EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0224(03)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2017 dwar l-għoti ta’ liċenzji individwali lill-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza biex jużaw it-trademark tan-Netwerk Ewropew ta’ Referenza

C/2017/1123

ĠU C 60, 24.2.2017, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

24.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Frar 2017

dwar l-għoti ta’ liċenzji individwali lill-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza biex jużaw it-trademark tan-Netwerk Ewropew ta’ Referenza

(2017/C 60/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2001 (PV1536) li tikkonferixxi s-setgħa fuq id-Diretturi Ġenerali u fuq il-Kapijiet tas-Servizzi li jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi rreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet jew mill-programmi li jkunu responsabbli minnhom, dwar l-għotja ta’ liċenzji marbuta ma’ din, dwar l-akkwist, it-trasferiment jew iċ-ċediment jew l-abbandun tad-drittijiet, u tagħti s-setgħa tal-eżekuzzjoni amministrattiva marbuta ma’ dan lid-Diretturi Ġenerali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistipula li l-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp tan-Netwerks ta’ Referenza Ewropej (ERNs) bejn fornituri tal-kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna tal-Istati Membri.

(2)

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummssjoni 2014/287/UE (2) jistipula li l-Kummissjoni tawtorizza l-użu ta’ identifikatur grafiku uniku (“il-logo”) għan-Netwerks u għall-membri tagħhom.

(3)

Il-logo tan-“Netwerk Ewropew ta’ Referenza” kien reġistrat bħala trademark figurattiva (nru tar-reġistrazzjoni 012252128) fit-territorju tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni.

(4)

L-Unjoni Ewropea hija s-sid leġittimu tat-trademark u disposta tagħti liċenzja biex din tintuża lill-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza.

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza approvati mill-Bord tal-ERN tal-Istati Membri għandu jkollhom dritt mhux esklussiv, mingħajr drittijiet tal-awtur u kundizzjonali biex jużaw it-trademark tan-“Netwerk Ewropew ta’ Referenza” (nru tar-reġistrazzjoni 012252128) għal inizjattivi relatati mal-attivitajiet tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/24/UE.

Artikolu 2

Il-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza approvati mill-Bord tal-ERN tal-Istati Membri huma awtorizzati li jissottoliċenzjaw lill-membri tan-Netwerks rispettivi tagħhom, id-dritt li jużaw it-trademark għal inizjattivi relatati mal-attivitajiet ta’ Netwerks tagħhom.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ netwerks bħal dawn (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 79).


Top