This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1731
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1731 of 28 September 2016 reimposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of certain footwear with uppers of leather originating in the People's Republic of China and Vietnam and produced by General Footwear Ltd (China), Diamond Vietnam Co. Ltd and Ty Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd and implementing the judgment of the Court of Justice in Joined Cases C-659/13 and C-34/14
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 tat-28 ta' Settembru 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 tat-28 ta' Settembru 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14
C/2016/6052
ĠU L 262, 29.9.2016, p. 4–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2021
29.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1731
tat-28 ta' Settembru 2016
li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u b'mod partikolari l-Artikolu 266 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 u 14 tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 (2) li jistabbilixxi miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew “iċ-Ċina”) u mill-Vjetnam (ir-“Regolament provviżorju”). |
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 (3), il-Kunsill impona dazji antidumping definittivi li jvarjaw bejn 9,7 % u 16,5 % fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda, li joriġinaw mill-Vjetnam u mir-RPĊ għal sentejn (“ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006” jew “ir-Regolament ikkontestat”). |
(3) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 388/2008 (4) il-Kunsill estenda l-miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Reġjun Amministrattiv Speċjali (“RAS”) tal-Macao, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-RAS tal-Macao kif ukoll jekk le. |
(4) |
Wara eżami tal-iskadenza mibdi fit-3 ta' Ottubru 2008 (5), il-Kunsill kompla jestendi l-miżuri antidumping għal 15-il xahar permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 (6), jiġifieri sal-31 ta' Marzu 2011, meta l-miżuri skadew (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009”). |
(5) |
Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co Ltd, kif ukoll Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (“l-applikanti”) ikkontestaw ir-Regolament ikkontestat fil-Qorti tal-Prim Istanza (issa: il-Qorti Ġenerali). B'sentenzi tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-401/06 Brosmann Footwear (HK) u Oħrajn v il-Kunsill [2010] Ġabra II-671 u tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawżi Magħquda T-407/06 u T-408/06 Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes v il-Kunsill [2010] Ġabra II-747, il-Qorti Ġenerali rrifjutat dawk il-kontestazzjonijiet. |
(6) |
L-applikanti appellaw dawn is-sentenzi. Fis-sentenzi tagħha tat-2 ta' Frar 2012 fil-Kawża C-249/10 P Brosmann et al u tal-15 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-247/10P Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (“is-sentenzi Brosmann u Aokang”), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea annullat dawn is-sentenzi. Hija ddeċidiet li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta' liġi meta hija ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa li teżamina talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”) skont l-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażiku minn negozjanti mhux inklużi fil-kampjun (il-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 29 u 32 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P). |
(7) |
Il-Qorti mbagħad tat sentenza hi stess f'din il-kwistjoni. Hija ddeċidiet li: “[…] il-Kummissjoni kellha teżamina t-talbiet dokumentati li l-appellanti ppreżentawlha fuq il-bażi tal-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażiku sabiex jibbenefikaw minn SES fil-kuntest tal-proċedura antidumping [li hija] prevista mir-Regolament kontenzjuż. Barra minn hekk għandu jiġi kkonstatat li ma huwiex eskluż li eżami bħal dan kien iwassal għall-impożizzjoni, fir-rigward tagħhom, ta' dazju antidumping definittiv differenti mid-dazju ta' 16,5 % li huwa applikabbli fir-rigward tagħhom bis-saħħa tal-Artikolu 1(3) tar-regolament ikkontestat. Fil-fatt, minn din l-istess dispożizzjoni huwa ċar li dazju antidumping definittiv ta' 9,7 % ġie impost fir-rigward tal-operatur uniku taċ-Ċina li jidher fil-kampjun li kiseb l-SES. Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 38 tas-sentenza preżenti, jekk il-Kummissjoni kienet ikkonstatat li l-kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kienu jipprevalu wkoll għall-appellanti, dawn tal-aħħar, meta l-kalkolu ta' marġni individwali ma kienx possibbli, kellhom jibbenefikaw ukoll minn din l-aħħar imsemmija rata” (il-paragrafu 42 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P). |
(8) |
B'konsegwenza ta' dan, hija ħassret ir-Regolament ikkontestat, sa fejn jirrigwarda l-applikanti kkonċernati. |
(9) |
F'Ottubru 2013, il-Kummissjoni, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7), ħabbret li hija kienet iddeċidiet li terġa' tibda l-proċediment antidumping fil-punt eżatt li fih saret l-illegalità, u li teżamina jekk il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq ipprevalewx għall-applikanti għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005 u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw ruħhom. |
(10) |
