This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1964
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1964 of 9 November 2016 concerning the authorisations of a preparation of dolomite-magnesite for dairy cows and other ruminants for dairy production, weaned piglets and pigs for fattening and a preparation of montmorillonite-illite for all animal species as feed additives (Text with EEA relevance )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1964 tad-9 ta' Novembru 2016 dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' preparat tad-dolomit-manjeżit għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin u ta' preparat tal-montmorillonit-illit għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bħala addittivi tal-għalf (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1964 tad-9 ta' Novembru 2016 dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' preparat tad-dolomit-manjeżit għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin u ta' preparat tal-montmorillonit-illit għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bħala addittivi tal-għalf (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/7076
ĠU L 303, 10.11.2016, p. 7–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 06/01/2021
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32016R1964R(01) | (SV) | |||
Modified by | 32020R2120 | Sostituzzjoni | anness punt 1g557 | 06/01/2021 |
10.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1964
tad-9 ta' Novembru 2016
dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' preparat tad-dolomit-manjeżit għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin u ta' preparat tal-montmorillonit-illit għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bħala addittivi tal-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 l-applikazzjonijiet ġew sottomessi għall-awtorizzazzjonijiet ta' preparat tad-dolomit-manjeżit u ta' preparat tal-montmorillonit-illit. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ta' preparat tad-dolomit-manjeżit għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin u ta' preparat tal-montmorillonit-illit bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali biex jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
(4) |
Fl-Opinjoni tagħha tal-1 ta' Diċembru 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat tad-dolomit-manjeżit ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li hija effikaċi bħala antiagglomerant. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf sottomess mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Minħabba s-similarità fiżjoloġika tal-baqar tal-ħalib mar-ruminanti kollha għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, jixraq li l-użu ta' dan l-addittiv jiġi estiż għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib. |
(6) |
Fl-Opinjonijiet tagħha tat-30 ta' Ottubru 2014 u tal-10 ta' Settembru 2015 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-preparat tal-montmorillonit-illit ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li hija effikaċi bħala antiagglomerant u bħala legant. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf sottomess mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(7) |
Il-valutazzjoni tal-preparat ta' dolomit-manjeżit u tal-preparat ta' montmorillonit-illit turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawk il-preparati għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Annessi ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparat speċifikat fl-Anness I, li huwa parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “antiagglomeranti”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-preparat speċifikat fl-Anness II, li huwa parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “antiagglomeranti” u “leganti”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2016;14(1):4341
(3) EFSA Journal 2014;12(11):3904 u EFSA Journal 2015;13(9):4237
ANNESS I
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta' analiżi |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Addittivi teknoloġiċi: antiagglomeranti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1g598 |
Dolomit-Manjeżit |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tħejjija ta' taħlita naturali ta' dolomit u manjeżit ≥ 40 % (b'kontenut minimu ta': karbonati 24 %). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Dolomit:
Manjeżit:
Talk (silikati idrati tal-manjeżju):
Klorit (aluminju–manjeżju):
Metodu analitiku (1) Karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
Baqar tal-ħalib u ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib Ħnienes tal-fatma Ħnieżer għat-tismin |
— |
5 000 |
20 000 |
|
it-30 ta' Novembru 2026 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ANNESS II
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta' analiżi |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Addittivi teknoloġiċi: leganti |
||||||||||||||||||||||||||||||||
1g557 |
Montmorillonit-Illit |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tħejjija ta' saff imħallat tal-mineral tat-tafal montmorillonit-illit: fillosilikati ≥ 75 %. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Fillosilikati ≥ 75 %:
Kwarz ≤ 20 % Ħadid (strutturali) 3,6 % (medja) Mingħajr asbestos Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
10 000 |
20 000 |
|
it-30 ta' Novembru 2026 |
||||||||||||||||||||||||
Addittivi teknoloġiċi: antiagglomerant |
||||||||||||||||||||||||||||||||
1g557 |
Montmorillonit-Illit |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tħejjija ta' saff imħallat tal-mineral tat-tafal montmorillonit-illit: fillosilikati ≥ 75 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Fillosilikati ≥ 75 %:
Kwarz ≤ 20 % Ħadid (strutturali) 3,6 % (medja) Mingħajr asbestos Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
20 000 |
20 000 |
|
it-30 ta' Novembru 2026 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports