għas-sigurtà tal-provvista fi Franza. Dawn il-biljetti mbagħad jinbiegħu f'irkant “fruntiera wara fruntiera”. Il-kapaċitajiet kollha ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda tal-pajjiż transkonfinali interkonness ma' Franza permezz ta' interkonnessjoni partikolari jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw fl-irkant tal-biljetti ta' interkonnessjoni korrispondenti għal din l-interkonnessjoni. L-irkanti jsiru fis-sena ta' konsenja -1 (minn hawn 'il quddiem SK-1). L-iskema mhijiex kontra li kapaċitajiet b'kuntratt taħt il-mekkaniżmu Franċiż jipparteċipaw fl-istess waqt f'mekkaniżmi ta' kapaċità oħrajn fl-Unjoni Ewropea. F'dan il-kuntest, ikun jenħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti l-metodi ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni tas-servizz ipprovdut, bi sħab mal-Istati kkonċernati.

    (122)

    Ladarba l-kapaċitajiet ta' produzzjoni jew ta' ġestjoni tad-domanda barranin ikunu kisbu biljetti ta' interkonnessjoni, huma jkunu jistgħu jiġu ċċertifikati u jiksbu garanziji ta' kapaċità. Imbagħad ikunu jistgħu jbiegħu dawn il-garanziji tal-kapaċità fis-suq tal-kapaċità Franċiż.

    (123)

    L-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jimplimentaw b'mod unilaterali s-soluzzjoni “ibrida pragmatika” msemmija hawn fuq, jiġifieri li jintegraw fil-qafas regolatorju tagħhom il-possibbiltà li l-faċilitajiet li jinsabu fl-Istati Membri ġirien jipparteċipaw b'mod espliċitu fil-mekkaniżmu tal-kapaċità Franċiż diment li jkun hemm kapaċità ta' tranżitu suffiċjenti għall-interkonnessjonijiet. Dan il-qafas regolatorju ser ikun jeħtieġ madankollu l-qbil tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni (24) (TSO) tal-Istati Membri kkonċernati, fil-forma ta' protokoll ta' kooperazzjoni li jistabbilixxi l-proċess ta' ċertifikazzjoni u ta' kontrolli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu.

    (124)

    Jekk dan il-protokoll ma jiġix iffirmat minn ċerti TSO tal-Istati Membri kkonċernati, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jimplimentaw proċedura ta' salvagwardja li tippermetti li l-kapaċitajiet barranin ikollhom parteċipazzjoni espliċita fil-mekkaniżmu tal-kapaċità u b'hekk li joħorġu b'mod definittiv mill-mudell ibbażat fuq parteċipazzjoni impliċita. Din il-proċedura ta' salvagwardja se tikkonsisti f'parteċipazzjoni espliċita tal-interkonnessjonijiet (soluzzjoni li tista' tiġi implimentata mingħajr l-appoġġ tal-Istati Membri l-oħrajn u li tgħin biex ikun rifless il-valur miġjub mill-kapaċitajiet tal-interkonnessjonijiet għas-sigurtà tal-provvista ta' Franza).

    (125)

    L-implimentazzjoni ta' dawn l-impenji teħtieġ reviżjoni tad-Digriet tal-2012, maħruġ mill-Kunsill tal-Istat wara l-parir tal-Kunsill Superjuri tal-Enerġija, tal-Kunsill Nazzjonali tal-valutazzjoni tal-istandards, tal-Kummissjoni li tirregola l-enerġija u tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni. L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li mhux maħsub li jiġi adottat id-digriet qabel l-aħħar tal-2017 imbagħad reviżjoni tar-regoli adottati għall-applikazzjoni tiegħu. L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li din il-fażi tista' tieħu madwar sitt (6) xhur. Il-kalendarju ppreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi huwa bbażat għalhekk fuq varjazzjoni fil-qafas regolatorju fl-2018 għal implimentazzjoni effettiva għas-sena ta' konsenja 2019.

    4.3.3.   In-nuqqas ta' sinjali għall-investimenti l-ġodda

    4.3.3.1.   Kummenti tal-partijiet interessati

    (126)

    Il-Kummissjoni rċeviet għadd ta' tweġibiet dwar dan is-suġġett u l-opinjonijiet espressi kienu jvarjaw ħafna.

    (127)

    Il-parti l-kbira (7) ta' dawk li wieġbu taqbel li l-mekkaniżmu ma jistax, fil-forma inizjali tiegħu, jinkoraġġixxi investimenti ġodda f'impjanti ta' produzzjoni. Ir-raġunijiet li l-aktar ġew ikkwotati huma fost l-oħrajn in-nuqqas ta' sinjal ta' prezz rappreżentattiv kmieni biżżejjed qabel is-sena ta' konsenja, il-limitu massimu tal-prezz tal-kapaċità stabbilit għal EUR 40 000/MW (li jirriżulta mil-limitu massimu applikabbli għall-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi) u n-nuqqas ta' kuntratti fit-tul.

    (128)

    Fil-fatt, fil-parti l-kbira tagħhom, dawk li wieġbu kkonfermaw jew li l-mekkaniżmu kien ikkumplikat ħafna, jew li kien tassew diffiċli għall-fornituri, u b'mod speċjali għall-parteċipanti l-ġodda, li jbassru l-portafolli futuri tagħhom. Wieħed minn dawk li wieġbu qal li mekkaniżmu tal-kapaċità ċentralizzat jista' jevita dan it-tip ta' problemi.

    (129)

    Żewġ produtturi (stabbiliti) mhumiex ta' din il-fehma u jaħsbu li l-mekkaniżmu ser jattira investimenti ġodda, l-aktar minħabba l-iskadenza ta' erba' (4) snin qabel is-sena ta' konsenja, il-possibbiltà għas-suq li jiżviluppa prodotti forward u s-sinjal tal-prezz, li huma jqisu affidabbli. Barra minn hekk huma jqisu li l-mekkaniżmu jipprovdi salvagwardji suffiċjenti biex tiġi żgurata t-trasparenza tal-obbligi tal-kapaċità, b'mod partikolari permezz tal-pubblikazzjoni regolari, minn RTE, tal-previżjonijiet dwar il-livell globali tal-garanziji tal-kapaċità meħtieġa għal kull sena ta' konsenja.

    (130)

    Tnejn oħrajn minn dawk li wieġbu (produtturi alternattivi) jinnutaw li l-għan ewlieni tal-mekkaniżmu huwa li jkompli l-operat tal-kapaċitajiet eżistenti minflok li jħeġġeġ investimenti ġodda.

    4.3.3.2.   Il-kummenti u r-rimedji proposti minn Franza

    In-nuqqas ta' kuntratti fit-tul

    (131)

    Wara r-reazzjonijiet tal-partijiet terzi, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jimplimentaw skema ta' kuntratti pluriennali biex jinkoraġġixxu l-investiment f'kapaċitajiet ġodda. Il-kapaċitajiet il-ġodda kollha (25) ser ikunu eliġibbli għall-iskema jekk mgħandhomx diġà mekkaniżmu ta' appoġġ.

    (132)

    Biex ikun permess perjodu ta' implimentazzjoni suffiċjenti għall-proġetti ġodda, l-ewwel irkant ta' garanziji tal-kapaċità ser jiġi organizzat fuq il-pjattaforma EPEX fis-SK-4. Il-kapaċitajiet il-ġodda potenzjali jkollhom jippreżentaw l-offerti tagħhom lil RTE fl-aħħar kwart tas-SK-4. L-offerti jridu joffru primarjament prezz u volum.

    (133)

    Il-kompetittività tal-prezz imbagħad titqabbel ma' “prezz ta' referenza inizjali” u l-offerti ogħla minnu ma jiġux aċċettati. Il-prezz ta' referenza inizjali ser ikun prezz ippeżat (26) tal-kapaċità li tirriżulta mhux biss mill-irkant organizzat fis-SK-4 għas-sena ta' konsenja SK, iżda wkoll mill-irkantijiet organizzati matul din l-istess sena għas-snin ta' konsenja SK-2 u SK-1, kif indikat fil-Figura 6.

    Figura 6

    Proposta għall-kompożizzjoni tal-prezz ta' referenza inizjali

    Image

    Sors: L-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tad-9 ta' Settembru 2016

    (134)

    Għaldaqstant l-atturi tas-suq mhumiex se jkunu jafu minn qabel il-prezz ta' referenza inizjali u huma r-riżultati tas-suq li se jippermettu li jiġi ddeterminat dan il-prezz ta' referenza inizjali.

    (135)

    F'dak li jirrigwarda l-volumi li jridu jiġu kkuntrattati, l-awtoritajiet Franċiżi se japplikaw kurva tad-domanda li tillimita dawn il-volumi għall-offerti li huma tassew kompetittivi fit-tul. Il-kurva tad-domanda se tkun imfassla kull sena minn RTE u approvata mis-CRE, u ser ikollha tirrifletti l-valur tal-kapaċità l-ġdida għall-komunità. Dan sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu tal-kuntratti pluriennali ser ikollu effettivament impatt pożittiv għall-konsumaturi.

    (136)

    Il-kapaċitajiet magħżulin ser igawdu minn kuntratt għal differenza għal 7 snin komparabbli, fl-operat tiegħu, għal kumpens addizzjonali (“feed-in premium”), li jfisser li kwalunkwe differenza bejn il-prezz tal-offerta u l-prezz ta' referenza tas-suq jew ser tagħti lok għal rimborż tad-differenza (jekk il-PRS ikun ogħla mill-prezz tal-offerta) jew għal inkass (jekk il-PRS ikun aktar baxx mill-prezz tal-offerta). Madankollu, biex l-operaturi tas-suq jiġu mħeġġa jimmassimizzaw id-dħul tagħhom, kwalunkwe dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-garanziji bi prezz ogħla mill-prezz tal-offerta ma jagħtix lok għal rimborż tad-differenza (prezz tal-bejgħ — prezz tal-offerta) mill-investitur.

    (137)

    L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw, barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali li jagħtu preferenza lill-produtturi li b'emissjonijiet ta' karbonju baxxi, fil-forma (i) ta' preċedenza ambjentali, b'karatteristiċi tekniċi u ekonomiċi identiċi, u (ii) limitu massimu fuq l-emissjonijiet li jistgħu jkunu ġġenerati minn assi li jista' jibbenefika mill-qafas speċifiku għall-kapaċitajiet il-ġodda. Il-kriterji ambjentali, bħal-livell ta' emissjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra, se jiġu definiti fir-regoli u l-aħjar offerta f'termini ambjentali tista' tintgħażel jekk ikun meħtieġ. Barra minn hekk, il-faċilitajiet eżistenti se jibqgħu soġġetti għar-regolamenti ambjentali Ewropej u Franċiżi fis-seħħ, li għal dawn il-faċilitajiet jista' jkun ifisser il-ħtieġa ta' investimenti ta' konformità.

    (138)

    L-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jimplimentaw l-iskema għall-għażla tal-kapaċitajiet fl-2019 flimkien ma' parteċipazzjoni inizjali effettiva tal-kapaċitajiet magħżula għas-sena ta' konsenja 2023. Barra minn hekk, huma jintrabtu li mill-2019 jibdew jimplimentaw skema tranżitorja ta' kuntratti pluriennali, li jkopru l-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2023. Dan ikun ifisser, pereżempju, li fl-2019, tiġi mnedija skema “perenni” għas-sena ta' konsenja 2023 iżda tiġi mnedija wkoll skema tranżitorja għas-snin ta' konsenja 2020, 2021 u 2022.

    Id-diffikultà tal-fornituri li jbassru minn ħafna qabel l-iżviluppi tal-portafolli tal-klijenti tagħhom

    (139)

    L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-previżjonijiet regolari ta' RTE għandhom ikunu ta' għajnuna biżżejjed lill-fornituri biex ikunu jistgħu jbassru l-livell finali tal-obbligu ta' kapaċità tagħhom. L-awtoritajiet iżidu li l-fornituri għandhom il-possibbiltà, tal-anqas matul l-ewwel snin tal-mekkaniżmu, li jaġġustaw il-kapaċitajiet tagħhom mingħajr ħlas sal-aħħar tas-sena tal-konsenja.

    (140)

    Minkejja dan li ntqal, u minbarra din is-salvagwardja, l-awtoritajiet Franċiżi jipproponu li jdaħħlu dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ lill-fornituri alternattivi fir-regoli tal-mekkaniżmu tal-kapaċità f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-obbligu tal-kapaċità tagħhom. Fil-preżent, ir-regoli jipprovdu li RTE għandu jinnotifika lil kull fornitur livell ta' obbligu provviżorju sena wara s-sena ta' konsenja, imbagħad livell ta' obbligu finali sentejn wara s-sena ta' konsenja. Barra minn hekk, RTE żviluppa għodod ta' akkumpanjament biex jinforma lill-atturi dwar il-livell tal-obbligu tagħhom qabel dawn l-iskadenzi. Franza tipproponi li tifformalizza l-obbligu ta' RTE li jappoġġja lill-fornituri fil-kalkolu tal-obbligu tagħhom, b'mod partikolari billi joffri għodod li jgħinu lill-fornituri alternattivi jantiċipaw aħjar l-obbligu ta' kapaċità tagħhom u bl-inklużjoni ta' punti ta' kuntatt regolari li fihom il-fornituri jużaw dawn l-għodod biex ibassru l-obbligu tagħhom. Il-fornituri se jkollhom ukoll il-possibbiltà li jużaw dawn l-għodod meta jridu minbarra dawn il-punti ta' kuntatt inklużi fir-regoli.

    In-nuqqas potenzjali ta' inċentivi biex l-atturi jkunu bilanċjati qabel is-Sena ta' konsenja

    (141)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jirrevedu t-termini tar-riekwilibriju, sabiex jinkoraġġixxu lill-operaturi tal-kapaċità jiksbu ċertifikat bl-akbar preċiżjoni possibbli. Speċifikament, l-ispejjeż tar-riekwilibriji mgħoddija fuq l-atturi jiġu kkalkulati skont il-volum ta' riekwilibriju ta' kull attur:

    (1)

    meta t-total tar-riekwilibriji jkun inqas minn 1 GW (total tal-valuri assoluti), ir-riekwilibriju jibqa' bla ħlas qabel is-sena ta' konsenja;

    (2)

    meta t-total tar-riekwilibriji jkun ogħla minn 1 GW (total tal-valuri assoluti), ir-riekwilibriji qabel is-sena ta' konsenja jkunu bi ħlas.

    (142)

    Il-mod kif jiżdiedu l-ispejjeż tar-riekwilibriju, skont il-każ, jidhru fil-Figura 7 li ġejja (sena ta' konsenja: 2020), bi prezz ta' unità dejjem akbar aktar ma toqrob is-sena ta' konsenja.

    Figura 7

    Deskrizzjoni tal-qafas il-ġdid propost għar-riekwilibriji għas-sena 2020 b'k = 0,2

    Image

    Sors: L-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tad-9 ta' Settembru 2016

    (143)

    Issal-operaturi tal-kapaċità jkollhom jirriekwilibraw ruħhom fi żmien qasir u stabbilit fir-regoli f'avvenimenti kbar (jiġifieri li jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà tal-mezzi meta mqabbla mat-tbassir tad-disponibbiltà tagħhom, bħad-diżattivazzjoni temporanja, l-għeluq definittiv, ħsara li twassal għal tnaqqis tad-disponibbiltà għal perjodu twil, eċċ) (27).

    (144)

    L-awtoritajiet Franċiżi jipproponu wkoll modifika fil-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi biex jiskoraġġixu aktar lill-atturi tas-suq milli jippreżentaw differenzi negattivi jew pożittivi fi kwalunkwe ħin. B'mod partikolari, il-koeffiċjent ta' inċentiv “k”, applikat għall-iżbilanċi, ser ikun irduppjat (kien iffissat għal 0,1 fid-Digriet tat-22 ta' Jannar 2015 iżda hekk ser jiżdied għal 0,2) u ser jiżdied ukoll aktar għall-iżbilanċi negattivi li jaqbżu limitu massimu ta' 1 GW u saħansitra ser irodd anqas għall-iżbilanċi pożittivi li wkoll jaqbżu limitu massimu ta' 1 GW (il-livell preċiż tal-limiti massimi għadu jrid jiġi stabbilit mill-awtoritajiet abbażi ta' dħul mis-suq iżda xorta mhux ser jaqbeż il-1 GW). Dawn l-emendi huma spjegati fil-Figura 8.

    Figura 8

    Deskrizzjoni tal-proposta tas-saldu tad-differenzi bl-effett tal-limitu ta' 1 GW u b'k = 0,2

    Image

    Sors: L-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tad-9 ta' Settembru 2016

    Il-limitu fuq il-prezzijiet tas-saldu tad-differenzi ma jirriflettix is-CONE

    (145)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jżidu gradwalment il-prezz amministrat (li huwa limitu massimu fuq il-prezz tad-differenzi u, għalhekk, indirettament fuq il-prezz tal-garanziji tal-kapaċità), skont l-iskeda li ġejja:

    (1)

    fl-2017, prezz amministrat ta' EUR 20 000/MW biex l-atturi jkunu jistgħu jidraw jikkontrollaw il-funzjonament tas-suq b'riskju limitat, minħabba l-implimentazzjoni effettiva tardiva tal-iskema;

    (2)

    fl-2018 u fl-2019, prezz amministrat ta' EUR 40 000/MW;

    (3)

    mill-2020, prezz amministrat ta' EUR 60 000/MW biex il-mekkaniżmu tal-kapaċità jkun jista', jekk ikun meħtieġ, jibgħat sinjali ta' prezz korrispondenti għal ħtiġijiet ta' kapaċitajiet ġodda, f'suq li sa dakinhar għandu jkun laħaq maturità suffiċjenti.

    (146)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu għas-snin ta' konsenja 2021 u dawk sussegwenti, li jaġġornaw kull sena l-prezz amministrat biex iġibuh għal valur korrispondenti għall-CONE, b'mod partikolari għall-ispejjeż ta' impjant li jaħdem bil-gass tat-tip GCC jew b'ċiklu miftuħ, kif ikkalkulat mill-operatur tas-sistema pubblika ta' trażmissjoni tal-elettriku u approvat mir-regolatur. Dan l-aġġornament mhux bilfors isir permezz ta' proċedura ta' reviżjoni sħiħa tar-regoli tal-mekkaniżmu tal-kapaċità.

    (147)

    Din l-iskeda tippermetti (i) li żieda eventwali fil-prezz amministrat tikkoinċidi mad-dħul fis-seħħ tal-iskema tal-kuntratti pluriennali għall-kapaċitajiet ġodda u (ii) li l-atturi tas-suq jiġu eżaminati kemm dwar iż-żieda fil-prezz amministrat kif ukoll dwar l-introduzzjoni tal-iskema tal-kuntratti pluriennali għal-kapaċitajiet il-ġodda (28).

    (148)

    Minbarra dan li ntqal u dak li kien indikat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet uriet fid-diskussjonijiet mal-awtoritajiet Franċiżi l-biża' tagħha li l-firxa bejn l-ARENH u l-prezz tal-elettriku fis-suq tal-enerġija seta' jkun ukoll limitu impliċitu fuq il-prezzijiet tal-kapaċità, minħabba li l-prodott ARENH jinkludi l-garanziji tal-kapaċitajiet.

    (149)

    L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu li:

    (1)

    il-volum tal-garanziji tal-kapaċità relatat mal-prodott ARENH huwa baxx biżżejjed meta mqabbel mat-total tas-suq tal-kapaċità u, għaldaqstant, ma jistax jinfluwenza l-prezz ta' garanziji oħrajn tal-kapaċità; u

    (2)

    l-firxa attwali hija bejn wieħed u ieħor EUR 10/MWh, li jikkorrispondi għal prezz tal-kapaċità ta' EUR 87 600/MW. Peress li l-prezz amministrat tal-kapaċità huwa ffissat rispettivament għal EUR 20 000/MW/sena, EUR 40 000/Mw/sena u EUR 60 000/Mw/sena għas-snin 2017, 2018-2019 u 2020, l-ARENH mhuwiex attwalment prodott kompetittiv (29).

    (150)

    Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu, bħala parti minn valutazzjoni futura tal-funzjonament tas-suq, li jistudjaw l-opportunità li “jiffinanzjalizzaw” is-sehem tal-kapaċità tal-prodott ARENH, (30) sabiex jevitaw li dan il-prodott ifixkel il-formazzjoni libera tal-prezzijiet fis-suq tal-kapaċità.

    4.3.4.   Oġġezzjonijiet oħrajn tal-Kummissjoni

    (151)

    Fil-premessa (182) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet qalet li Franza kellha tiċċara għala xi proposti ta' titjib tal-mekkaniżmu li għamlet l-Awtorità tal-Kompetizzjoni fl-Opinjoni tagħha Nru 12-A-09 tat-12 ta' April 2012 ma kinux ġew ikkunsidrati.

    (152)

    L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li, meta jitqiesu l-emendi proposti (jiġifieri l-obbligu fuq il-produtturi li jiddikjaraw id-disponibbiltà provviżorja tal-faċilitajiet ta' produzzjoni tagħhom abbażi tad-disponibbiltà storika tagħhom u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu għall-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali), kien hemm biss żewġ proposti tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni li ma ntgħażlux:

    (1)

    il-provvediment li ma jingħatawx ċertifikati lill-faċilitajiet taħt obbligu ta' xiri (rinnovabbli), peress li t-tariffi tar-riakkwist tal-elettriku prodott minn dawn il-faċilitajiet diġà jkopru l-ispejjeż kollha ta' dawn il-faċilitajiet; u

    (2)

    il-finanzjament tas-sejħa tranżitorja għall-proġett ma jintefax fuq il-fornituri alternattivi.

    (153)

    Rigward l-ewwel proposta li ma ġietx adottata, l-awtoritajiet spjegaw li kienu għażlu ċ-ċertifikazzjoni tal-faċilitajiet taħt obbligu ta' xiri sabiex jirrispettaw il-karattru “market-wide” tal-mekkaniżmu tal-kapaċità. Għall-kuntrarju, biex tkun evitata l-possibbiltà ta' akkumulazzjoni ta' kumpensi għall-faċilitajiet taħt obbligu ta' xiri, ġie deċiż li x-xerrejja obbligati jkunu responsabbli miċ-ċertifikazzjoni ta' dawn il-faċilitajiet, u detenturi ta' garanziji tal-kapaċitajiet relatati, u d-dħul mill-bejgħ tal-kapaċitajiet jitnaqqas mill-kumpens tax-xerrejja obbligati.

    (154)

    Rigward it-tieni proposta mhux adottata, l-awtoritajiet spjegaw li ġie deċiż li s-sejħa tranżitorja għall-proġetti ma tiġix implimentata; għalhekk il-fornituri alternattivi ma kellhom ebda spiża xi jħallsu. Madankollu fil-futur se jħallsu spejjeż għal din l-iskema, peress li l-iskema ta' sigurtà attwali se titħassar u se tiġi sostitwita mill-iskema tal-kuntratti pluriennali wara li jinbidel id-digriet.

    4.4.   Proporzjonalità

    4.4.1.   Sopravalutazzjoni tal-konsum

    4.4.1.1.   Kummenti tal-partijiet interessati

    (155)

    Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar dan il-punt huma inklużi fit-Taqsima 4.3.3.1 aktar 'il fuq.

    Il-kummenti ta' Franza

    (156)

    Il-kummenti ta' Franza dwar dan il-punt huma inklużi fil-premessa 139 aktar 'il fuq.

    (157)

    Minkejja dawn il-kummenti, l-awtoritajiet qegħdin jipproponu li jobbligaw lil RTE jassisti lill-fornituri alternattivi fil-kalkolu tal-obbligu ta' kapaċità tagħhom, kif spjegat fil-premessa (140).

    4.4.2.   Nuqqas ta' trasparenza dwar l-iffissar tal-prezz tal-kapaċità

    4.4.2.1.   Kummenti tal-partijiet interessati

    (158)

    Il-maġġoranza ta' dawk li wieġbu (13) jilmentaw min-nuqqas ta' viżibbiltà tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati, u b'mod aktar partikolari tat-tranżazzjonijiet intragrupp, meta ħafna minnhom jemmnu li l-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet għandha ssir f'din il-forma. Wieħed minn dawk li wieġbu reġa' saħaq li mekkaniżmu tal-kapaċità ċentralizzat jista' jevita dan it-tip ta' problemi.

    (159)

    Min-naħa tiegħu l-operatur stabbilit iqis li l-mekkaniżmu, fil-forma attwali tiegħu, joffri salvagwardji suffiċjenti biex jiżgura t-trasparenza tal-kummerċ (inkluż intragrupp), fosthom:

    (1)

    l-obbligu li jinżammu kontijiet separati fir-reġistri tal-garanziji tal-kapaċità (kont għall-operaturi tal-kapaċità u kont għall-fornituri); u

    (2)

    l-obbligu ta' trasparenza fir-rigward tas-CRE u l-monitoraġġ li din tagħmel tat-tranżazzjonijiet interni.

    4.4.2.2.   Il-kummenti ta' Franza

    (160)

    L-awtoritajiet Franċiżi jsemmu wkoll is-salvagwardji identifikati mill-operatur stabbilit (imsemmija fil-premessa 160). Huma jiddikjaraw ukoll li, minħabba li l-fornituri jridu jadattaw għat-tibdil fil-klijentela tagħhom, huwa xieraq li tinżamm il-possibbiltà tal-kummerċ mhux irregolat bejn l-atturi tas-suq apparti l-irkantijiet minn żmien għal żmien. Mekkaniżmu ta' kummerċ kontinwu jiżgura din il-flessibbiltà, kif ukoll il-viżibbiltà tat-tranżazzjonijiet u tal-prezzijiet, u jgħin biex tittaffa d-diskrepanza fl-informazzjoni bejn l-atturi tas-suq. Madankollu, il-parteċipazzjoni f'mekkaniżmu bħal dan hija għalja, b'mod partikolari għall-fornituri relattivament żgħar. Għaldaqstant l-awtoritajiet Franċiżi jipproponu li jżommu t-tranżazzjonijiet mhux irregolati flimkien ma' suq organizzat, fejn il-prezz ta' kull tranżazzjoni jkun ippubblikat.

    (161)

    Madankollu, huma jipproponu wkoll li jipprovdu salvagwardji addizzjonali biex tikber it-trasparenza u r-rappreżentanza tal-kummerċ tal-kapaċità.

    (162)

    Il-mekkaniżmu diġà jipprovdi li l-prezzijiet tal-irkantijiet fuq il-pjattaforma li ser jistabbilixxi EPEX Spot ikunu ppubblikati. Biex jiġi żgurat livell ta' trasparenza bħal dak ta' pjattaforma ta' negozjar għat-tranżazzjonijiet mhux irregolati, l-awtoritajiet Franċiżi qegħdin jipproponu li jagħtu lill-atturi kollha aċċess għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati (anonimizzati), u b'hekk jiżguraw il-viżibbiltà tal-volumi u tal-prezzijiet, waqt li jiggarantixxu l-anonimità tal-operaturi. Il-partijiet interessati mbagħad ikunu jistgħu jieħdu din l-informazzjoni inkunsiderazzjoni fl-istrateġija tax-xiri u tal-bejgħ tagħhom fl-irkantijiet organizzati.

    (163)

    Barra minn hekk, l-irkantijiet ser jissaħħu. L-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jżidu l-likwidità tal-irkantijiet organizzati, billi tellgħu n-numru ta' irkantijiet matul l-erba' (4) snin ta' qabel l-ewwel sena ta' konsenja għal 15, jiġifieri rkant wieħed (1) ġdid fis-sena ta' konsenja SK-4, erbgħa fis-SK-3, erbgħa (4) oħra fis-SK-2 u fl-aħħar sitta (6) fis-SK-1 (fl-ewwel verżjoni tal-mekkaniżmu, l-awtoritajiet Franċiżi kienu pprovdew biss għaxar (10) irkantijiet, mifruxa fuq it-tliet (3) snin ta' qabel is-sena ta' konsenja).

    (164)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jintrabtu li jġiegħlu, fil-qafas regolatorju, lil ċerti operaturi tal-kapaċità joffru ċ-ċertifikati tagħhom fis-suq abbażi tal-iskema li ġejja:

    (1)

    SK-4: 25 % tal-livell tal-kapaċità ċċertifikata;

    (2)

    SK-3: il-massimu bejn 25 % tal-livell tal-kapaċità ċċertifikata u 25 % tal-volum taċ-ċertifikati tal-kapaċità mhux mibjugħa;

    (3)

    SK-2: il-massimu bejn 25 % tal-livell tal-kapaċità ċċertifikata u 50 % tal-volum taċ-ċertifikati tal-kapaċità mhux mibjugħa;

    (4)

    SK-1: il-massimu bejn 25 % tal-livell tal-kapaċità ċċertifikata u 100 % tal-volum taċ-ċertifikati tal-kapaċità mhux mibjugħa.

    (165)

    Din ir-restrizzjoni se tapplika għal dawk responsabbli miż-żona ta' ċertifikazzjoni li jkollhom volum ta' kapaċità li jaqbeż limitu ta' 3 GW.

    4.4.3.   L-esklużjoni ta' ċerti tipi ta' operaturi tal-kapaċità mill-mekkaniżmu

    (166)

    Il-kummenti tal-partijiet terzi u l-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi rigward id-diskriminazzjoni potenzjali bejn id-diversi tipi ta' kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda huma diskussi fit-Taqsima 4.3.1.

    (167)

    Il-kummenti tal-partijiet interessati u l-proposti tal-awtoritajiet Franċiżi sabiex jirrimedjaw għall-esklużjoni b'mod partikolari tal-kapaċitajiet transkonfinali u tal-investimenti ġodda huma deskritti fit-Taqsima 4.3.3.

    4.4.4.   Is-saħħa fis-suq ta' EDF

    4.4.4.1.   Riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet

    Kummenti mingħand il-partijiet interessati

    (168)

    Tliet kwarti tal-partijiet li rreaġixxew għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ jirreferu speċifikament għar-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet fil-mekkaniżmu Franċiż.