F'Marzu 2014, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE (8), irrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni li jadotta Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċertu lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd u temm il-proċedimenti fir-rigward ta' dawk il-produtturi. Il-Kunsill kien tal-fehma li l-importaturi li jkunu xtraw żraben minn dawk il-produtturi esportaturi, li għalihom id-dazji doganali rilevanti kienu ġew rimborsati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq il-bażi tal-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (9) (il-“Kodiċi Doganali tal-Komunità”), kienu kisbu aspettattivi leġittimi fuq il-bażi tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ikkontestat, li kien għamel id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (10), u b'mod partikolari l-Artikolu 221 tiegħu, applikabbli għall-ġbir tad-dazji. |
(11) |
Tliet importaturi tal-prodott ikkonċernat, C&J Clark International Ltd (“Clark”), Puma SE (“Puma”) u Timberland Europe B.V. (“Timberland”) (“l-importaturi kkonċernati”) ikkontestaw il-miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċertu lbies għar-riġlejn miċ-Ċina u mill-Vjetnam u invokaw il-ġurisprudenza msemmija fil-premessi minn 5 sa 7 quddiem il-Qrati nazzjonali tagħhom, li rreferew il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari. |
(12) |
Fil-Kawżi magħquda C-659/13 C&J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 bħala invalidi sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma eżaminatx it-TES u t-talbiet għal trattament individwali (“TI”) ippreżentati mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam mhux inklużi fil-kampjun (“is-sentenzi”), kuntrarjament għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2(7)(b) u 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (11). |
(13) |
Rigward it-tielet każ C-571/14, Timberland Europe B.V. kontra Inspecteur van de Belastingdienst, kantoor Rotterdam Rijnmond, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-11 ta' April 2016 li tħassar il-kawża mir-reġistru fuq talba tal-qorti nazzjonali tar-rinviju. |
(14) |
L-Artikolu 266 tat-TFUE jistipula li l-Istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qorti. Fil-każ ta' annullament ta' att adottat mill-Istituzzjonijiet fil-kuntest ta' proċedura amministrattiva, bħall-antidumping, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti tikkonsisti fis-sostituzzjoni tal-att annullat b'att ġdid, li fih l-illegalità identifikata mill-Qorti tiġi eliminata (12). |
(15) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, il-proċedura ta' sostituzzjoni tal-att annullat tista' titkompla fil-punt li fih saret l-illegalità (13). Dan jimplika b'mod partikolari li, f'sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-bidu tal-proċedura antidumping. F'sitwazzjoni fejn Regolament li jimponi miżuri definittivi ta' antidumping jiġi annullat, dan ifisser li wara l-annullament, il-proċedura kontra d-dumping tkun għadha miftuħa, għaliex l-att li jikkonkludi l-proċediment antidumping jisparixxi mill-ordni legali tal-Unjoni (14), ħlief jekk l-illegalità tkun saret fl-istadju tal-bidu. |
(16) |
Minbarra l-fatt li l-Istituzzjonijiet ma eżaminawx it-talbiet għal TES u TI provenjenti minn produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam li ma kinux fil-kampjun, is-sejbiet l-oħra kollha magħmula fir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 jibqgħu validi. |
(17) |
F'dan il-każ, l-illegalità saret wara l-bidu. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa' tibda l-proċediment antidumping preżenti li kien għadu miftuħ fil-punt li fih saret l-illegalità u teżamina jekk kinux jipprevalu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq għall-produtturi esportaturi kkonċernati għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005, li kien il-perjodu ta' investigazzjoni fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' dazji definittivi msemmija fil-premessi (1) u (2) (“l-investigazzjoni oriġinali”). Il-Kummissjoni eżaminat ukoll, fejn xieraq, jekk il-produtturi esportaturi kkonċernati jikkwalifikawx għal TI skont 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (15) (ir-“Regolament bażiku qabel ma ġie emendat”) (16). |
(18) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 (17), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Clark u Puma ta' ċertu lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-RPĊ u prodotti minn tlettax-il produttur esportatur Ċiniż li ppreżentaw talbiet għal TES u għal TI fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' dazji definittivi (l-“investigazzjoni oriġinali”) iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun matul l-investigazzjoni. |
(19) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 (18), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Clark, Puma u Timberland ta' ċertu lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mill-Vjetnam u prodotti minn ċerti produtturi esportaturi Vjetnamiżi li ppreżentaw talbiet għal TES u għal TI fl-investigazzjoni oriġinali, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun matul l-investigazzjoni. |
(20) |
Sussegwentement, żewġ fornituri addizzjonali ta' Puma fil-Vjetnam, Diamond Vietnam Co Ltd u Ty Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd (“TY Hung Co Ltd”) ġew identifikati li pprovdew formoli ta' talba għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali. Rigward TY Hung Co Ltd, ġie nnutat li fil-fajl ta' Puma tal-proċess quddiem il-qorti nazzjonali, wieħed mill-fornituri Vjetnamiżi ġie identifikat bħala “Lac Hung Co. Ltd”, filwaqt li l-informazzjoni disponibbli indikat bidla possibbli fl-isem bejn l-investigazzjoni oriġinali u r-rikors quddiem il-Qorti nazzjonali. Jidher li l-kumpanija kkonċernata qabel kienet tissejjaħ Ty Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd (“Ty Hung Co Ltd”). |
