Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0436

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/436 tas-6 ta' Marzu 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

    ĠU L 67, 14.3.2017, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/436/oj

    14.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 67/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/436

    tas-6 ta' Marzu 2017

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fis-16 ta' Ġunju 2014 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi bil-ħsieb li jiġu konklużi ftehimiet dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi.

    (2)

    Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, ftehim mar-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi (“il-Ftehim”).

    (3)

    Fil-Ftehim, l-Unjoni u Repubblika taċ-Ċilì jirrikonoxxu l-ekwivalenza tar-regoli rispettivi tagħhom dwar il-produzzjoni organika u s-sistemi ta' kontroll fir-rigward tal-prodotti organiċi.

    (4)

    Il-Ftehim għandu l-għan li jrawwem il-kummerċ ta' prodotti organiċi, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-espansjoni tas-settur organiku fl-Unjoni u fir-Repubblika taċ-Ċili u li jikseb livell għoli ta' rispett għall-prinċipji tal-produzzjoni organika, ta' garanzija tas-sistemi ta' kontroll u ta' integrità tal-prodotti organiċi. Huwa għandu wkoll l-għan li jtejjeb il-protezzjoni tal-logos rispettivi għall-prodotti organiċi tal-Unjoni u Repubblika taċ-Ċilì u li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja bejn il-Partijiet fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-produzzjoni organika.

    (5)

    Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. GALDES


    Top