    (169)

    Assoċjazzjoni ta' konsumaturi industrijali Franċiżi tibża' li EDF għandu interess li jtella' l-prezz ta' referenza tas-suq (MRP) u li jbiegħ il-kapaċità żejda wara s-sena ta' konsenja, peress li:

    (1)

    f'każ bħal dan, il-penali li EDF ikollu jħallas għas-saldu tad-differenzi tkun prinċipalment ikkumpensata mid-dħul li jagħmel minn MRP relattivament għoli; u

    (2)

    l-MRP se jintuża biex l-ispiża tal-kapaċità tiġi ċċarġjata fuq il-parti l-kbira tal-konsumaturi, u allura se jiġi mgħoddi fuqhom.

    (170)

    Fornitur alternattiv innota li minbarra l-fatt li l-irkantijiet organizzati aktarx mhumiex ser jirrappreżentaw il-kummerċ li jsir bħala parti mill-mekkaniżmu (il-fornituri ser ikollhom it-tentazzjoni li jagħżlu tranżazzjonijiet bilaterali sabiex jevitaw il-ħlasijiet bil-quddiem), il-fatt li l-MRP mhux se jieħu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet magħmulin tul jew wara s-sena ta' konsenja jista' jkompli jdgħajjef l-effett dissważiv tal-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi u b'hekk jinkoraġġixxi l-istrateġiji ta' żamma tad-detenturi tal-kapaċitajiet.

    (171)

    Biex iħeġġeġ aktar lill-operaturi tal-kapaċità ma jżommux il-kapaċitajiet, dan il-fornitur alternattiv jipproponi tliet miżuri korrettivi:

    (1)

    tiġi riveduta l-bażi tat-taxxa tal-MRP;

    (2)

    jissaħħaħ l-effett dissważiv tal-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi; u

    (3)

    titneħħa l-iskema ta' sigurtà (“fall back tender”), peress li dan jista' jinkoraġġixxi lill-operaturi jadottaw strateġija ta' żamma.

    (172)

    L-Assoċjazzjoni tal-Fornituri u l-Produtturi Alternattivi AFIEG tikkritika l-għażla ta' riekwilibriju tal-kapaċitajiet mingħajr ħlas qabel is-sena ta' konsenja, għax tippermetti, fil-fehma tagħha, li jittieħdu riskji bid-disponibbiltà tal-flotta nukleari, u b'hekk li jinħolqu nuqqasijiet jew kapaċitajiet żejda artifiċjali.

    Il-kummenti ta' Franza

    (173)

    Minħabba dawn ir-reazzjonijiet tal-atturi tas-suq għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi wrew ix-xewqa li jtejbu l-iskema sabiex inaqqsu kemm jista' jkun kwalunkwe riskju ta' abbuż tal-qawwa fis-suq.

    (174)

    B'mod partikolari, huma jintrabtu li jġiegħlu lill-operaturi tal-kapaċità jiċċertifikaw minn qabel bi preċiżjoni l-kapaċitajiet kollha disponibbli tagħhom u illimitaw il-possibbiltajiet tagħhom ta' ċertifikazzjoni għal proċedura stabbilita fuq valuri ta' referenza storika (ara l-Figura 9). Kwalunkwe differenza minn din il-firxa trid tkun iġġustifikata ma' RTE u mar-regolatur.

    Figura 9

    Illustrazzjoni tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni

    Image

    Sors: L-ittra tal-awtoritajiet Franċiżi tad-9 ta' Settembru 2016

    (175)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jirrevedu t-termini tar-riekwilibriju, sabiex jinkoraġġixxu lill-operaturi tal-kapaċità jiksbu ċertifikat bl-akbar preċiżjoni possibbli. Huma jipproponu li kull riekwilibriju sinifikanti akkumulat (li jaqbeż limitu ta'massimu 1 GW; il-livell preċiż tal-limitu jrid ikun definit mill-awtoritajiet abbażi ta' dħul mis-suq iżda fl-ebda każ mhu ser jaqbeż 1GW) li jseħħ qabel is-sena ta' konsenja, joħloq penali. Il-penali, li tiskoraġġixxi lill-operaturi tal-kapaċità milli jiċċertifikaw inqas jew aktar il-kapaċitajiet tagħhom, tiżdied gradwalment sas-saldu tad-differenzi. L-operaturi tal-kapaċità jridu wkoll jirriekwilibraw malli jkunu jafu b'xi avveniment li jwassal għan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-mezzi (diżattivazzjoni temporanja, għeluq definittiv, ħsara li twassal għal tnaqqis tad-disponibbiltà fit-tul, eċċ.) meta mqabbla mat-tbassir tad-disponibbiltà tagħhom.

    (176)

    L-awtoritajiet jipproponu wkoll modifika fil-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi sabiex ikomplu jiskoraġġixxu lill-atturi tas-suq milli jippreżentaw differenzi negattivi jew pożittivi fi kwalunkwe mument. B'mod partikolari, il-koeffiċjent ta' inċentiv “k”, applikat għall-iżbilanċi, ser ikun irduppjat u barra minn hekk ser jiżdied ukoll aktar għall-iżbilanċi negattivi li jaqbżu limitu ta' massimu 1 GW u ser irendi inqas għall-iżbilanċi pożittivi li wkoll jaqbżu limitu massimu ta' 1 GW (il-livell preċiż tal-limiti għad irid jiġi definit mill-awtoritajiet abbażi ta' dħul mis-suq iżda xorta waħda mhux ser jaqbeż 1 GW).

    (177)

    Bi tweġiba għall-ilment ta' fornitur alternattiv li l-iskema ta' sigurtà jista' jinkoraġġixxi lill-operaturi jadottaw strateġija ta' żamma, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li din l-iskema ta' sigurtà se titħassar u se tiġi sostitwita mill-iskema ta' kuntratti pluriennali (deskritta fil-premessi 131 sa 138 ta' dan id-dokument).

    (178)

    Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessi 146 sa 147 ta' dan id-dokument, l-awtoritajiet Franċiżi jipproponu li jżidu l-ammont massimu ta' kumpens tad-differenzi tal-prezzijiet applikat f'każ ta' theddida serja għas-sigurtà tal-provvista (jiġifieri żbilanċ globali negattiv ta' aktar minn 2 GW). Huwa propost li dan il-limitu (il-prezz amministrat jew Padmin) jissaħħaħ gradwalment minn EUR 20 000/MW fl-2017 għal EUR 40 000/MW fl-2018 u fl-2019, u finalment għal EUR 60 000/MW fl-2020. Mis-sena ta' konsenja 2021 l-awtoritajiet Franċiżi se jaġġornaw il-prezz amministrat kull sena sabiex itellgħuh għal valur li jikkorrispondi għall-ispejjeż ta' parteċipant ġdid (CONE), b'mod partikolari għall-ispejjeż ta' impjant tal-gass tat-tip GCC jew b'ċiklu miftuħ, kif ikkalkulat mill-operatur tas-sistema pubblika ta' trażmissjoni tal-elettriku u approvat mir-regolatur.

    4.4.5.   Riskju ta' żamma tal-garanziji

    4.4.5.1.   Kummenti tal-partijiet interessati

    (179)

    Erbgħa minn dawk li wieġbu huma partikolarment imħassba dwar ir-riskju li jinżammu l-garanziji tal-kapaċità jew, fi kwalunkwe każ, li tonqos il-likwidità fis-suq tal-garanziji.

    (180)

    L-Assoċjazzjoni tal-Fornituri u l-Produtturi Alternattivi AFIEG innutat li l-mekkaniżmu li jobbliga lill-atturi tas-suq li jkollhom garanziji żejda wara s-sena ta' konsenja (iżda qabel is-saldu tad-differenzi) li jbiegħu dan l-eċċess fl-irkantijiet mhux ser ikun biżżejjed biex jipprevjeni ż-żamma tal-garanziji qabel is-sena ta' konsenja (il-perjodu kkunsidrat għad-determinazzjoni tal-MRP).

    (181)

    Minbarra s-suġġerimenti maħsuba biex iżidu l-inċentivi biex wieħed jirriekwilibrija ruħu qabel is-sena ta' konsenja (reviżjoni tal-bażi tat-taxxa tal-MRP u tisħiħ tal-effett dissważif tal-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi), dawk li wieġbu pproponew żewġ miżuri biex jittejjeb l-aċċess għall-garanziji tal-kapaċità:

    (1)

    l-EDF jiġi obbligat ibiegħ il-garanziji tiegħu b'xi mod jew ieħor (pereżempju, permezz ta' “programm ta' bejgħ tal-garanziji”, waqt li jingħatalu r-rwol ta' “ġeneratur tas-suq”); jew

    (2)

    jittejjeb il-prodott ARENH: a) billi jiġi stabbilit ARENH tal-kapaċità. Biex isir dan, jeħtieġ li l-ARENH jinqasam f'żewġ prodotti: prodott tal-kapaċità u prodott tal-“enerġija”; kull fornitur ikun liberu li jissottoskrivi kwalunkwe wieħed miż-żewġ prodotti jew li jissottoskrivi ż-żewġ prodotti fl-istess ħin; u/jew b) billi jogħla l-volum tal-kapaċitajiet inkorporati mill-prodott “enerġija” ta' ARENH (1,15-il garanzija għal kull MW ta' ARENH). F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi insistew li l-fornituri għandhom l-obbligu li jagħmlu offerta pubblika ta' bejgħ għall-garanziji kollha li jaqbżu l-ħtiġijiet interni tagħhom. Huma jqisu li dan għandu jgħin biex jiġi evitat li l-kapaċitajiet jinżammu. Barra minn hekk, parti mill-garanziji tal-kapaċità miżmuma mill-operatur stabbilit tkun awtomatikament trasferita lill-fornituri alternattivi permezz tal-ARENH u r-regolatur ikompli jimmonitorja kwalunkwe abbuż potenzjali tal-qawwa fis-suq.

    4.4.5.2.   Il-kummenti ta' Franza

    (182)

    Minħabba dan it-tħassib, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jirrevedu l-mekkaniżmu b'mod li jobbligaw lill-operaturi tal-kapaċità joffru ċerti volumi minimi ta' garanziji waqt kull irkant organizzat qabel is-sena ta' konsenja, kif spjegat fil-premessi 165 u 166. Barra minn hekk, se jiġu organizzati rkanti oħrajn, kif spjegat fil-premessa 164.

    4.4.6.   Riskju ta' kompressjoni tat-tariffi mill-operatur dominanti stabbilit

    4.4.6.1.   Kummenti tal-partijiet interessati

    (183)

    B'referenza għal avviż maħruġ mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni fl-2012, tnejn minn dawk li wieġbu wrew tħassib dwar sussidji trażversali bejn is-settur tal-produzzjoni u s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tal-operatur stabbilit (jiġifieri l-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità lill-kompetituri bi prezz ogħla mill-prezz tal-bejgħ intern bejn is-settur tal-produzzjoni u s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, bil-konsegwenza li jiġu esklużi kompetituri mis-suq tal-provvista tal-elettriku). Dan is-sussidju trażversali jista', fil-fehma tagħhom, iwassal għal “kompressjoni tat-tariffi” għal fornitur alternattiv mingħajr assi ta' produzzjoni, peress li jkollu jixtri garanziji fis-suq biex jissodisfa l-obbligi ta' kapaċità tiegħu.

    4.4.6.2.   Il-kummenti ta' Franza

    (184)

    Rigward il-possibbiltà ta' prattiki ta' esklużjoni mill-prezzijiet (kompressjoni tal-marġnijiet jew kompressjoni tat-tariffi, prezzijiet predatorji), l-awtoritajiet Franċiżi fakkru li prattiki antikompetittivi bħal dawn diġà huma soġġetti għal kontroll u sanzjonijiet mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni.

    (185)

    Madankollu, sabiex jiffaċilitaw id-detezzjoni ta' prattiki bħal dawn, l-awtoritajiet sejrin isaħħu r-regoli billi jġiegħlu lill-atturi integrati vertikalment jikkomunikaw lill-Kummissjoni li tirregola l-enerġija l-metodu tagħhom ta' kif jikkunsidraw il-prezz tal-garanziji tal-kapaċità fl-offerti tagħhom.

    (186)

    Huma se jispeċifikaw ukoll b'mod aktar ċar fir-regoli li l-atturi integrati vertikalment huma meħtieġa li jiddikjaraw prezz għal kwalunkwe tranżazzjoni interna li tirrigwarda garanziji tal-kapaċità. B'hekk lakuna fil-leġiżlazzjoni li tippermetti t-trasferiment bla ħlas tal-garanziji ser tiġi kkoreġuta.

    (187)

    Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jagħtu lill-atturi tas-suq aċċess sħiħ għar-reġistru tal-garanziji tal-kapaċità, li fih se jkunu rreġistrati t-tranżazzjonijiet mhux irregolati, waqt li tiġi ggarantita l-anonimità tal-operaturi ta' kull tranżazzjoni.

    4.5.   L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

    4.5.1.   Ostakoli għad-dħul ta' kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni

    (188)

    Il-kummenti tal-partijiet terzi u l-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi rigward id-diskriminazzjoni potenzjali bejn id-diversi tipi ta' kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda huma diskussi fit-Taqsima 4.3.3.

    (189)

    Fit-tweġiba tagħhom għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tas-17 ta' Diċembru 2015, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-mekkaniżmu propost mhuwiex neċessarjament mistenni li jiġġenera investimenti kbar ġodda li jżidu l-kapaċità totali ta' produzzjoni, iżda pjuttost li jiżgura d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet meħtieġa, pereżempju biex jilqgħu kontra mewġa ta' kesħa xitwija.

    (190)

    Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi rrikonoxxew il-ħtieġa li l-mekkaniżmu jippermetti lill-kapaċitajiet ta' produzzjoni ġodda li jikkompetu mal-kapaċità ta' produzzjoni eżistenti kif ukoll il-ħtieġa ta' qafas aktar stabbli għall-parteċipanti l-ġodda li jiffaċilita din il-kompetizzjoni. Żewġ elementi ġodda ġew proposti bħala rimedju għal din il-problema:

    (1)

    Kif deskritt fil-premessi 146 sa 148, iż-żieda gradwali maż-żmien tal-prezz amministrat, li għall-ewwel ser jitla' minn EUR 20 000/MW għas-sena ta' konsenja 2017 għal EUR 40 000/MW għas-snin ta' konsenja 2018 u 2019, u fl-aħħar għal EUR 60 000/MW għas-sena ta' konsenja 2020. Mis-sena ta' konsenja (SK) 2021, l-awtoritajiet ser jirrevedu kull sena dan il-prezz amministrat biex itellgħuh għal valur korrispondenti għall-ispejjeż ta' parteċipant ġdid (CONE), b'mod partikolari għall-ispejjeż ta' impjant tal-gass tat-tip GCC jew b'ċiklu miftuħ, kif ikkalkulat mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku u approvat mir-regolatur; u

    (2)

    l-istabbiliment ta' skema pluriennali ta' kuntratti għal differenzi (CFD) speċifiċi għall-kapaċitajiet il-ġodda ta' produzzjoni, kif deskritt fil-premessi 131 sa 138.

    4.5.2.   Diskriminazzjoni bejn ġestjoni tad-domanda impliċita u ġestjoni tad-domanda espliċita

    (191)

    Il-kummenti tal-partijiet terzi u l-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi dwar dan il-punt ġew diskussi/żviluppati fit-Taqsima 4.3.1.