(21) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' Timberland, wieħed miż-żewġ fornituri Ċiniżi identifikati fil-każ C-571/14, General Shoes Ltd kienet fil-fatt stabbilita fil-Vjetnam u ġiet ivvalutata bħala tali. Is-sejbiet rigward din il-kumpanija ġew ippubblikati permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 (il-premessa 19). Dan ġie kkontestat mill-Federation of Sports and Goods Industry (“FESI”) li ddikjarat li General Shoes Ltd kienet fil-fatt fornitur Ċiniż. FESI ddikjarat li t-talba għal SES/TI tal-kumpanija Ċiniża General Footwear Ltd għandha tiġi vvalutata wkoll. Il-Kummissjoni tinnota li, għalkemm il-formola ta' talba rilevanti għal TES/TI kienet ambigwa dwar jekk il-kumpanija kkonċernata hijiex fil-fatt Ċiniża jew Vjetnamiża, għal raġunijiet ta' kompletezza l-formola ta' talba għal TES/TI ta' General Footwear Ltd issa ġiet ivvalutata wkoll. |
(22) |
Għal importazzjonijiet ta' Puma u Timberland miċ-Ċina u mill-Vjetnam, il-Kummissjoni vvalutat it-talbiet għal TES u TI pprovduti mill-produtturi esportaturi msemmija aktar 'il fuq iżda mhux inklużi fil-kampjun li ressqu dawn it-talbiet fl-investigazzjoni oriġinali. |
B. IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA FIL-KAWŻI MAGĦQUDA C-659/13 U C-34/14 GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET MILL-VJETNAM U MIR-RPĊ
(23) |
Il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma tbiddilx il-partijiet tal-valutazzjoni li ma kinux milquta mis-sentenza (19). |
(24) |
Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li nstab li huma inkonsistenti mar-Regolament bażiku, u li għalhekk wasslu għad-dikjarazzjoni ta' invalidità f'dak li jirrigwarda ċerti produtturi esportaturi mill-Vjetnam u mir-RPĊ. |
(25) |
Il-konklużjonijiet kollha l-oħra magħmula fir-Regolament ikkontestat, li ma kinux dikjarati invalidi mill-Qorti tal-Ġustizzja, jibqgħu validi u huma hawnhekk inkorporati fir-Regolament preżenti. |
(26) |
Għaldaqstant, il-premessi li ġejjin huma limitati għall-valutazzjoni l-ġdida meħtieġa għall-konformità mas-sentenzi. |
(27) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kinux jipprevalu t-TES u t-TI għat-tliet produtturi esportaturi, li huma fornituri ta' Puma u Timberland imsemmija hawn fuq fil-premessi 20 u 21 li ppreżentaw talbiet għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali, matul il-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005. L-iskop ta' din id-determinazzjoni huwa li jiġi aċċertat il-grad li fih iż-żewġ importaturi kkonċernati huma intitolati li jirċievu pagament mill-ġdid ta' dazju antidumping imħallas fir-rigward ta' dazji antidumping imħallsa fuq esportazzjonijiet ta' dawn il-fornituri. |
(28) |
Jekk l-analiżi tiżvela li t-TES jew it-TI kellhom jingħataw lill-produtturi esportaturi Ċiniż u Vjetnamiżi kkonċernati li l-esportazzjonijiet tagħhom kienu soġġetti għad-dazju antidumping imħallas minn wieħed miż-żewġ importaturi kkonċernati, rata ta' dazju individwali trid tiġi attribwita li dak il-produttur esportatur u l-ħlas lura tad-dazju jkun limitat għal ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazju mħallas u r-rata ta' dazju individwali, jiġifieri, fil-każ taċ-Ċina 16,5 %, u d-dazju impost fuq l-unika kumpanija esportatriċi fil-kampjun li kisbet TES, jiġifieri Golden Step, 9,7 %; u fil-każ tal-Vjetnam, id-differenza bejn 10 % u rata ta' dazju individwali kkalkulat għall-produttur esportatur ikkonċernat, jekk ikun hemm. |
(29) |
Min-naħa l-oħra, f'każ li l-analiżi ta' tali talbiet tat-TES u tat-TI tiżvela li kemm it-TES kif ukoll it-TI għandhom jiġu miċħuda, ma jista' jingħata l-ebda ħlas lura ta' dazji antidumping. |
(30) |
Kif spjegat fil-premessa 12, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament ikkontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta' ċertu lbies għar-riġlejn minn ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi, (“il-produtturi esportaturi kkonċernati”), sa fejn il-Kummissjoni ma eżaminatx it-talbiet għal TES u għal TI ppreżentati mill-produtturi esportaturi kkonċernati. |
(31) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għal TES u għal TI ta' dawn il-produtturi esportaturi kkonċernati biex tiġi ddeterminata r-rata tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tagħhom. Il-valutazzjoni wriet li l-informazzjoni pprovduta ma kinitx biżżejjed biex turi li l-produtturi esportaturi kkonċernati jaħdmu f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq jew li jikkwalifikaw għal trattament individwali (ara l-premessa 32 u dawk sussegwenti hawn taħt għal spjegazzjoni dettaljata). |
1. Valutazzjoni tat-talbiet għal TES
(32) |
Huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jibbenefika mit-TES bis-saħħa tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jippruvaw li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti biex wieħed jibbenefika mill-imsemmi status. Għall-kuntrarju ta' dan, huwa f'idejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jivvalutaw jekk il-provi fornuti mill-produttur humiex biżżejjed sabiex juru li l-kriterji stabbiliti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) huma ssodisfati biex jingħata TES, u hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tivverifika jekk din il-valutazzjoni hijiex ivvizzjata bi żball manifest (il-paragrafu 32 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 24 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P). |
(33) |
F'konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku l-ħames kriterji elenkati f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati biex produttur esportatur ikun jista' jingħata TES. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk jonqos li jiġi ssodisfat għallanqas kriterju wieħed, dan ikun biżżejjed biex tiġi miċħuda t-talba għal TES. |
(34) |
Ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati ma seta' juri li jissodisfa l-kriterji 1 (Deċiżjonijiet tan-negozju). B'mod aktar speċifiku, l-informazzjoni pprovduta minn kull wieħed mit-tliet produtturi esportaturi indikat li deċiżjoni tan-negozju ma ttiħditx b'reazzjoni għas-sinjali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat. |