    4.5.3.   Il-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet barranin

    (192)

    Il-kummenti tal-partijiet terzi u l-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi rigward id-diskriminazzjoni potenzjali bejn id-diversi tipi ta' kapaċità ta' ġestjoni tad-domanda huma diskussi fit-Taqsima 4.3.2.

    (193)

    Kif indikat fil-premessi 119 sa 125, bi tweġiba għat-tħassib tal-Kummissjoni u tal-partijiet terzi, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew mudell ibridu, li jipprovdi l-għoti ta' biljetti ta' interkonnessjoni li b'mod definittiv jippermettu l-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda li jinsabu fl-Istati Membri ġirien ta' Franza. L-opinjoni tagħhom hija li dan l-approċċ huwa konformi mal-prinċipji bażiċi msemmija fl-Anness 2 għad-Dokument ta' Ħidma tas-servizzi anness għall-inkjesta settorjali dwar il-mekkaniżmi tal-kapaċità tal-Kummissjoni Ewropea.

    4.5.4.   Diskrepanzi fl-informazzjoni bejn l-operatur stabbilit dominanti u l-kompetituri attwali u potenzjali tiegħu

    4.5.4.1.   Id-diffikultà tal-fornituri li jbassru minn ħafna qabel l-iżviluppi tal-portafolli tal-klijenti tagħhom

    Kummenti tal-partijiet interessati

    (194)

    Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar dan il-punt huma inklużi fit-Taqsima 4.3.3.1 aktar 'il fuq.

    Il-kummenti ta' Franza

    (195)

    Il-kummenti ta' Franza dwar dan il-punt huma inklużi fil-premessa 139 aktar 'il fuq.

    (196)

    Kif spjegat fil-premessa 140 aktar 'il fuq, l-aħħar proposta tal-awtoritajiet Franċiżi hija li jgħinu lill-fornituri biex jikkalkulaw aħjar il-portafolli tal-klijenti futuri tagħhom u li jirregolaw dan l-appoġġ b'mod espliċitu fir-regoli.

    4.5.4.2.   Nuqqas ta' trasparenza dwar l-iffissar tal-prezz tal-kapaċità

    Kummenti tal-partijiet interessati

    (197)

    Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar dan il-punt huma inklużi fil-premessi 159 u 160 aktar 'il fuq.

    Il-kummenti ta' Franza

    (198)

    Kif spjegat fit-Taqsima 4.4.2 aktar 'il fuq, l-aħħar proposta dwar dan il-punt hija li l-fornituri jkollhom il-flessibbiltà billi jkunu permessi tranżazzjonijiet mhux irregolati, waqt li tiġi żgurata l-likwidità fuq il-pjattaforma tal-kummerċ organizzat kif ukoll it-trasparenza tal-kummerċ mhux irregolat.

    5.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

    5.1.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE

    (199)

    Fil-premessa 143 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ il-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet li l-mekkaniżmu jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    5.1.1.   L-imputabbiltà u l-finanzjament permezz ta' riżorsi tal-Istat

    (200)

    Rigward l-eżistenza ta' riżorsi tal-Istat fil-mekkaniżmu tal-kapaċità Franċiż, l-awtoritajiet Franċiżi jagħtu l-garanziji tal-kapaċità lill-operaturi tal-kapaċità mingħajr ħlas. Fl-istess ħin, huma joħolqu suq għal dawn il-garanziji, bl-impożizzjoni ta' obbligu ta' kwota minn fornituri tal-elettriku, billi jorbtu dawn il-kwoti mal-perjodi ta' domanda għolja tal-klijenti tagħhom. Għalhekk, huma joħolqu talba għaċ-ċertifikati u valur korrispondenti. Barra minn hekk, minflok ma jbiegħ iċ-ċertifikati lill-operaturi ta' kapaċità jew jagħmilhom irkant, l-Istat jagħtihomlom mingħajr ħlas u, allura, jirrinunzja għal riżorsi pubbliċi.

    (201)

    La l-awtoritajiet Franċiżi, u lanqas il-partijiet terzi ma ressqu argumenti li jikkontestaw din l-analiżi.

    (202)

    Iżda sadanittant, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni oħra li tikkonferma l-kwalifika ta' għajnuna mill-Istat ta' sistema ta' sussidju permezz ta' ċertifikati ta' faċilitajiet ta' produzzjoni tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli (31). Ta' min jinnota li f'dan il-każ, ma kien garantit ebda prezz minimu għal dawn iċ-ċertifikati ekoloġiċi.

    (203)

    Barra minn hekk, mhuwiex korrett li ssir distinzjoni bejn dan il-każ u l-każ taċ-ċertifikati ekoloġiċi Rumeni bl-argument li fil-mekkaniżmu Franċiż il-fornituri għandhom l-għażla li jgħaddu jew ma jgħaddux l-ispejjeż tal-akkwist tal-garanziji tal-kapaċitajiet fuq il-konsumaturi. Fil-fatt, għall-inqas it-tariffi rregolati tal-bejgħ jintegraw b'mod obbligatorju l-prezz għall-garanziji tal-kapaċità, skont l-Artikolu R 337-19 tad-Digriet Nru 2015-1823 tat-30 ta' Diċembru 2015 dwar il-kodifikazzjoni tal-parti regolatorja tal-Kodiċi tal-Enerġija. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li l-prezz tas-suq (l-MRP, użat għas-saldu tad-differenzi) għandu jkun medja tal-prezzijiet li joħorġu mid-diversi rkantijiet organizzati (u għaldaqstant mgħandux jieħu inkunsiderazzjoni l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati), preċiżament biex jiġi żgurat li l-MRP ikun jista' jiġi rreplikat. Dan ifisser li l-MRP ikun jista' jiġi rreplikat fil-kuntratti tal-bejgħ tal-fornituri fil-konfront tal-klijenti tagħhom u, skont l-awtoritajiet Franċiżi, huwa mixtieq ħafna mill-parti l-kbira tal-atturi. Dan jikkonferma li l-parti l-kbira tal-fornituri, jekk mhux kollha, se jgħaddu l-ispejjeż iġġenerati mix-xiri tal-garanziji tal-kapaċità fuq il-klijenti tagħhom.

    (204)

    Barra minn hekk, il-mekkaniżmu tal-kapaċità kif imfassal inizjalment mill-awtoritajiet Franċiżi kien jipprovdi “skema loopback”, jiġifieri proċedura ta' sejħa għall-offerti li sservi bħala għażla alternattiva għall-awtoritajiet pubbliċi, li tintuża f'każ li, jekk ikunu meħtieġa kapaċitajiet ġodda, is-suq tal-kapaċità ma jinkoraġġixxix il-bini tagħhom. Din il-possibbiltà ta' intervent dirett fis-suq mill-Istat tikkonferma aktar il-kwalifika tal-mekkaniżmu tal-kapaċità bħala għajnuna mill-Istat.

    (205)

    Barra minn hekk, ċerti bidliet li Franza għamlet fil-mekkaniżmu tal-kapaċità wara l-kummenti tal-partijiet interessati dwar id-dubji li esprimiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, għandhom fihom infushom ikunu kwalifikati bħala għajnuna mill-Istat. Dan huwa l-każ tal-kuntratti pluriennali, li permezz tagħhom l-Istat jiggarantixxi dħul ċert mill-kapaċitajiet għall-benefiċjarji tagħhom għal perjodu ta' seba' (7) snin. L-Istat għandu rwol primarju f'dan il-mekkaniżmu: huwa l-Istat li jobbliga lill-RTE jiffirma kuntratti mal-kapaċitajiet il-ġodda sakemm ikunu kompetittivi u huwa permezz ta' dawn il-kuntratti li dawn il-kapaċitajiet il-ġodda jkunu ċerti li ser jirċievu prezz fiss għall-kapaċità tagħhom għal seba' (7) snin.

    5.1.2.   Vantaġġ selettiv

    (206)

    Rigward l-argument li ressaq l-EDF kif ukoll kumpanija attiva prinċipalment fi Franza fis-segment tal-bejgħ bl-ingrossa, li jqis li l-mekkaniżmu huwa obbligu ta' servizz pubbliku peress li l-kumpens tal-kapaċità huwa l-korrispettiv ta' servizz mogħti mill-operaturi tal-kapaċità, il-Kummissjoni tqis li dan l-argument diġà kien ġie ttrattat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Biex infakkru, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-servizz la jista' jkun ipprovdut u lanqas valorizzat mis-suq. Fil-fatt, l-awtoritajiet Franċiżi kellhom joħolqu suq billi imponew obbligi ta' disponibbiltà u ta' żamma tal-garanziji tal-kapaċità fuq id-diversi atturi tas-suq tal-elettriku biex id-disponibbiltà tkun valorizzata. Fil-fatt, permezz tal-introduzzjoni ta' dan is-suq tal-kapaċità, l-operaturi tal-kapaċità se jiksbu fondi li ma kinux se jirċievu b'mod ieħor, u għalhekk se jirċievu vantaġġ li ma kinux jiksbu mingħajr is-suq maħluq mill-awtoritajiet.

    (207)

    Barra minn hekk, l-argument imressaq mill-EDF u minn kumpanija oħra tal-elettriku vertikalment integrata li jgħid li l-mekkaniżmu tal-kapaċità ma jagħti ebda vantaġġ selettiv lill-operaturi tal-kapaċità peress li l-atturi kollha fil-mekkaniżmu huma fl-istess sitwazzjoni fattwali u ġuridika u huma ttrattati l-istess, diġà ġie diskuss fl-imsemmija Deċiżjoni tal-Ftuħ. Biex infakkru, il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ huwa selettiv, peress li l-mekkaniżmu jipprovdi għajnuna lill-operaturi ta' kapaċità, u mhux għal setturi oħra tal-ekonomija.

    (208)

    Peress li Franza ma qajmet ebda argument ġdid, il-Kummissjoni għadha ssostni l-istess valutazzjoni u konklużjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ (li għaliha tirreferi din id-Deċiżjoni) li l-mekkaniżmu jagħti vantaġġ selettiv lill-operaturi tal-kapaċità.

    5.1.3.   L-effetti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

    (209)

    L-awtoritajiet Franċiżi tennew l-argument tagħhom li l-mekkaniżmu tal-kapaċità mhux ser ikollu impatt fuq is-suq tal-elettriku, li ġie kkunsidrat mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha. Biex infakkru, il-Kummissjoni kienet ikkonludiet li l-mekkaniżmu seta' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni peress li l-operaturi tal-kapaċità Franċiżi jiksbu vantaġġ li l-kompetituri tagħhom ma jistgħux jiksbu, peress li ma għandhom ebda dritt li jipparteċipaw fil-kapaċità tas-suq Franċiż.

    (210)

    Ta' min jinnota li wieħed mir-rimedji proposti minn Franza jikkonsisti proprju fil-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali fil-mekkaniżmu Franċiż. Madankollu din il-parteċipazzjoni hija limitata għall-kapaċità ta' interkonnessjoni utli (jiġifieri wara l-applikazzjoni ta' fatturi ta' de-rating) ta' Franza mal-pajjiżi ġirien tagħha. Barra minn hekk, mhemmx garanzija li dawn il-kapaċitajiet transkonfinali se jirċievu l-istess kumpens tal-kapaċitajiet Franċiżi għas-servizz ipprovdut, minħabba l-ispiża addizzjonali mġarrba biex jipparteċipaw fil-mekkaniżmu Franċiż, relatata mal-kisba u x-xiri tal-biljetti ta' interkonnessjoni.

    (211)

    Minn dan isegwi li l-valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (li għalihom tirreferi din id-Deċiżjoni), li jgħidu li l-vantaġġ f'termini ta' kumpens tal-kapaċità, mogħti lill-operaturi tal-kapaċità Franċiżi, jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni, huma kkonfermati.

    5.1.4.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna

    (212)

    Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ssostni li l-mekkaniżmu tal-kapaċità Franċiż huwa għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    5.2.   Leġittimità tal-għajnuna

    (213)

    Billi l-ewwel ċertifikazzjoni ta' fornituri ta' kapaċità bdiet mill-1 ta' April 2015, l-awtoritajiet Franċiżi bdew iċ-ċessjoni ta' assi intanġibbli lill-benefiċjarji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Franċiżi bdew jimplimentaw il-miżura ta' għajnuna inkwistjoni fis-sens tal-Artikolu 108(3) TFUE.

    (214)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma ssospendewx it-tranżazzjonijiet ta' garanziji tal-kapaċità eventwali wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

    (215)

    Peress li l-Kummissjoni ma kienet ħadet ebda deċiżjoni finali dwar il-miżura qabel id-data li fiha l-awtoritajiet Franċiżi bdew jimplimentaw il-mekkaniżmu, Franza aġixxiet bi ksur tal-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

    5.3.   Kompatibbiltà mas-Suq Intern

    (216)

    Sabiex tivvaluta jekk miżura ta' għajnuna tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni ġeneralment tanalizza jekk l-għajnuna hijiex imfassla biex l-impatt pożittiv tagħha lejn objettiv ta' interess komuni jaqbiżx l-effetti negattivi potenzjali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni.

    (217)

    L-objettiv prinċipali tal-miżura huwa s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Għalhekk, il-Kummissjoni analizzat il-miżura abbażi tat-Taqsima 3.9 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (“GLSEE”), li tirrigwarda l-għajnuna għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni.

    (218)

    L-analiżi tal-Kummissjoni f'din id-Deċiżjoni se tkun strettament limitata għall-punti li fuqhom il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

    5.3.1.   Għan ta' interess komuni u ħtieġa

    5.3.1.1.   Rigward is-sigurtà tal-provvista

    (219)

    Kif kien spjegat fil-premessa 149 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Franza spjegat li, minn xi snin 'l hawn, il-perjodu tad-domanda massima għall-elettriku fi Franza kompliet tiżdied (minn 79 590 MW fl-2001 għal 102 100 MW fl-2012), filwaqt li d-domanda medja għall-elettriku baqgħet stabbli. Dan huwa ġeneralment dovut għas-sensittività qawwija għas-sħana tas-sistema elettrika Franċiża: użu kbir ta' tisħin bl-elettriku fil-bini residenzjali u kummerċjali.

    (220)

    Barra minn hekk, skont Franza, il-faċilitajiet ta' produzzjoni avvanzati (normalment l-impjanti tal-gass), saru inqas kompetittivi f'dawn l-aħħar snin għal numru ta' raġunijiet (ara l-premessa 45). Minkejja dan, dawn il-faċilitajiet, u speċjalment dawk avvanzati, huma meħtieġa biex ikopru l-waqtiet ta' konsum massimu estrem deskritt fit-Taqsima 5.3.1.1. Minkejja dan, l-okkorrenza rari u imprevedibbli ta' dawn il-waqtiet iżomm lill-atturi tas-suq milli jinvestu f'kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni.

    (221)

    Għal dawn ir-raġunijiet, u kif juru l-kalkoli tal-RTE murija fil-premessa 105, il-kriterju ta' qtugħ fi Franza ta' medja ta' tliet (3) sigħat fis-sena jista' ma jintlaħaqsx f'każ ta' mewġa ta' kesħa (darba kull għaxar (10) snin fi Franza).