(35) |
Rigward il-Kriterju 2 (Kontabilità), żewġ kumpaniji (il-Kumpaniji 1 u 2) ma kinux jissodisfaw dan il-kriterju. Il-kontijiet taż-żewġ kumpaniji wrew nuqqasijiet u ma kinux konformi mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Għaldaqstant, ċerti spejjeż kienu kklassifikati ħażin fil-perjodu bħala assi meta kellhom jiġu rreġistrati bħala spiża fil-perjodu kkonċernat (il-Kumpanija 2), filwaqt li f'każ ieħor, in-noti tal-awdituri josservaw li l-kontijiet finanzjarji mhumiex konformi mar-regoli u l-prinċipji tal-kontabilità fil-pajjiżi barra mill-pajjiż ikkonċernat. Rigward il-Kumpanija 3, hija ppreżentat sett wieħed bażiku ċar ta' kontijiet li kienu awditjati b'mod konformi mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
(36) |
Rigward il-Kriterju 3 (Assi u “riport”), l-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi kkonċernati ma seta' juri li ma ġiet riportata l-ebda distorsjoni mis-sistema preċedenti ta' ekonomija mhux tas-suq. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma pprovda informazzjoni kompluta (pereżempju evidenza ta' kuntratt tal-kiri jew ta' lokazzjoni, informazzjoni dwar termini, prezzijiet u pagamenti jew rapporti ta' verifika tal-kapital) biex juru li ma ġiet riportata l-ebda distorsjoni mis-sistema ta' ekonomija mhux tas-suq. |
(37) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 32, wara li ma ġew issodisfati la l-kriterju 1 u lanqas il-kriterju 3 minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi u l-kriterju 2 minn tnejn mill-produtturi esportaturi, il-kriterju 4 (Il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà) u 5 (Ir-rata tal-kambju) ma ġewx ivvalutati. |
(38) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati ma għandhom jingħataw TES u infurmat lill-produtturi esportaturi kkonċernati b'dan, li ġew mistiedna jipprovdu kummenti. L-ebda kummenti ma kienu riċevuti mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati. |
(39) |
Għaldaqstant, l-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati ma ssodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u, b'riżultat ta' dan, it-TES ġie miċħud lilhom kollha. |
2. Valutazzjoni tat-talbiet għal TI
(40) |
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a) tal-istess Regolament, għandu madankollu jiġi speċifikat dazju individwali għall-esportaturi li jistgħu juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu. |
(41) |
Kif imsemmi fil-premessa 32 huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jibbenefika mit-TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu. Għal dan l-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) jipprovdi li t-talba ppreżentata trid tiġi sostanzjata kif xieraq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jippruvaw li l-esportatur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti biex wieħed jibbenefika mill-imsemmi status. Għall-kuntrarju, huwa f'idejn l-istituzzjonijiet tal-UE li jevalwaw jekk il-provi fornuti mill-esportatur humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu huma ssodisfati biex jingħata t-TI. |
(42) |
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, qabel ma ġie emendat, l-esportaturi għandhom juru fuq il-bażi ta' talba sostanzjata kif xieraq li l-ħames kriterji kollha elenkati f'dan l-Artikolu huma sodisfatti sabiex ikun jista' jingħata t-TI. |
(43) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqas li jiġi ssodisfat mill-inqas kriterju wieħed kien biżżejjed sabiex tiġi miċħuda t-talba għal TI. |
(44) |
Il-ħames kriterji huma dawn li ġejjin:
|
(45) |
It-tliet produtturi esportaturi kkonċernati li talbu għal TES talbu wkoll għal TI fil-każ li ma jingħatawx TES. |
(46) |
L-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi kkonċernati ma kien kapaċi juri li jissodisfa l-Kriterju 2 (Bejgħ tal-esportazzjoni u l-prezzijiet stabbiliti b'mod liberu). B'mod aktar speċifiku, għal tnejn mill-produtturi esportaturi kkonċernati (il-Kumpaniji 1 u 2), il-liċenzja tan-negozju stabbiliet limitazzjoni għall-kwantitajiet tal-bejgħ fi swieq speċifiċi, filwaqt li għat-tielet kumpanija (il-Kumpanija 3) l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni stipulaw limitu ta' produzzjoni kif ukoll limitazzjoni għall-kwantitajiet tal-bejgħ fi swieq speċifiċi. Għaldaqstant, huma naqsu milli juru li d-deċiżjonijiet tan-negozju, bħalma huma l-kwantitajiet tal-esportazzjonijiet, huma determinati b'mod liberu u magħmulin skont is-sinjali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda. |
(47) |
Rigward il-Kriterju 3 (Il-kumpanija — il-persunal maniġerjali ewlieni u l-ishma — tkun indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat), il-Kumpanija 1 ma setgħetx turi li hija soġġetta għall-pagament ta' kera għall-użu tal-art, filwaqt li d-dikjarazzjoni finanzjarja indikat li hija kienet eżentata minn dawn il-pagamenti għal ċertu perjodu. Rigward il-Kumpanija 2, hija pprovdiet informazzjoni kontradittorja u l-kontribuzzjoni tal-azzjonist rigward il-fabbrika, l-infrastruttura u l-ispejjeż inizjali relatati mal-art ma kenitx ċara. Fl-aħħar nett, il-Kumpanija 3 ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar il-kuntratt ta' kiri tal-art u l-ebda informazzjoni dwar it-termini, il-prezzijiet u l-pagamenti. Barra minn hekk, għat-tliet kumpaniji kollha, ġie stabbilit li kien hemm limitazzjonijiet fl-ambitu tan-negozju tagħhom. Fuq din il-bażi, l-ebda wieħed minn dawn it-tliet produtturi esportaturi kkonċernati ma wera li kien indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat. |
(48) |