    (222)

    B'referenza għall-premessa 154 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Franza wriet li l-istudji tal-adegwatezza tal-RTE kienu aktar reċenti u dettaljati mill-istudji preċedenti deterministiċi ta' REGRT-E. Huma jieħdu inkunsiderazzjoni pereżempju s-sitwazzjoni prekarja ta' ċerti impjanti eżistenti u r-riskju li jgħalqu (xenarju ta' “nuqqas ta' sħana”; ara l-Figura 3). Għal dawn ir-raġunijiet, jista' jkun hemm xi differenzi bejn l-istudji preċedenti dwar l-adegwatezza li għamel RTE u dawk li għamel REGRT-E.

    (223)

    F'dan ir-rigward, Franza ħadet ukoll inkunsiderazzjoni l-konklużjonijiet talMid-Term Adequacy Forecast ippubblikat fl-2016 minn REGRT-E, li huwa l-ewwel (1) verżjoni li tibbaża fuq metodoloġija probabilistika (ara l-premessa 100). Fil-każ bażi tas-sena 2020, l-aspettattiva ta' qtugħ fi Franza hija ftit inqas mill-objettiv ta' sigurtà tal-provvista stipulat mill-gvern. Madankollu dan mhuwiex il-każ fl-istudju li sar ma' GRARE, ibbażat fuq l-akbar numru ta' simulazzjonijiet Monte-Carlo (2 100), li jivvaluta l-aspettattiva ta' qtugħ fi Franza bejn ħames (5) sigħat u 20 siegħa (P95). Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-istudji kollha li saru għas-sena 2020 huma bbażati fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin: (i) disponibbiltà sħiħa tal-impjanti diżattivati temporanjament, li hija suppożizzjoni ottimista skont REGRT-E, u (ii) il-mekkaniżmu tal-kapaċità huwa attiv fis-snin 2017 sa 2020. Minn dan jista' jiġi dedott li l-istudji l-aktar reċenti ta' REGRT-E ma jikkontradixxux u saħansitra jikkonfermaw il-konklużjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi rigward il-ħtieġa tal-mekkaniżmu.

    (224)

    L-istudji ta' RTE jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll id-dejta l-aktar reċenti dwar id-domanda massima tal-konsum u għalhekk l-impatt tal-miżuri alternattivi li ttieħdu biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda (kif talbet il-Kummissjoni fil-premessa 163 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). Madankollu huma juru b'mod ċar li l-livell massimu ta' qtugħ stabbilit fi Franza jista' jinqabeż fis-snin li ġejjin, mingħajr l-intervent tal-Istat.

    (225)

    Il-parti l-kbira tal-partijiet interessati wkoll jaqblu dwar il-ħtieġa (kif ukoll l-urġenza) li jiġi implimentat mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza. Uħud minnhom ippreżentaw il-pjanijiet finanzjarji tagħhom biex juru li teżisti problema ta' “missing money” fi Franza, għall-kuntrarju ta' dak li stmat l-Awtorità tal-Kompetizzjoni fl-Opinjoni tagħha tal-2012 (referenza fil-premessa 158 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ).

    (226)

    Huwa minnu li l-analiżi ta' RTE dwar l-adegwatezza tal-kapaċitajiet fir-Rapport Provviżorju tiegħu tal-2015 kienet aktar ottimista minn dik li għamel fl-2014 (is-sena li fiha daħal fis-seħħ il-mekkaniżmu tal-kapaċità), iżda Franza spjegat li dan it-titjib kien dovut għas-sinjal mogħti mill-introduzzjoni tal-mekkaniżmu (permezz tal-mekkaniżmu, ċerti impjanti kienu bidlu l-ħsieb tagħhom li jgħalqu).

    (227)

    Barra minn hekk, għalkemm Franza ma tikkontestax li attwalment hemm kapaċità żejda fi Franza, dan ma jeskludix li s-sigurtà tal-provvista tkun mhedda fil-futur, speċifikament f'każ fejn ħafna mill-impjanti ta' produzzjoni jkollhom jgħalqu għax din tonqos. L-istudji ta' RTE jikkonfermaw li teżisti problema ta' “missing money” u jindikaw li dan ir-riskju ta' għeluq tal-impjanti huwa reali, fatt sostnut ukoll fil-premessi 43, 44 u 46.

    5.3.1.2.   Dwar l-oġġezzjonijiet l-oħrajn tal-Kummissjoni:

    (228)

    Rigward il-proposta li jiġu applikati prezzijiet differenzjati ta' użu tas-sistemi skont l-istaġuni, il-ġranet tal-ġimgħa u/jew is-sigħat tal-ġurnata, Franza kkonfermat li t-“TURPE” diġà huwa bbażat fuq il-ħinijiet u l-istaġuni.

    (229)

    Franza spjegat ukoll b'mod sodisfaċenti l-fatturi ta' de-rating applikati għall-enerġiji rinnovabbli, kif talbet il-Kummissjoni fil-premessa 153 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Huma jidhru pjuttost ottimisti rigward il-kontribut tal-enerġiji rinnovabbli għas-sigurtà tal-provvista u għalhekk ma jqajmux aktar tħassib ta' sottovalutazzjoni tal-kapaċitajiet disponibbli. Fi kwalunkwe każ, l-enerġiji rinnovabbli ser ikollhom il-possibbiltà li jagħżlu skema ġenerika, ibbażata fuq l-awtoċertifikazzjoni kkontrollata.

    5.3.1.3.   Konklużjoni dwar l-objettiv ta' interess komuni u l-ħtieġa tal-miżura

    (230)

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu, li jservi l-objettiv ta' interess komuni li jiżgura l-provvista tal-elettriku, huwa tabilħaqq meħtieġ fi Franza. Barra minn hekk dan ma jmurx kontra l-objettiv allokat mil-GLAEE ta' tneħħija gradwali tas-sussidji ta' ħsara għall-ambjent, pereżempju bl-iffaċilitar tal-ġestjoni tad-domanda 232, biż-żieda tal-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni 194, bl-inklużjoni tal-kontribuzzjoni tal-enerġiji rinnovabbli fil-mekkaniżmu 230 u billi tingħata preferenza lill-produtturi b'emissjonijiet ta' karbonju baxxi 137.

    5.3.2.   Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna

    5.3.2.1.   Diskriminazzjoni bejn id-diversi tipi ta' kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda

    (231)

    Franza ma tikkontestax id-differenza fit-trattament bejn l-operaturi tal-ġestjoni tad-domanda espliċita u l-operaturi tal-ġestjoni tad-domanda impliċita. Għall-kuntrarju, hija tqis li dawn il-kundizzjonijiet differenti huma meħtieġa preċiżament sabiex iż-żewġ tipi ta' operaturi tal-ġestjoni tad-domanda jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu fuq l-istess livell. Franza kellha ssib bilanċ tajjeb bejn l-obbligi ta' attivazzjoni u ta' disponibbiltà taż-żewġ tipi ta' kapaċità, mingħajr madankollu ma tillimita l-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tal-kapaċità.

    (232)

    Bi qbil ma' Franza, il-Kummissjoni tqis b'mod partikolari li huwa konsistenti li n-numru ta' ġranet li jaqgħu fl-obbligu ta' operatur ta' ġestjoni tad-domanda impliċita (ġranet PD1) ikun inqas min-numru ta' ġranet li fihom operatur tal-ġestjoni tad-domanda espliċita jrid ikun disponibbli, peress li l-korrispettiv meħtieġ minn operatur ta' ġestjoni tad-domanda impliċita huwa akbar (attivazzjoni minflok disponibbiltà).

    (233)

    Il-Kummissjoni taċċetta li n-numru ta' sigħat PD2 għandu jibqa' mmirat, sabiex il-kapaċitajiet espliċiti ma jiġux esklużi mill-mekkaniżmu, jew biex il-parteċipazzjoni tagħhom ma tiġix limitata aktar minn kemm hu meħtieġ.

    (234)

    Kif spjegat fil-premessi 111 sa 115, RTE għamel studju dettaljat biex ikejjel in-numru ta' sigħat PD1 u PD2, sabiex jibbaża dan il-kejl fuq l-impatt li jistgħu jkollhom l-operaturi tal-ġestjoni tad-domanda biex jindirizzaw il-qtugħ. Irriżulta li 94 % tas-sigħat ta' qtugħ setgħu jkunu indirizzati fil-100 siegħa annwali tad-domanda massima ta' konsum (għal din ir-raġuni, il-perjodu ta' PD1 jirrappreżenta l-100-150 siegħa tad-domanda massima ta' konsum) u li 99 % tas-sigħat ta' qtugħ huma inklużi fit-300 siegħa tad-domanda massima ta' konsum (huwa għalhekk li PD2 jkopri bejn 100 u 300 siegħa (32) tad-domanda massima).

    (235)

    Barra minn hekk, l-argument ta' ċerti partijiet terzi li l-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda espliċita mgħandhomx ikunu attivati ħlief fil-perjodu ta' kesħa kbira (jiġifieri darba kull għaxar snin), fil-fehma tagħna mhuwiex ġustifikat peress li l-kapaċitajiet kollha ser ikunu effettivament attivati tal-inqas darba fis-sena ta' konsenja skont it-test ta' kontroll.

    (236)

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li Franza sabet bilanċ tajjeb bejn id-diversi obbligi tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda mingħajr ma llimitat il-parteċipazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmu. Il-Kummissjoni tinnota l-proposta ta' Franza li fil-futur tivvaluta l-proporzjon PD1/PD2, u li tirrevedih jekk ikun hemm bżonn.

    (237)

    Għaldaqstant il-miżura hija flessibbli biżżejjed u tipprovdi inċentivi adegwati u xierqa lid-diversi kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda kif mitlub fil-punt 226 tal-GLAEE.

    5.3.2.2.   L-esklużjoni ta' kapaċitajiet transkonfinali

    (238)

    Biex ineħħu d-dubji tal-Kummissjoni dwar dan il-punt, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew mekkaniżmu li jippermetti l-parteċipazzjoni “espliċita” tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' ġestjoni tad-domanda transkonfinali fil-mekkaniżmu Franċiż. Din il-proposta hija kondizzjonali għal ftehimiet ta' kooperazzjoni mat-TSO tal-pajjiżi ġirien fejn huma stabbiliti l-kapaċitajiet parteċipanti. Biex jevitaw li jmorru lura għal parteċipazzjoni impliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali fin-nuqqas ta' ftehim, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew iċ-ċertifikazzjoni tal-interkonnessjonijiet sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw direttament fil-mekkaniżmu (33).

    (239)

    Ir-rimedju li pproponiet Franza, deskritt fil-premessi 119 sa 124 ta' din id-Deċiżjoni, huwa għalhekk konformi mal-punt 226 tal-GLAEE. Il-Kummissjoni tinsisti fuq il-fatt li l-iskeda ta' implimentazzjoni ta' dan ir-rimedju, kif proposta fil-premessa 125, hija meqjusa bħala skeda stretta u li Franza se jkollha tinforma lill-Kummissjoni dwar id-diversi stadji tal-implimentazzjoni tar-rimedju msemmi.

    5.3.2.3.   In-nuqqas ta' sinjali għall-investimenti l-ġodda

    Nuqqas ta' kuntratti fit-tul

    (240)

    Wara d-dubji li esprimiet il-Kummissjoni dwar dan il-punt fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, Franza pproponiet mekkaniżmu li jippermetti l-parteċipazzjoni effettiva tal-kapaċitajiet il-ġodda fil-mekkaniżmu tal-kapaċità, deskritt fil-premessi 131 sa 138 ta' din id-deċiżjoni. Dan il-mekkaniżmu jikkonsisti f'sistema ta' kuntratti pluriennali mal-kapaċitajiet kompetittivi ġodda.

    (241)

    Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li kuntratti itwal jistgħu jkunu ġġustifikati biex jattiraw investimenti ġodda, b'mod partikolari minn parteċipanti ġodda, sabiex l-aċċess tagħhom għall-finanzjament jiġi ffaċilitat (34).

    (242)

    Franza spjegat li terminu kuntrattwali ta' seba' (7) snin għall-investimenti l-ġodda huwa mmirat sabiex jiggarantixxi madwar 50 % tal-ispejjeż tal-investiment tal-kapaċitajiet il-ġodda. B'hekk din il-miżura tgħin biex tonqos ir-rata ta' redditu meħtieġ mill-promoturi u l-finanzjaturi ta' dawn il-proġetti ta' investimenti u tiffaċilita l-finanzjament estern tagħhom. Ta' min jinnota wkoll li t-terminu tal-kuntratt huwa iqsar mit-terminu ta' 20 sena magħżul għall-proġett Landivisiau fil-Brittanja u ta' 15-il sena fil-mekkaniżmu tal-kapaċità fil-Gran Brittanja. Għalkemm huwa diffiċli li wieħed jistabbilixxi referenza tajba u ġusta għat-terminu tal-kuntratti tal-kapaċitajiet, ta' min jinnota li termini kuntrattwali iqsar għandhom il-vantaġġ ta' spazju akbar ta' manuvra għas-suq fit-tul u li jevitaw imblokk fl-għażla tat-teknoloġiji (lock-in effect).

    (243)

    Il-Kummissjoni tqis li Franza stabbiliet bilanċ tajjeb bejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tad-diversi termini tal-kuntratti possibbli, u li t-terminu magħżul joffri minn naħa sigurtà sodisfaċenti tal-investimenti fit-tul waqt li jevita r-riskju ta' “imblokk” tat-teknoloġiji li jista' jinħoloq minn termini itwali.

    Id-diffikultà tal-fornituri li jbassru minn ħafna qabel l-iżviluppi tal-portafolli tal-klijenti tagħhom

    (244)

    Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar il-possibbiltà tal-fornituri, u l-aktar tal-parteċipanti l-ġodda, li jbassru eżatt u ferm qabel l-iżvilupp tal-portafolli tal-klijenti tagħhom, u b'hekk, li jagħtu sinjal ta' prezz affidabbli lis-suq tal-ħtiġijiet tal-kapaċità tas-sistema.

    (245)

    Dawn id-dubji, ikkonfermati wkoll minn diversi partijiet terzi, tneħħew fuq tliet livelli. L-ewwel nett Franza pproponiet li tobbliga lil RTE jgħin lill-fornituri alternattivi biex ibassru aħjar il-livell definittiv tal-obbligi ta' kapaċità tagħhom. It-tieni, il-mekkaniżmu jipprovdi aktar trasparenza u likwidità tas-suq taċ-ċertifikati. It-tielet, dan il-mekkaniżmu jippermetti aġġustament tal-portafoll taċ-ċertifikati tal-fornituri ż-żgħar biex jirriekwilibraw dawn il-portafolli kemm matul is-sena ta' konsenja, kif ukoll ex post.

    (246)

    Dan ir-rimedju ser jgħin lill-fornituri alternattivi biex jistmaw aħjar minn qabel l-obbligi preċiżi tagħhom ta' garanziji tal-kapaċità. Meta jgħin lill-fornituri biex jistmaw aħjar il-ħtiġijiet ta' kapaċitajiet tagħhom, dan ir-rimedju ser jiżgura prezz tal-kapaċità aktar preċiż u, f'każ ta' bżonn, jinkoraġġixxi l-investiment f'kapaċitajiet ġodda.

    In-nuqqas potenzjali ta' inċentivi biex l-atturi jkunu f'ekwilibriju qabel is-sena ta' konsenja (SK)

    (247)

    Wara r-riżerva magħmula mill-Kummissjoni fuq l-inċentivi potenzjali insuffiċjenti biex l-atturi jkunu f'ekwilibriju qabel is-sena ta' konsenja (SK), l-awtoritajiet Franċiżi pproponew li kwalunkwe riekwilibriju kumulattiv sinifikanti li jseħħ qabel is-sena ta' konsenja, joħloq sanzjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet jipproponu li jirduppjaw il-koeffiċjent tal-inċentiv “k”, applikat għall-iżbilanċi, u li jkomplu jżidu l-penali tas-saldu tad-differenzi (vis-à-vis tranżazzjoni fis-suq) għall-iżbilanċi li jaqbżu limitu massimu ta' 1 GW (ara l-premessi 141 u 143). Ma' dan hemm ir-regola preċedenti li mill-bidu tas-SK kull riekwilibriju jrid jitħallas.

    (248)

    Ir-rimedji proposti minn Franza għandhom objettiv komuni: jinċentivaw lill-atturi tal-mekkaniżmu biex ikunu f'ekwilibriju qabel ma tibda s-SK, u fi kwalunkwe każ qabel is-saldu tad-differenzi. Dan ser jinċentiva lill-atturi biex jagħmlu l-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet meħtieġa qabel is-SK u se jżid ukoll ir-rappreżentanza tal-MRP (użat għas-saldu tad-differenzi u għar-rifatturar fuq il-konsumaturi). B'hekk, is-sinjal tal-prezz li jirriżulta mill-kummerċ tal-garanziji tal-kapaċità ser ikun fil-fehma tagħna aktar rappreżentattiv u affidabbli, u l-mekkaniżmu jkun aktar kredibbli biex iħeġġeġ investimenti ġodda f'każ li jkun hemm bżonn.

    Il-limitu fuq il-prezzijiet tas-saldu tad-differenzi ma jirriflettix is-CONE

    (249)

    B'reazzjoni għall-kritika tal-Kummissjoni li l-limitu fuq il-prezz tas-saldu tad-differenzi ma jirriflettix is-CONE, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jżidu gradwalment il-prezz amministrat (ara l-premessi 146 u 147), biex finalment jittella', mis-SK 2021, għal valur korrispondenti għall-ispejjeż ta' parteċipant ġdid (CONE).

    (250)

    Dan ir-rimedju jikkorrispondi għat-talbiet tas-suq u tal-Kummissjoni, li jiġi allinjat il-limitu indirett fuq il-prezz tal-kapaċità, li huwa l-prezz amministrat, fuq l-ispejjeż ta' parteċipant ġdid. B'hekk, f'każ ta' bżonn, jistgħu jsiru investimenti ġodda.

    (251)

    Barra minn hekk l-awtoritajiet assiguraw lill-Kummissjoni li l-firxa bejn l-ARENH u l-prezz tal-elettriku tas-suq mhuwiex limitu massimu indirett fuq il-prezzijiet tal-kapaċità (ara l-premessi 149 sa 151). B'mod aktar partikolari, huma spjegaw li l-volum tal-garanziji tal-kapaċità relatat mal-prodott ARENH huwa affidabbli biżżejjed meta mqabbel mas-suq tal-kapaċità kollu u, għaldaqstant, ma jistax jinfluwenza l-prezz tal-garanziji tal-kapaċità l-oħrajn. Barra minn hekk, il-firxa attwali tassigura li l-ARENH mhuwiex prodott kompetittiv attwalment. Il-Kummissjoni tinnota madankollu li l-awtoritajiet Franċiżi se jikkunsidraw, meta jagħmlu valutazzjoni tal-mekkaniżmu, l-opportunità ta' “finanzjalizzazzjoni” tas-sehem tal-kapaċità tal-prodott ARENH, sabiex jevitaw li dan il-prodott ifixkel il-formazzjoni libera tal-prezzijiet fis-suq tal-kapaċità, jekk ikun il-każ.

    Konklużjoni dwar is-sinjali għal investimenti ġodda

    (252)

    Id-diversi rimedji proposti minn Franza biex tinċentiva aktar investimenti ġodda, huma għalhekk konformi mal-punt 226 tal-GLAEE. B'mod partikolari, Franza se timplimenta miżuri sabiex tassigura l-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet transkonfinali u sabiex tagħti inċentivi lill-investimenti ġodda li jiżguraw il-ftuħ tal-mekkaniżmu għal numru akbar ta' operaturi potenzjali tal-kapaċità.

    5.3.2.4.   Oġġezzjonijiet oħrajn tal-Kummissjoni

    (253)

    L-awtoritajiet Franċiżi ċċaraw, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, ir-raġunijiet li għalihom kienu għażlu fejn kien meħtieġ id-diversi proposti ta' titjib tal-mekkaniżmu fformulati mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni.

    5.3.2.5.   Konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-miżura

    (254)

    Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, li l-miżura hija tabilħaqq adatta biex tilħaq l-objettiv ta' interess komuni identifikat.

    5.3.3.   Effett ta' inċentiv

    (255)

    Il-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet fil-premessa 184 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-mekkaniżmu seta jkollu l-effett ta' inċentiv meħtieġ. Hija għadha ssostni din il-kunsiderazzjoni.

    5.3.4.   Proporzjonalità

    5.3.4.1.   Sopravalutazzjoni tal-konsum

    (256)

    Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet identifikat riskju ta' sopravalutazzjoni tal-konsum mill-fornituri, b'mod partikolari, jekk l-obbligi tal-kapaċità individwali tal-fornituri ma jkunux ċari biżżejjed.

    (257)

    Mill-kummenti tal-Kummissjoni fil-premessi (245) sa (247) isegwi li l-awtoritajiet Franċiżi implimentaw miżuri sabiex jgħinu lill-fornituri jikkalkulaw aħjar l-obbligi tal-kapaċità tagħhom.

    (258)

    Dan ir-rimedju jissodisfa l-oġġezzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

    5.3.4.2.   Nuqqas ta' trasparenza dwar l-iffissar tal-prezz tal-kapaċità

    (259)

    Fil-verżjoni inizjali tal-mekkaniżmu tal-kapaċità, id-diversi atturi kellhom ftit viżibbiltà tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati, peress li kienu jiddependu mill-pubblikazzjoni f'intervalli regolari mis-CRE tad-dejta dwar il-volum ta' kummerċ ta' garanziji tal-kapaċità u dwar il-prezzijiet medji tat-tranżazzjonijiet. Barra minn hekk, biex jiġi evitat l-abbuż u n-nuqqas ta' trasparenza, l-awtoritajiet kienu obbligaw lill-atturi vertikalment integrati biex iżommu kontijiet separati fir-reġistru tal-garanziji tal-kapaċità (kont għall-operaturi tal-kapaċità u kont għall-fornituri).

    (260)

    Wara li l-Kummissjoni wriet tħassib dwar in-nuqqas ta' trasparenza tal-ftehimiet kummerċjali taħt il-mekkaniżmu, Franza pproponiet rimedji sabiex ittejjeb il-viżibbiltà fuq il-kummerċ kollu u fuq l-atturi kollha. L-ewwel nett, huma jipproponu li jagħtu lill-atturi kollha aċċess għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati (miżmuma anonimi), u b'hekk jiżguraw il-viżibbiltà tal-volumi u tal-prezzijiet, waqt li jiggarantixxu l-anonimat tal-operaturi (ara l-premessa 163). It-tieni, huma qegħdin jipproponu li jżidu l-irkantijiet organizzati, billi jżidu n-numru tagħhom matul l-erba' snin ta' qabel l-ewwel sena ta' konsenja għal 15, u billi jġiegħlu lil ċerti operaturi tal-kapaċità (l-RPCs > 3 GW) biex joffru ċ-ċertifikati tagħhom fis-suq skont skema speċifika (ara l-premessi 164 u 165).

    (261)

    L-approċċ propost mill-awtoritajiet Franċiżi joffri ċerta flessibbiltà lill-fornituri peress li jippermetti t-tranżazzjonijiet mhux irregolati, u fl-istess waqt jiżgura ċerta trasparenza f'dawn it-tranżazzjonijiet.

    (262)

    L-aċċess liberu għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet (anonimizzat) jiżgura t-trasparenza tas-suq mhux irregolat u jiggarantixxi n-nuqqas ta' diskrepanzi fl-informazzjoni bejn l-operatur dominanti — li jkun il-bejjiegħ ewlieni — u l-kompetituri tiegħu. Jippermetti wkoll lill-atturi jqisu l-prezzijiet realizzati fis-suq mhux irregolat fil-formulazzjoni tal-offerti tagħhom fis-suq spot u b'hekk jiżgura konsistenza akbar bejn iż-żewġ swieq. F'dan is-sens, isaħħaħ ukoll il-kontroll tar-regolatur peress li jiżvela minnufih tentattiv ta' manipulazzjoni tal-prezz tas-sehem ta' operatur jekk dan jadotta mġiba radikalment differenti bejn is-suq organizzat u s-suq mhux irregolat.

    (263)

    Barra minn hekk, it-tisħiħ tal-irkantijiet organizzati għandu jiggarantixxi likwidità suffiċjenti ta' dawn l-irkantijiet u b'hekk isaħħaħ ir-rappreżentanza tal-prezz ta' referenza tas-suq (il-prezz tal-kapaċità użat mill-parti l-kbira tal-fornituri għall-bejgħ u wkoll bħala valur ta' referenza għall-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi).

    (264)

    B'hekk dan ir-rimedju jgħin biex jipprevjeni r-riskju ta' “żamma ekonomika” tal-garanziji tal-kapaċità mill-operaturi tal-kapaċità l-kbar, tiżdied it-trasparenza fis-suq, tiżdied il-likwidità tas-suq organizzat u jiffaċilita s-sorveljanza tas-suq mir-regolatur.

    (265)

    L-introduzzjoni ta' “restrizzjoni doppja” għas-snin SK-3, SK-2 u SK-1 tilqa' għar-riskju ta' manipulazzjoni tas-suq mill-atturi integrati. Fil-fatt, dawn jistgħu, b'mod artifiċjali, inaqqsu n-numru ta' ċertifikati mhux mibjugħa tagħhom billi jagħmlu trasferimenti interni. Bl-introduzzjoni ta' restrizzjoni fil-livell tal-kapaċità ċertifikata, l-awtoritajiet Franċiżi jiżguraw li l-atturi integrati jkunu obbligati — anki jekk jagħmlu trasferimenti interni — jiggarantixxu ċerta likwidità fis-suq organizzat spot.

    (266)

    L-għażla li r-restrizzjoni fuq il-kapaċità ċċertifikata tiġi stabbilita għal 25 % tiżgura li l-atturi integrati — u l-operaturi dominanti b'mod partikolari — joffru ċ-ċertifikati tagħhom kollha jew uħud minnhom fis-suq organizzat spot u ma jkunux jistgħu jaħarbu minn dan ir-rekwiżit bit-trasferimenti interni tagħhom. Dan ir-rimedju jixbah soluzzjoni tat-tip market-making.

    (267)

    L-applikazzjoni ta' limitu (f'GW) għar-restrizzjoni li jiġu offruti ċerti volumi ta' garanziji tal-kapaċità fl-irkantijiet organizzati ser tiżgura li jkunu l-akbar atturi, u b'mod partikolari l-operatur stabbilit, li ser jassumu dan ir-rwol ta' “market maker” fil-mekkaniżmu, u b'hekk jiżguraw f'kull ħin il-likwidità tal-irkantijiet.

    (268)

    Bl-iżgurar tal-likwidità tas-suq, l-awtoritajiet Franċiżi solvew l-oġġezzjoni li qajmet il-Kummissjoni fil-premessa 200 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

    (269)

    B'mod aktar ġenerali, b'dawn ir-rimedji, l-awtoritajiet Franċiżi naqqsu t-tħassib li l-Kummissjoni wriet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ rigward in-nuqqas ta' trasparenza fil-mekkaniżmu tal-iffissar tal-prezz.

    5.3.4.3.   L-esklużjoni ta' ċerti tipi ta' operaturi tal-kapaċità mill-mekkaniżmu

    (270)

    Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li r-riskju tal-esklużjoni ta' ċerti atturi mill-mekkaniżmu, bħal ċerti kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda (minħabba l-possibbiltà ta' diskriminazzjoni bejniethom), il-kapaċitajiet barranin jew saħansitra kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni, seta' joħloq riskju ta' kumpens żejjed lill-atturi li setgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu, minħabba inqas pressjoni kompetittiva.

    (271)

    Kif spjegat fit-Taqsimiet 5.3.2.1, 5.3.2.2 u 5.3.2.3 rispettivament, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni effettiva fil-mekkaniżmu tad-diversi atturi msemmija hawn fuq. Dan jiżgura l-kompetizzjoni fi ħdan il-mekkaniżmu u għandu jwassal għal prezz tal-kapaċità li jeskludi l-kumpens żejjed.

    (272)

    Biex ikunu konformi mal-GLAEE, il-mekkaniżmi proposti għall-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet transkonfinali u għall-kuntratti pluriennali mal-kapaċitajiet il-ġodda ta' produzzjoni jridu jkunu proporzjonati.

    (273)

    Il-mekkaniżmu ta' inklużjoni tal-kapaċitajiet transkonfinali huwa deskritt fil-premessi 119 sa 124 ta' dan id-dokument. Ladarba l-kapaċitajiet barranin ikunu kisbu biljetti ta' interkonnessjoni, huma ser jipparteċipaw direttament fis-suq Franċiż tal-garanziji tal-kapaċità, b'mod li, peress li dan is-suq huwa meqjus li ma joħloqx kumpens żejjed, ser jiġri l-istess għall-bejgħ tal-garanziji mill-kapaċitajiet barranin. Fil-kuntest tal-mekkaniżmu implimentat biex il-kapaċitajiet barranin ikunu jistgħu jipparteċipaw, il-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni jkunu jistgħu wkoll igawdu minn ċertu kumpens permezz tal-bejgħ tal-biljetti ta' interkonnessjoni. Minħabba li wieħed jista' jbassar li l-parteċipazzjoni fl-irkantijiet ser tkun waħda kbira (il-kapaċità kollha ta' ġestjoni tad-domanda tal-Istat Membru ġar interkonness tista' tipparteċipa), b'mod partikolari minħabba l-volum tal-biljetti li huwa mistenni li ser jiġu rkantati, wieħed jista' jassumi li dawn l-irkantijiet mhumiex ser joħolqu kumpens żejjed. Għaldaqstant dan il-mekkaniżmu huwa proporzjonat.