Għaldaqstant, l-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi kkonċernati ma ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu u l-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi kkonċernati skont dan, u dawn ġew mistiedna jipprovdu l-kummenti tagħhom. Ma ġie riċevut l-ebda kumment mingħand l-ebda wieħed mit-tliet produtturi esportaturi kkonċernati u, b'riżultat ta' dan, it-TI ġie miċħud lilhom kollha. |
(49) |
Id-dazju tal-antidumping residwu li japplika għaċ-Ċina għandu għaldaqstant jiġi impost għall-esportazzjonijiet minn General Footwear Ltd u d-dazju residwu applikabbli għall-Vjetnam għall-esportazzjonijiet minn Diamond Vietnam Co Ltd u Ty Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd (“Ty Hung Co Ltd”) għall-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament kien inizjalment mis-7 ta' Ottubru 2006 sas-7 ta' Ottubru 2008. Wara l-bidu ta' eżami ta' skadenza, dan ġie estiż fit-30 ta' Diċembru 2009 sal-31 ta' Marzu 2011. L-illegalità identifikata fis-sentenzi hija li l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni ma stabbilixxewx jekk il-prodotti manifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati għandhomx ikunu soġġetti għal dazju residwu jew għal dazju individwali. Fuq il-bażi tal-illegalità identifikata mill-Qorti, ma hemmx raġuni legali għall-eżenzjoni sħiħa tal-prodotti prodotti mill-produtturi esportaturi kkonċernati mill-ħlas ta' dazju antidumping. Att ġdid li jirrimedja l-illegalità kkostatata mill-Qorti għalhekk jeħtieġ biss li jagħmel valutazzjoni mill-ġdid tar-rata ta' dazju antidumping applikabbli, u mhux tal-miżuri stess. |
(50) |
Billi ġie konkluż li d-dazju residwu għandu jkun impost mill-ġdid fir-rigward tal-produtturi esportaturi kkonċernati bl-istess rata li kienet ġiet oriġinarjament imposta bir-Regolament kontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009, l-ebda bidliet ma huma meħtieġa għar-Regolament (KE) Nru 388/2008. Dak ir-Regolament jibqa' validu. |
C. DIVULGAZZJONI
(51) |
Il-produtturi esportaturi kkonċernati u l-partijiet kollha li ppreżentaw ruħhom kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-erbatax-il produttur esportatur ikkonċernat. Dawn ingħataw perjodu taż-żmien li fih kellhom jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet sussegwenti għad-divulgazzjoni. |
D. KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI WARA D-DIVULGAZZJONI
(52) |
Is-sejbiet u l-konklużjonijiet ta' hawn fuq ġew divulgati lill-partijiet interessati li ngħataw perjodu ta' żmien biex jikkummentaw. FESI (20), kif ukoll Wolverine Europe BV, Wolverine Europe Limited u Damco Netherlands BV (21), u Skechers, resqu 'l quddiem u pprovdew il-kummenti tagħhom. |
Irregolaritajiet allegati fil-proċedura
(53) |
FESI sostniet li kien hemm għadd ta' żbalji proċedurali fl-implimentazzjoni attwali. Hija enfasizzat il-fatt li t-talbiet għal TES tat-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kkonċernati kienu diġà ġew eżaminati u divulgati qabel is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 C & J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE, jiġifieri fit-3 ta' Diċembru 2015, kif ukoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li timponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' lbies għar-riġlejn ta' 16,5 % u 10 % rispettivament. Għaldaqstant, dawn il-valutazzjonijiet kienu saru mingħajr bażi ġuridika u kienu qed jantiċipaw is-sentenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Bħala konklużjoni, FESI argumentat li l-Kummissjoni kisret il-qafas legali bażiku tal-UE u b'hekk abbużat mis-setgħat tagħha. |
(54) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dawn id-dikjarazzjonijiet billi hija ppreparat biss l-implimentazzjoni ta' sentenza futura possibbli. Din il-preparazzjoni kienet biex tiżgura amministrazzjoni tajba, għar-raġunijiet li ġejjin: L-ewwel nett, mhux qed jiġi kkontestat li l-Kummissjoni kellha teżamina t-talbiet għal TES/TI. L-unika kwistjoni li kienet involuta fil-proċedimenti ġudizzjarji li kienu għadhom pendenti dak iż-żmien kienet jekk importatur mhux relatat bħal Puma u Timberland jistax jinvoka dik l-illegalità. Bħala riżultat ta' dik l-għażla binarja ta' iva/le, il-Kummissjoni setgħet eċċezzjonalment tipprepara għal każ ta' deċiżjoni negattiva dwar din il-kwistjoni. It-tieni nett, l-implimentazzjoni rapida kienet meħtieġa biex tippermetti li l-awtoritajiet doganali nazzjonali jittrattaw b'mod rapidu talbiet pendenti għal rimborż, u jipprovdu ċertezza tad-dritt għall-operaturi kollha. Kull influwenza fuq is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ġiet eskluża, billi din is-sentenza kienet tikkonċerna suġġett differenti (jiġifieri jekk l-importaturi jkunux jistgħu jserrħu fuq id-dritt li jkollhom talbiet għal TES/IT ivvalutati f'idejn il-produtturi esportaturi). |
(55) |
Għaldaqstant, it-talbiet kollha li jirrigwardaw l-irregolaritajiet proċedurali ġew miċħuda. |
Bażi ġuridika għat-tkomplija tal-proċediment ta' antidumping
(56) |
FESI sostniet li ma kien hemm l-ebda bażi ġuridika għal din l-implimentazzjoni. B'mod partikolari FESI sostniet li l-Artikolu 266 tat-TFUE mhuwiex applikabbli fuq il-bażi li l-miżuri definittivi dwar l-ilbies għar-riġlejn skadew fil-31 ta' Marzu 2011 u li għaldaqstant ma jeżistu l-ebda effetti persistenti li jirriżultaw mill-illegalità ta' dawn il-miżuri. FESI sostniet li l-Artikolu 266 tat-TFUE mhuwiex intiż sabiex jikkoreġi b'mod retroattiv l-illegalitajiet għal miżuri skaduti. Din il-fehma tissaħħaħ permezz tal-Artikoli 263 u 265 tat-TFUE li jistabbilixxu l-limiti ta' żmien biex jiġu ppreżentati azzjonijiet kontra atti illegali u nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni. FESI tkompli ssostni li l-approċċ attwali ma għandu l-ebda preċedent u li l-Kummissjoni lanqas ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni jew ġurisprudenza preċedenti tagħha li ssostni l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 266 tat-TFUE. |