    (274)

    Il-mekkaniżmu propost mill-awtoritajiet Franċiżi biex jippermettu lill-kapaċitajiet il-ġodda jipparteċipaw fis-suq tal-kapaċità Franċiż huwa deskritt fil-premessi 131 sa 138 ta' dan id-dokument. F'dak li jirrigwarda l-proporzjonalità ta' dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni temmen li jeskludi kwalunkwe kumpens żejjed lill-kapaċitajiet il-ġodda. B'mod partikolari, l-offerti ta' dawn ser ikollhom ikunu, fi kwalunkwe każ, aktar baxxi mill-prezz ta' referenza inizjali, li huwa nnifsu jikkorrispondi għall-prezz medju li joħroġ mid-diversi proċessi kompetittivi (huwa propost li jiġi kkalkulat bħala l-prezz ponderat tal-kapaċità li jirriżulta mill-irkant organizzat fis-SK-4, u wkoll mill-irkanti tas-SK-2 u tas-SK-1 kurrenti). Il-fatt li l-prezz ta' referenza inizjali preċiż mhux ser ikun magħruf mill-fornituri tal-kapaċitajiet il-ġodda meta jagħmlu l-offerti tagħhom, għandu jiżgura li dawn l-offerti ser ikunu baxxi kemm jista' jkun biex ikunu kompetittivi. Peress li l-parteċipanti mhumiex ser ikunu jafu jekk il-kapaċitajiet il-ġodda għamlux diġà offerti oħrajn meta jagħmlu l-offerta tagħhom, il-limitazzjonijiet tal-volum għall-kapaċitajiet il-ġodda ser iħeġġeġ lill-offerenti jipproponu l-orħos prezz possibbli għall-investimenti tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta' kumpens żejjed għandu jkun żero f'dak li jirrigwarda l-investimenti l-ġodda; għaldaqstant dan il-mekkaniżmu huwa proporzjonat.

    5.3.4.4.   Is-saħħa fis-suq ta' EDF

    (275)

    Kif spjegat fil-premessa 64, punt (4), sottostanti għat-tħassib tal-Kummissjoni li EDF jista' faċilment jimmanipula l-prezzijiet tal-kapaċità favurih, kien hemm tliet riskji aktar speċifiċi tal-mekkaniżmu (li wħud minnhom jistgħu jseħħu fil-każ tal-atturi kollha):

    (1)

    ir-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet;

    (2)

    ir-riskju taż-żamma tal-garanziji tal-kapaċitajiet; u

    (3)

    ir-riskju ta' kompressjoni tat-tariffi.

    Ir-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet

    (276)

    Franza pproponiet tilet kategoriji ta' modifiki fil-mekkaniżmu sabiex tevita kemm jista' jkun ir-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet:

    (1)

    iġġiegħel lill-operaturi tal-kapaċità jiċċertifikaw il-kapaċitajiet disponibbli tagħhom fi proċedura stabbilita mill-valuri ta' referenza storiċi;

    (2)

    timponi obbligi tal riekwilibriju fi żmien qasir u definit fir-regoli meta jseħħu avvenimenti kbar (pereżempju: id-diżattivazzjoni temporanja, l-għeluq definittiv, ħsara li twassal għat-tnaqqis tad-disponibbiltà għal żmien twil, eċċ.) u titlob ħlas għar-riekwilibriju li jaqbeż ċertu limitu (massimu ta' 1 GW) qabel is-sena ta' konsenja; u

    (3)

    temenda l-mekkaniżmu tas-saldu tad-differenzi: il-koeffiċjent ta' inċentiv “k” ser ikun irduppjat u ser ikompli jiżdied għall-iżbilanċi negattivi li jaqbżu l-limitu ta' massimu 1 Gw/ser irendi saħansitra inqas għall-iżbilanċi pożittivi li wkoll jaqbżu l-limitu massimu ta' 1 GW. Barra minn hekk, il-Padmin ser jiżdied gradwalment minn EUR 20 000/MW fl-2017 għal EUR 40 000/MW fl-2018 u fl-2019, għal EUR 60 000/MW fl-2020 biex finalment jiġi aġġornat kull sena sakemm jittella' għal valur korrispondenti għall-CONE.

    (277)

    L-ewwel rimedju jiggarantixxi li l-operaturi tal-kapaċità li jkollhom portafoll kbir ta' kapaċitajiet ma jkunux jistgħu jimmanipulaw is-suq fil-“proċedura” ta' ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, dan ir-rimedju jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji jindividwaw aktar faċilment l-imġiba suspettuża meta mqabbla mal-qafas eżistenti.

    (278)

    It-tieni rimedju għandu jsaħħaħ l-inċentivi għall-atturi tas-suq biex jagħtu l-aħjar stima tal-livell ta' disponibbiltà tal-faċilitajiet tagħhom fi ħdan il-“proċedura” ta' ċertifikazzjoni. F'dak li jirrigwarda l-miżura fejn ir-riekwilibriju konsiderevoli qabel is-SK isir bi ħlas, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew li jagħmlu din il-miżura assimetrika u li japplikaw il-ħlas tar-riekwilibriju għall-iżviluppi fil-livelli ta' ċertifikazzjoni biss għall-atturi li ġġeneraw volum sinifikanti ta' riekwilibriji. Ir-raġunament huwa li l-applikazzjoni ta' din il-miżura għall-atturi kollha tista' tkun ta' xkiel għall-kompetizzjoni għax tkun de facto ferm aktar restrittiva għall-atturi li jkollhom volum żgħir ta' kapaċitajiet meta mqabbla mal-operatur dominanti li jista' jakkumula d-differenzi tiegħu. L-introduzzjoni ta' limitu bħal dan (il-livell irid jiġi stabbilit, iżda mhux aktar minn 1 GW) tippermetti għalhekk (i) li tinżamm il-flessibbiltà tal-iskema attwali għall-parti l-kbira tal-atturi, iżda fl-istess ħin (ii) li telimina l-possibbiltà li l-atturi li jkollhom portafoll kbir ta' kapaċitajiet li jimmanipulaw is-suq billi jakkumulaw għadd ta' riekwilibriji “żgħar”.

    (279)

    It-tielet rimedju ser isaħħaħ l-inċentivi indirizzati lejn l-atturi kollha tas-suq biex ibiegħu ċ-ċertifikati tagħhom fis-suq tal-kapaċità, jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' prezz ta' referenza tas-suq li jiżvela effettivament il-valur tal-kapaċità, u ma jkunux jistgħu jagħmlu arbitraġġ bejn passaġġ mis-suq u sourcing fil-qafas tas-saldu tad-differenzi.

    (280)

    Il-Kummissjoni tqis li dawn ir-rimedji kollha jgħinu biex ir-riskju taż-żamma tal-kapaċitajiet tal-inqas jitnaqqas kemm jista' jkun, għalkemm ma jistax jiġi eskluż għal kollox. Huwa ovvju li l-kontroll tas-suq mill-awtoritajiet regolatorji Franċiżi ser jikkomplementa dawn l-inċentivi integrati fil-mekkaniżmu.

    Ir-riskju taż-żamma tal-garanziji

    (281)

    Biex jevitaw ir-riskju taż-żamma tal-garanziji, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jżidu n-numru ta' rkantijiet organizzati qabel is-sena ta' konsenja u li jobbligaw lill-operaturi tal-kapaċità li joffru ċerti volumi minimi ta' garanziji waqt kull sessjoni ta' rkant organizzata.

    (282)

    Dawn ir-rimedji jingħaqdu ma' dawk diġà stabbiliti, bħall-possibbiltà li l-fornituri jiksbu garanziji tal-kapaċità billi jiksbu l-prodott ARENH. F'dan ir-rigward l-awtoritajiet ipproponew li jistudjaw l-opportunità li “jiffinanzjalizzaw” is-sehem tal-kapaċità tal-prodott ARENH fil-kuntest ta' valutazzjoni futura tal-funzjonament tas-suq sabiex jiġi evitat li dan il-prodott ifixkel il-formazzjoni libera tal-prezzijiet fis-suq tal-kapaċità. Dan ir-rimedju jwieġeb parzjalment għas-suġġerimenti ta' reviżjoni tal-ARENH li għamlu ċerti partijiet interessati, u li jidhru fil-premessa 182 ta' dan id-dokument.

    (283)

    Ir-rimedji kollha tal-awtoritajiet Franċiżi għandhom jgħinu biex jonqsu kemm jista' jkun il-possibbiltà u l-interess tal-operaturi tal-kapaċità l-kbar, u b'mod partikolari tal-operatur stabbilit, li jżommu garanziji tal-kapaċità. Barra minn hekk, b'dan tkun żgurata l-likwiditá tas-sessjonijiet tal-irkantijiet tal-garanziji.

    (284)

    Il-Kummissjoni tqis, għalhekk, li dawn l-impenji jifformaw sett ta' rimedji proporzjonati għat-tħassib ta' likwidità li l-Kummissjoni qajmet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

    Riskju ta' kompressjoni tat-tariffi mill-operatur dominanti stabbilit

    (285)

    Fil-premessa 194 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet uriet tħassib dwar ir-riskju ta' sussidji trażversali bejn is-settur tal-produzzjoni u s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tal-operatur stabbilit (jiġifieri l-bejgħ tal-garanziji tal-kapaċità lill-kompetituri bi prezz ogħla mill-prezz tal-bejgħ intern bejn is-settur tal-produzzjoni u s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, bil-konsegwenza li jiġu esklużi kompetituri mis-suq tal-provvista tal-elettriku).

    (286)

    Biex jiffaċilitaw id-detezzjoni ta' dawn il-prattiki u jirrimedjaw għalihom, l-awtoritajiet sejrin jikkoreġu minn naħa lakuna fir-regolamenti eżistenti li tippermetti t-trasferiment bla ħlas tal-garanziji. Wara din il-modifika fir-regolamenti, il-fornituri mhumiex ser ikollhom aktar il-possibbiltà li jittrasferixxu garanziji tal-kapaċità bla ħlas mill-fergħa tal-produzzjoni tagħhom lill-fergħa kummerċjali tagħhom. Ir-regolamenti se jkollhom jipprovdu li t-trasferimenti interni ta' operatur integrat għandhom isiru bi prezz rappreżentattiv tal-prezzijiet li joħorġu mis-sessjonijiet tas-suq organizzat. Għal dan il-għan, jekk il-prezz li joħroġ mis-sessjoni(jiet) tas-suq organizzat ma jkunx magħruf fid-data tat-trasferiment intern, l-operaturi integrati jkunu jistgħu jiddikjaraw prezz indiċjat fuq il-prezz tas-sessjonijiet tas-suq organizzat. Pereżempju, operatur integrat ikun jista' jiddikjara li trasferiment intern huwa ugwali għall-prezz ta' referenza tas-suq qabel ma l-valur preċiż tiegħu jkun stabbilit uffiċjalment mill-Kummissjoni li tirregola l-enerġija.

    (287)

    Min-naħa l-oħra, l-atturi tas-suq ser ikollhom aċċess sħiħ għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet tal-garanziji tal-kapaċità. Is-suq b'hekk ikollu kontroll fuq it-trasferimenti mhux irregolati, ladarba dawn it-trasferimenti (anonimi) ser ikunu pubbliċi. Kif spjegat fil-premessa 263, b'dan il-mod din il-miżura tiżgura t-trasparenza tas-suq mhux irregolat.

    (288)

    B'hekk l-awtoritajiet Franċiżi indirizzaw l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni rigward ir-riskji ta' kompressjoni tat-tariffi mill-operatur stabbilit.

    5.3.4.5.   Konklużjoni dwar il-proporzjonalità tal-miżura

    (289)

    Minħabba d-diversi rimedji proposti minn Franza, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu rivedut huwa proporzjonat mal-objettiv tiegħu.

    5.3.5.   L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

    5.3.5.1.   Ostakli għad-dħul ta' kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni

    (290)

    Biex jirrimedjaw għall-problemi tal-kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu, kif identifikati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jemendaw il-mekkaniżmu kif ġej:

    (1)

    l-istabbiliment ta' skema pluriennali ta' kuntratti għal differenzi (CFD) speċifiċi għall-kapaċitajiet il-ġodda ta' produzzjoni, kif deskritt fil-premessi 131 sa 138.

    (2)

    Kif deskritt fil-premessi 146 sa 148, iż-żieda gradwali tal-prezz amministrat matul iż-żmien sabiex finalment jittella' għal prezz ugwali għall-CONE.

    (291)

    Dawn ir-rimedji huma tali li jneħħu l-ostakli għad-dħul tal-kapaċitajiet il-ġodda.

    5.3.5.2.   Diskriminazzjoni bejn ġestjoni tad-domanda impliċita u ġestjoni tad-domanda espliċita

    (292)

    Kif spjegat fil-premessa 237, il-Kummissjoni tqis li Franza sabet bilanċ tajjeb bejn id-diversi obbligi tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda mingħajr ma illimitat il-parteċipazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmu. Għalkemm il-parteċipazzjoni taż-żewġ tipi ta' ġestjoni tad-domanda fil-mekkaniżmu mhijiex l-istess, il-Kummissjoni tqis li din id-differrenzjazzjoni hija meħtieġa biex tippermetti l-aħjar parteċipazzjoni taż-żewġ tipi ta' kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-domanda.

    5.3.5.3.   Il-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet barranin

    (293)

    Kif indikat fil-premessi 119 sa 125, bi tweġiba għat-tħassib tal-Kummissjoni u tal-partijiet terzi, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew mudell ibridu, li jipprovdi l-għoti ta' biljetti ta' interkonnessjoni li b'mod definittiv jippermettu l-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni barranin.

    (294)

    Kif spjegat fil-premessa 239, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew rimedju adegwat li jippermetti l-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali fil-mekkaniżmu. Dan l-ilment tal-Kummissjoni għalhekk ġie riżolt.

    (295)

    Is-soluzzjoni għall-parteċipazzjoni espliċita tal-kapaċitajiet transkonfinali magħżula minn Franza tippermetti wkoll li jiġu kkumpensati l-interkonnessjonijiet jekk dan l-assi huwa rari. Is-soluzzjoni magħżula twieġeb għalhekk għar-riskju li jiġi kompromess l-akkoppjar tas-swieq identifikati mill-Kummissjoni fil-premessa (206) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ (35).

    5.3.5.4.   Diskrepanzi fl-informazzjoni bejn l-operatur stabbilit dominanti u l-kompetituri attwali u potenzjali tiegħu

    (296)

    Kif spjegat fil-premessi 245 sa 247 u fit-Taqsima 5.3.4.1, il-Kummissjoni kienet identifikat riskju li l-fornituri alternattivi, u speċjalment il-parteċipanti ġodda, jistgħu jsibu diffikultajiet biex jistmaw l-obbligi tal-kapaċità individwali tagħhom. Mill-kummenti tal-Kummissjoni fl-imsemmija premessi isegwi li l-awtoritajiet Franċiżi implimentaw miżuri adegwati sabiex jgħinu lill-fornituri jikkalkulaw aħjar l-obbligi tal-kapaċità tagħhom.

    (297)

    Barra minn hekk, fil-verżjoni inizjali tal-mekkaniżmu tal-kapaċità, id-diversi atturi kellhom ftit viżibbiltà fuq it-tranżazzjonijiet mhux irregolati, u b'hekk ma kellhomx stampa sħiħa fuq il-prezz tal-kapaċità. Franza pproponiet rimedji sabiex ittejjeb il-viżibbiltà fuq il-kummerċ kollu għall-atturi kollha, kif deskritt fit-Taqsima 5.3.4.2. Dawn il-miżuri jinkludu l-għoti tal-aċċess lill-atturi kollha għar-reġistru tat-tranżazzjonijiet mhux irregolati (miżmuma anonimi), u t-tisħiħ tal-irkantijiet organizzati.