(57) |
FESI argumentat ukoll li f'dan il-każ l-investigazzjoni ma tistax titkompla mill-punt preċiż fejn seħħet l-illegalità skont l-Artikolu 266 tat-TFUE, minħabba li l-Qorti tal-Ġustizzja ma stabbilietx biss nuqqas ta' motivazzjoni iżda l-illegalità kienet tirrigwarda dispożizzjoni legali ewlenija tar-Regolament bażiku li taffettwa l-valutazzjoni sħiħa ta' dumping relatata mal-produtturi esportaturi kkonċernati. |
(58) |
FESI kompliet issostni li l-korrezzjoni retroattiva ta' miżuri skaduti tikser il-prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. FESI argumentat li, l-ewwel nett, il-partijiet kienu jirċievu assigurazzjoni li l-miżuri skadew fil-31 ta' Marzu 2011 u li, minħabba ż-żmien li għadda minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali, il-partijiet kienu intitolati jkollhom aspettattivi ġġustifikati li l-investigazzjoni oriġinali mhux se tkompli jew terġa' tinfetaħ. It-tieni nett, il-fatt stess li matul l-investigazzjoni oriġinali t-talbiet għal TES ma ġewx investigati fi żmien l-iskadenza ta' tliet xhur ipprovda ċertezza tad-dritt lill-produtturi esportaturi Vjetnamiżi u Ċiniżi li t-talbiet tagħhom għal TES mhux se jiġu analizzati. Fl-aħħar nett, il-partijiet sostnew li minħabba l-perjodi ta' żmien twal involuti, it-tkomplija tal-investigazzjoni tikser il-prinċipju universali ta' preskrizzjoni jew ta' limitazzjoni li tapplika fil-kuntesti legali kollha. |
(59) |
FESI kompliet targumenta li la l-Artikolu 266 tat-TFUE u lanqas ir-Regolament bażiku ma jippermettu impożizzjoni mill-ġdid retroattiva tad-dazju definittiv ta' 10 % u 16,5 % rispettivament tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Vjetnamiżi u Ċiniżi kkonċernati. |
(60) |
Fir-rigward tal-argument li l-miżuri inkwistjoni skadew fil-31 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ma tarax raġuni għaliex l-iskadenza tal-miżura tkun ta' relevanza għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta att ġdid li jissostitwixxi l-att annullat wara sentenza li tannulla l-att inizjali. Skont il-ġurisprudenza msemmija fil-premessa 15 ta' hawn fuq, il-proċedura amministrattiva għandha tkompli mill-punt meta saret l-illegalità. |
(61) |
Għaldaqstant, il-proċedimenti antidumping, bħala riżultat tal-annullament tal-att li jikkonkludi l-proċedimenti, għadhom miftuħa. Il-Kummissjoni hija taħt obbligu li tagħlaq dawk il-proċedimenti; l-Artikolu 9 tar-Regolament bażiku jistipula li investigazzjoni trid tingħalaq b'att tal-Kummissjoni. |
(62) |
Rigward l-argument li jikkonċerna r-retroattività abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 10 tal-Ftehim Antidumping tad-WTO (“WTO ADA”), l-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku, li jsegwi t-test tal-Artikolu 10(1) tad-WTO ADA, jistipula li għandhom jiġu applikati miżuri provviżorji u dazji antidumping definittiv biss għal prodotti li jidħlu f'ċirkolazzjoni libera wara ż-żmien meta tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 7(1) jew 9(4) tar-Regolament bażiku, skont il-każ. F'dan il-każ, id-dazji antidumping inkwistjoni huma applikati biss għal prodotti li jidħlu f'ċirkolazzjoni libera wara li r-Regolament provviżorju u kkontestat (definittiv) meħud skont l-Artikolu 7(1) u 9(4) tar-Regolament bażiku rispettivament kien daħal fis-seħħ. Retroattività fis-sens tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku, madankollu, tirreferi biss għal sitwazzjoni fejn l-oġġetti ġew introdotti f'ċirkolazzjoni libera qabel ma l-miżuri ġew introdotti, kif jirriżulta mill-istess test ta' din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
(63) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li la hemm retroattività u lanqas ksur taċ-ċertezza tad-dritt u l-aspettattivi leġittimi fil-każ preżenti. |
(64) |
Rigward ir-retroattività, il-ġurisprudenza tal-Qorti tiddistingwi, meta tevalwa jekk miżura hijiex retroattiva, bejn l-applikazzjoni ta' regola ġdida għal sitwazzjoni li saret definittiva (li ssir referenza għaliha wkoll bħala sitwazzjoni legali eżistenti jew definittivament stabbilita) (22), u sitwazzjoni li bdiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-regola l-ġdida, iżda li għadha mhix definittiva (li ssir referenza għaliha wkoll bħala sitwazzjoni temporanja) (23). |
(65) |
Fil-każ preżenti, is-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li seħħew matul il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 għadha ma saritx definittiva, minħabba li, bħala riżultat tal-annullament tar-Regolament ikkontestat, id-dazju antidumping applikabbli għalihom għadu ma ġiex stabbilit b'mod definittiv. Fl-istess ħin, l-importaturi tal-ilbies għar-riġlejn ġew avżati li dan id-dmir jista' jiġi impost bil-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu (24) u r-Regolament provviżorju. Hija l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni li l-operaturi ma jistgħux jakkwistaw aspettattivi leġittimi sakemm l-istituzzjonijiet ikunu adottaw att li jagħlaq il-proċedura amministrattiva, li ssir waħda definittiva (25). |
(66) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi applikazzjoni immedjata għall-effetti futuri ta' sitwazzjoni li għadha għaddejja: Id-dazji fuq l-ilbies għar-riġlejn ġew imposti mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Bħala riżultat ta' talbiet għal rimborż, li ma ġewx deċiżi b'mod definittiv, dawn jikkostitwixxu sitwazzjoni li għadha għaddejja. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rata tad-dazju applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet, u b'hekk jirregola l-effetti futuri ta' sitwazzjoni li għadha għaddejja. |
(67) |