    (298)

    Dawn ir-rimedji kollha jiżguraw li l-atturi l-oħrajn apparti l-operatur stabbilit ser ikollhom idea aħjar tal-obbligi tagħhom ta' kapaċità, minn naħa, u tal-volumi u tal-prezz tal-kummerċ, min-naħa l-oħra. Dawn il-miżuri jtejbu ħafna t-trasparenza tal-mekkaniżmu u b'hekk jirriekwilibraw id-diskrepanzi fl-informazzjoni favur l-operatur stabbilit, li ser ikun l-akbar attur fil-mekkaniżmu kemm min-naħa tal-operaturi tal-kapaċità kif ukoll min-naħa tal-fornituri.

    5.3.5.5.   Preferenza mogħtija lill-produtturi bi ftit emissjoni tal-karbonju

    (299)

    Il-Kummissjoni tinnota li, għall-kapaċitajiet il-ġodda, l-awtoritajiet Franċiżi qiegħdin jippjanaw l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali li jwasslu biex tingħata preferenza lill-produtturi bi ftit emissjonijiet tal-karbonju (ara l-premessa 137).

    (300)

    Dawn id-dispożizzjonijiet jirrispettaw il-GLAEE (36), li jinsistu fuq il-ħtieġa li dawn il-miżuri jagħtu preferenza lill-produtturi bi ftit emissjonijiet tal-karbonju, b'parametri tekniċi u ekonomiċi ekwivalenti.

    5.3.5.6.   Konklużjoni dwar id-distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ intra-UE

    (301)

    Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-mekkaniżmu mgħadux f'riskju li jgħawweġ indebitament il-kompetizzjoni u/jew il-kummerċ intra-UE.

    5.3.5.7.   Temporalità

    (302)

    Peress li l-mekkaniżmu Franċiż huwa l-ewwel mekkaniżmu tal-kapaċità deċentralizzat approvat mill-Kummissjoni taħt l-iskema tal-GLAEE u peress li l-ħtieġa tal-mekkaniżmu tiddependi ħafna mill-iżviluppi fis-suq tal-enerġija, suq li għadu qed jiżviluppa f'kuntest ta' liberalizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tqis li l-approvazzjoni tal-mekkaniżmu għandha tkun għal żmien limitat. Il-Kummissjoni tqis li terminu ta' għaxar (10) snin huwa raġonevoli u konformi mad-deċiżjonijiet preċedenti (37).

    6.   KONKLUŻJONI

    (303)

    Il-Kummissjoni tinnota li r-Repubblika Franċiża implimentat suq tal-kapaċità fi Franza bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Madankollu, minħabba d-diversi rimedji proposti minn Franza u deskritti hawn fuq, il-miżura hija konformi mal-GLAEE.

    GĦALDAQSTANT IL-KUMMISSJONI ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-suq tal-kapaċità implimentat mir-Repubblika Franċiża huwa għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE

    Artikolu 2

    Il-Kummissjoni tawtorizza l-iskema ta' għajnuna implimentata permezz tas-suq tal-kapaċità għal perjodu massimu ta' għaxar snin. Jekk din il-miżura tinżamm, din għandha tiġi nnotifikata mill-ġdid wara tali perjodu.

    Artikolu 3

    Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Margrethe VESTAGER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  Għajnuna mill-Istat SA.39621 (2015/C) (ex 2015/NN) — Mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 46, 2.2.2016, p. 35).

    (2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

    (3)  L-Aċċess Regolat għall-Enerġija Nukleari Stabbilita (Accès Régulé à l'Électricité Nucléaire Historique — ARENH) huwa dritt tal-fornituri li jixtru l-elettriku mingħand EDF bi prezz regolat u f'volumi ddeterminati mis-CRE (il-Kummissjoni li tirregola l-enerġija). Aktar tagħrif dwar l-ARENH: https://clients.rte-france.com/lang/fr/clients_producteurs/services_clients/dispositif_arenh.jsp.

    (4)  Il-livell iċċertifikat tal-kapaċità jiġi arrotondat għall-eqreb 0,1 MW. Il-kapaċitajiet ta' enerġija ta' inqas minn 1 MW jistgħu jingħaqdu biex jidħlu fis-suq.

    (5)  It-TURPE, stabbilit mil-Liġi Nru 2000-108 tal-10 ta' Frar 2000, jintuża biex jitħallsu l-operaturi tan-netwerk ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni. Il-metodu tal-kalkolu tat-TURPE u l-iżviluppi tiegħu huma stabbiliti mis-CRE.

    (6)  L-Artikolu 20 tad-Digriet dwar il-mekkaniżmu tal-kapaċità jipprovdi għal rapport annwali mis-CRE fuq il-bażi tal-ħidma ta' RTE fuq il-mekkaniżmu (“Sena wara l-pubblikazzjoni tar-regoli dwar il-mekkaniżmu tal-kapaċità, u mbagħad kull sena, il-Kummissjoni li tirregola l-enerġija għandha tippreżenta rapport lill-Ministru responsabbli għall-enerġija, imħejji abbażi tal-ħidma tal-operatur tas-sistema ta' trasport, dwar l-integrazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kapaċità fis-suq Ewropew. Dan ir-rapport għandu jinkludi tagħrif dwar l-iżvilupp, fil-pajjiżi ġirien, tar-regolamenti dwar il-kontribuzzjoni tal-atturi għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Għandu janalizza l-interazzjoni bejn il-mekkaniżmu tal-kapaċità fi Franza u s-sistemi stabbiliti f'dawn il-pajjiżi. Għandu jipproponi, jekk ikun il-każ, titjib fil-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-kapaċità.” ). Barra minn hekk, l-ordni li tadotta r-regoli dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tipprovdi żewġ (2) artikli dwar ir-rapporti ta' valutazzjoni li jridu jsiru minn RTE (minbarra dak tad-digriet): l-Artikoli 5 u 8 (dwar il-fruntieri u dwar l-impatt dinamiku tal-mekkaniżmu).

    (7)  Pereżempju, jekk produttur tal-enerġija mir-riħ ikollu problema ta' manutenzjoni/installazzjoni u ma jibbilanċjax mill-ġdid allura jkun soġġett għas-saldu tad-differenzi. Iżda jekk ma jkunx hemm riħ, ma jkunx soġġett għas-saldu tad-differenzi.

    (8)  Kawża C-279/08 P, Il-Kummissjoni vs in-Netherlands, [2011] ECLI:EU:C:2011:551.

    (9)  SA.37177, Ir-Rumanijamodifika tal-iskema ta' appoġġ taċ-ċertifikati ekoloġiċi għall-promozzjoni tal-elettriku prodotti mis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

    (10)  Kawża C-262/12, Association Vent de Colère! Fédération nationale et. vs Ministre de l'écologie, du développement durable, des transports et du logement, Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie [2013] ECLI:EU:C:2013:851.

    (11)  Kawżi Magħquda C-204/12 sa C-208/12, Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt [2014] ECLI:EU:C:2014:2192.

    (12)  Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH, [2003] ECLI:EU:C:2003:415.

    (13)  Il-Kummissjoni kienet qed tirreferi għall-edizzjoni tal-2015, disponibbli hawnhekk: https://www.entsoe.eu/Documents/SDC%20documents/SOAF/150630_SOAF_2015_publication_wcover.pdf.

    (14)  L-A.N.O.D.E. hija l-assoċjazzjoni tal-fornituri tal-enerġija alternattiva fi Franza.

    (15)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat, id-disa' (9) u l-għaxar (10) subsezzjoni kombinati, id-9 ta' Ottubru 2015.

    (16)  Kawża C-279/08; ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 8. Il-Kummissjoni kienet irreferiet għal dan il-każ fil-premessa 108 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

    (17)  Kawża C-379/98, PreussenElektra AG vs Schhleswag AG, fil-preżenza ta' Windpark Reußenköge III GmbH u Land Schleswig-Holstein, [2001] ECLI:EU:C:2001:160.

    (18)  Kawża C-262/12; ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 10.

    (19)  Kawżi Magħquda C-204/12 sa C-208/12; ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 11.

    (20)  Il-kontribuzzjoni għas-servizz pubbliku tal-elettriku (KSPE) hija taxxa fuq il-konsumaturi tal-elettriku fi Franza, maħsuba sabiex tikkumpensa lill-operaturi għall-ispejjeż żejda li jirriżultaw mill-obbligi imposti fuqhom mil-liġi dwar is-servizz pubbliku tal-elettriku.

    (21)  http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/137628/137628_485545_28_2.pdf.

    (22)  Disponibbli hawnhekk: https://www.entsoe.eu/outlooks/maf/Pages/default.aspx.

    (23)  Fir-rapport li jakkumpanja r-regoli, RTE wera li l-parti l-kbira tas-setturi ta' produzzjoni kienu indifferenti għall-għażla ta' tul ta' PD2 ta' 200, 250 jew 300 siegħa iżda li l-operaturi ta' ġestjoni tad-domanda kienu sensittivi għal din l-għażla u li l-kontribuzzjoni tagħhom għar-riskju ta' qtugħ kienet affettwata minn firxa akbar ta' disponibbiltà.

    (24)  Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55), l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni (TSO) huwa “persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-operazzjoni, li tiżgura l-manutenzjoni u, jekk ikun meħtieġ, tiżviluppa s-sistema ta' trażmissjoni f'żona partikolari u, fejn ikun japplika, tal-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema biex tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku”.

    (25)  Il-kriterji applikati biex jiddistingwu l-investimenti f'kapaċitajiet ġodda mill-investimenti li jżommu jew jestendu l-ħajja ta' faċilitajiet eżistenti ser ikunu allinjati mad-definizzjonijiet eżistenti fil-leġiżlazzjoni Franċiża, u b'hekk ikun hemm distinzjoni bejn il-“kapaċitajiet ġodda” u l-investimenti li jżommu jew jestendu l-ħajja. B'hekk, l-Artikolu L. 311-1 tal-Kodiċi tal-Enerġija, fil-verżjoni li ħarġet mil-Liġi Nru 2015-992 dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija għat-tkabbir ekoloġiku, jipprovdi: “Bla ħsara għall-Artikolu L. 311-6, it-tħaddim ta' faċilità ġdida ta' produzzjoni tal-elettriku huwa soġġett għall-kisba ta' awtorizzazzjoni amministrattiva. Il-faċilitajiet li l-kapaċità installata tagħhom tiżdied b'mill-inqas 20 % kif ukoll dawk li s-sors ta' enerġija primarja tagħhom tinbidel, huma meqjusa wkoll bħala faċilitajiet ġodda ta' produzzjoni, fit-tifsira ta' dan l-Artikolu.”.

    (26)  Il-ponderazzjoni speċifika trid tiġi ddeterminata mill-awtoritajiet Franċiżi wara konsultazzjoni mas-suq.

    (27)  Qabel l-operaturi tal-kapaċità kellhom biss l-obbligu li jinnotifikaw avveniment li jikkawża differenza ta' aktar minn 100 MW fuq l-istima tad-disponibbiltà tagħhom. Id-differenza ewlenija hija li din id-dikjarazzjoni tal-operaturi mhux bilfors kienet akkumpanjata minn riekwilibriju (l-operatur seta' jistenna qabel ma jirrekwilibrija ruħu jew ma jirrekwilibrija xejn u jibqa' bid-differenzi). L-uniku każ fejn kien hemm obbligu ta' riekwilibriju kien f'każ ta' għeluq definittiv. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni ma kinitx ipprovduta mir-regolamenti iżda mill-kuntratt ta' ċertifikazzjoni; issa din ser tkun inkluża fir-regolamenti (test ta' livell ogħla).

    (28)  Bħala parti mill-inkjesta dettaljata dwar il-mekkaniżmu tal-kapaċità, is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet Franċiżi għamlu analiżijiet inizjali dwar il-ħtiġijiet ta' finanzjament assoċjati ma' proġetti ġodda ta' investiment fi proġetti tat-tip GCC (ibbażati fuq id-dejta finanzjarja tal-proġett Landivisiau u diversi elementi fil-letteratura ekonomika). Dawn l-analiżijiet juru li dħul tal-kapaċità ta' EUR 60 k/MW/sena huwa konsistenti, bħala kobor, ma' investimenti ġodda f'GCC iżda li, biex tkun żgurata l-profittabbiltà tal-proġetti, tista' tiġi kkunsidrata żieda fil-prezz amministrat. Fil-fatt, fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja eżistenti, il-profittabbiltà tal-proġetti hija żgurata biss għal dħul tal-kapaċità qrib ħafna ta' EUR 60k/MW/sena. Huma dawn l-analiżijiet li jridu jkunu segwiti sabiex jiġi konkluż b'mod aktar ċert dwar l-opportunità li jiżdied il-prezz amministrat u li b'hekk jiġi garantit li l-livell tal-prezz amministrat jista' kemm ikun salvagwardja għall-konsumaturi kif ukoll ma jkunx ostakolu għad-dħul fis-suq tal-elettriku.

    (29)  Firxa ARENH-prezz tas-suq ta' madwar EUR 7/MWh tirriżulta fi prezz ta' kapaċità ta' madwar EUR 60 000/MW/sena, jiġifieri l-Padmin. Bi prezz ARENH ugwali għal EUR 42/MWh, ikun jeħtieġ li l-prezz tal-enerġija jkun EUR 35/MWh jew ogħla biex il-firxa ARENH-prezz tas-suq tkun tista' tikkostitwixxi limitu massimu impliċitu fuq il-prezz tal-kapaċità. Issa, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-prezzijiet forward għall-2019 mhumiex ta' dan il-kobor.

    (30)  Il-“finanzjalizzazzjoni” tal-ARENH tal-kapaċità timplika li l-prezz tal-kapaċità jitnaqqas mill-prezz tal-ARENH tal-enerġija.

    (31)  SA.37345 (2015/NN) — Polish certificates of origin system to support renewables and reduction of burdens arising from the renewables certificate obligation for energy intensive users (Sistema Pollakka ta' Ċertifikati ta' oriġini sistema b'appoġġ lis-sorsi rinnovabbli u tnaqqis tal-piżijiet li jirriżultaw mill-obbligu ta' ċertifikazzjoni tas-sorsi rinnovabbli għall-utenti intensivi tal-enerġija — Traduzzjoni mhux uffiċjali).

    (32)  Fl-intervall ta' 100 sa 300 siegħa, l-awtoritajiet Franċiżi għażlu ċ-ċifra ta' 250 siegħa għar-raġunijiet mogħtija fil-premessa 114.

    (33)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 24.

    (34)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 final tat-23 ta' Lulju 2014, SA.35980 — GB capacity mechanism, premessi 129 u 139.

    (35)  Dwar l-adattament tal-mekkaniżmu għar-regolamenti Ewropej, ara l-punt 97 tal-GLAEE.

    (36)  Ara l-punt 233 tal-GLAEE.

    (37)  Ara, pereżempju, Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 final tat-23 ta' Lulju 2014, SA.35980 — GB capacity mechanism, il-premessa 162.


    Top