Fi kwalunkwe każ, anki jekk kien hemm retroattività fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, quod non, din ir-retroattività hija xorta waħda ġġustifikata għar-raġuni li ġejja: |
(68) |
Ir-regoli sostantivi tad-dritt tal-Unjoni jistgħu japplikaw għas-sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom sa fejn jirriżulta b'mod ċar mit-termini, mill-objettivi jew mill-iskema ġenerali tagħhom li tali effett għandu jingħatalhom (26). B'mod partikulari, fil-Kawża C-337/88 Società agricola fattoria alimantare (SAFA) (27) ġie deċiż li: [A]lthough in general the principle of legal certainty precludes a Community measure from taking effect from a point in time before its publication, it may exceptionally be otherwise where the purpose to be achieved so demands and where the legitimate expectations of those concerned are duly respected ([G]ħalkemm b'mod ġenerali l-prinċipju taċ-ċertezza legali jipprekludi li miżura tal-Komunità tieħu effett f'punt fiż-żmien qabel il-pubblikazzjoni tagħha, dan jista' jkun eċċezzjonalment il-każ fejn l-iskop li għandu jintlaħaq ikun jitlob hekk u fejn l-aspettattivi leġittimi ta' dawk ikkonċernati jkun irrispettat kif xieraq). |
(69) |
Fil-każ preżenti l-għan huwa li jiġi rrispettat l-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 266 tat-TFUE. Ladarba, fis-sentenzi msemmija fil-premessa 12 hawn fuq, il-Qorti sabet illegalità biss fir-rigward tad-determinazzjoni tar-rata ta' dazju applikabbli, u mhux fir-rigward tal-impożizzjoni tal-miżuri nfushom (jiġifieri, fir-rigward tas-sejba ta' dumping, dannu u interess tal-Unjoni), il-produtturi esportaturi kkonċernati ma setgħux leġittimament jistennew li ma jiġu imposti l-ebda miżuri antidumping definittivi. Konsegwentement, dik l-impożizzjoni, anki jekk kienet retroattiva, quod non, ma tistax titqies li kisret l-aspettattivi leġittimi. |
(70) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-protezzjoni taċ-ċertezza tad-dritt u tal-aspettattivi leġittimi, l-ewwel nett ġie osservat li, skont il-ġurisprudenza, l-importaturi ma jistgħux jitolbu l-protezzjoni taċ-ċertezza tad-dritt u l-aspettattivi leġittimi meta kienu avżati dwar bidla imminenti tal-politika kummerċjali tal-Unjoni (28). Fil-każ preżenti, l-importaturi ġew mgħarrfa bil-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu u bir-Regolament provviżorju fil-Ġurnal Uffiċjali, li t-tnejn li huma għadhom parti mill-ordni ġuridiku tal-Unjoni, dwar ir-riskju li l-prodotti manifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati jistgħu jsiru soġġetti għal dazju antidumping. Għaldaqstant, il-produtturi esportaturi kkonċernati ma setgħux jinvokaw iċ-ċertezza tad-dritt u l-aspettattivi leġittimi. |
(71) |
Min-naħa l-oħra, l-operaturi ekonomiċi kienu konxji, meta impurtaw l-ilbies għar-riġlejn mir-RPĊ u mill-Vjetnam, li dawk l-importazzjonijiet kienu soġġetti għal dazju. Huma qiesu dak id-dazju meta ffissaw il-prezzijiet tal-bejgħ u meta għamlu l-valutazzjoni tar-riskji ekonomiċi. Għaldaqstant, huma ma kinux kisbu ċertezza tad-dritt jew aspettattivi leġittimi li l-importazzjonijiet ikunu bla dazju, u normalment għaddew id-dazju lill-klijenti tagħhom. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-Unjoni li tiġi ffissata r-rata ta' dazju applikabbli, aktar milli li jingħata qligħ mhux mistenni lill-importaturi kkonċernati, li jarrikkixxu ruħhom mingħajr raġuni valida. |
(72) |
Għaldaqstant ma hemm l-ebda ksur tal-prinċipji ta' preskrizzjoni, ċertezza tad-dritt u aspettattivi leġittimi, u lanqas mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku u tad-WTO ADA. |
(73) |
Fir-rigward tal-argument li d-determinazzjoni tat-TES kellha titlesta fi żmien tliet xhur mill-bidu, huwa mfakkar li skont il-ġurisprudenza, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma jagħti l-ebda indikazzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tikkonforma mal-perjodu ta' tliet xhur. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali hija tal-fehma li deċiżjoni tat-TES fi stadju aktar tard ma taffettwax il-validità tar-Regolament li jimponi miżuri definittivi sakemm l-applikanti ma ppruvawx li, kieku l-Kummissjoni ma kenitx qabżet il-perjodu ta' tliet xhur, il-Kunsill seta' adotta Regolament differenti aktar favorevoli għall-interessi tagħhom mir-Regolament ikkontestat (29). Barra minn hekk il-Qorti rrikonoxxiet li l-Istituzzjonijiet jistgħu jimmodifikaw il-valutazzjoni tat-TES sal-adozzjoni ta' miżuri finali (30). |
(74) |
Din il-ġurisprudenza ta' hawn fuq ma twarrbitx bis-sentenzi Brosmann u Aokang imsemmija fil-premessa 6 hawn fuq. Fis-sentenzi Brosmann u Aokang, il-Qorti tal-Ġustizzja tinvoka l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq il-valutazzjoni fi tliet xhur sabiex turi li l-obbligu ta' dik il-valutazzjoni jeżisti b'mod indipendenti minn jekk il-Kummissjoni tapplikax teħid ta' kampjuni jew le. Il-Qorti ma tiddikjarax ruħha dwar il-kwistjoni ta' x'konsegwenzi legali jkun hemm jekk il-Kummissjoni tikkonkludi l-valutazzjoni għal TES fi stadju aktar tardiv tal-investigazzjoni. Il-Qorti ddeċidiet biss li l-istituzzjonijiet ma jistgħux jinjoraw kompletament it-talbiet għal TES, iżda kellhom jevalwawhom mhux aktar tard minn meta jimponu miżuri definittivi. Is-sentenzi jikkonfermaw il-ġurisprudenza kkwotata fil-premessa preċedenti |
(75) |
Fil-każ preżenti, il-produtturi esportaturi kkonċernati ma wrewx li, kieku l-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni għal TES fi żmien tliet xhur wara l-bidu tal-proċedura antidumping fl-2005, il-Kunsill seta' adotta Regolament differenti aktar favorevoli għall-interessi tagħhom mir-Regolament ikkontestat. Għaldaqstant, l-argument dwar preskrizzjoni għall-valutazzjoni għal TES huwa rifjutat. |
(76) |
FESI, filwaqt li tirreferi għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-2/95 IPS v il-Kunsill, enfasizzat id-differenza formali bejn “investigazzjoni” u “proċediment” u argumentat li ladarba l-proċediment jiġi tterminat, bħal f'dan il-każ, ma jkunx jista' jitkompla aktar. |
(77) |
Il-Kummissjoni ma tara l-ebda differenza materjali bejn it-termini “investigazzjoni” u “proċediment” fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-sentenzi inkwistjoni. Dawn is-sentenzi jikkonċernaw irregolarità fir-rigward ta' investigazzjoni speċifika bħala parti minn proċedura li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tirrimedja kif spjegat fil-premessi 23 sa 31 hawn fuq. Fi kwalunkwe każ, is-sentenza fil-Kawża T-2/95 għandha tinqara fid-dawl tas-sentenza fl-appell f'din il-kawża. |
(78) |
FESI kompliet issostni li l-Artikolu 266 tat-TFUE ma jippermettix l-implimentazzjoni parzjali ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u f'dan il-każ l-inverżjoni tal-oneru tal-provi. Għaldaqstant, FESI sostniet li l-Kummissjoni, b'mod żbaljat, ivvalutat biss it-talbiet għal TES/TI ta' dawk il-produtturi esportaturi li kienu fornituri ta' importaturi li rreġistraw talbiet għal rimborżi. FESI bbażat it-talba tagħha fuq il-fehma li l-effett tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 C & J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE huwa erga omnes u li ma jistax jiġi eskluż li r-riżultati ta' din il-valutazzjoni ta' talbiet għal TES/TI għandhom impatt ukoll fuq id-dazju residwu li huwa applikabbli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kollha. Għaldaqstant, FESI sostniet li l-Kummissjoni kellha tivvaluta t-talbiet għal TES/TI kollha li kienu disponibbli matul l-investigazzjoni oriġinali. |
(79) |
Barra minn hekk, FESI ma qablitx li l-oneru tal-provi jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jitlob għal TES/TI u targumenta li l-produtturi kienu wettqu dan l-oneru tal-provi fl-2005 billi ressqu t-talbiet għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali. FESI ma qablitx ukoll li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 C & J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE tista' tiġi implimentata billi sempliċement jiġu vvalutati t-talbiet għal TES/TI ppreżentati mill-produtturi esportaturi mhux fil-kampjun, billi l-Qorti tal-Ġustizzja ma spjegatx b'mod speċifiku li l-invalidazzjoni misjuba hija fil-fatt limitata għal dan l-aspett. |
(80) |
Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni tas-sentenza hija meħtieġa biss għal dawk il-produtturi esportaturi li għalihom mhux it-tranżazzjonijiet ta' importazzjoni kollha saru definittivi. Fil-fatt, ladarba l-perjodu ta' preskrizzjoni ta' tliet snin previst fl-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità jkun skada, id-dazju jkun sar definittiv, kif ikkonfermat fis-sentenzi. Kwalunkwe impatt fuq id-dazju residwu huwa eskluż, billi t-talba għal TES/TI għall-kumpaniji fil-kampjun ġiet ivvalutata, u minħabba l-fatt li l-għoti ta' TES/TI lil waħda mill-kumpaniji li ma kinux inklużi fil-kampjun ma jaffettwax ir-rata tad-dazju residwa. |
(81) |
L-oneru tal-provi mhuwiex limitat għat-tressiq ta' talba. Dan jikkonċerna l-kontenut tat-talba, li jrid juri li l-kundizzjonijiet kollha għal TES/TI huma ssodisfatti. |
(82) |
L-unika illegalità identifikata fis-sentenzi hija n-nuqqas ta' valutazzjoni tat-talbiet għal TES/TI. Għaldaqstant, dawn it-talbiet ġew miċħuda. |
Bażi ġuridika għall-impożizzjoni mill-ġdid ta' dazji
(83) |
FESI sostniet li l-Kummissjoni ma messhiex applikat żewġ sistemi legali differienti, jiġifieri r-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu għall-valutazzjoni tat-talbiet għal TI tal-produtturi esportaturi minn naħa (31), u r-Regolament bażiku preżenti min-naħa l-oħra (32), li inkorpora l-emendi mir-Regolament (UE) Nru 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) li jintroduċi proċeduri ta' Komitoloġija fil-qasam tad-difiża tal-kummerċ, fost l-oħrajn, u għaldaqstant jiddelega t-teħid ta' deċiżjonijiet lill-Kummissjoni. |
(84) |
FESI ttenni ukoll li l-Artikolu 266 tat-TFUE ma jippermettix l-impożizzjoni ta' dazji antidumping b'mod retroattiv, u dan jiġi kkonfermat ukoll bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-459/98P IPS v il-Kunsill, u permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 (34). FESI argumentat li l-Kummissjoni ma tat l-ebda ġustifikazzjoni valida biex tiddevja mill-prinċipju ta' nonretroattività u għaldaqstant kisret il-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi. |
(85) |
FESI argumentat ukoll li l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kkonċernati bl-implimentazzjoni attwali tikkostitwixxi (i) diskriminazzjoni tal-importaturi kkonċernati bl-implimentazzjoni attwali fil-konfront tal-importaturi kkonċernati bl-implimentazzjoni tas-sentenzi Brosmann u Aokang imsemmija fil-premessa 6 ta' hawn fuq li ġew rimborżati dazji mħallsa fuq importazzjonijiet ta' lbies għar-riġlejn mill-ħames produtturi esportaturi kkonċernati b'dawn is-sentenzi, kif ukoll (ii) diskriminazzjoni tal-produtturi esportaturi kkonċernati b'din l-implimentazzjoni fil-konfront tal-ħames produtturi esportaturi kkonċernati bis-sentenzi Brosmann u Aokang li ma kienu soġġetti għal ebda dazju wara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE. |
(86) |
Ġie ddikjarat li dan it-trattament diskriminatorju jirrifletti nuqqas ta' interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-UE, li jikser id-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
(87) |
Rigward l-użu allegat ta' sistemi legali differenti, il-Kummissjoni tqis li dan isegwi mid-differenzi fir-regoli ta' tranżizzjoni inklużi fit-tliet Regolamenti li jemendaw ir-Regolament bażiku inkwistjoni. |
(88) |
L-ewwel nett, ir-Regolament (UE) Nru 765/2012 (l-hekk imsejjaħ “Emenda dwar il-qfieli” li jittratta t-TI) jipprovdi fl-Artikolu 2 tiegħu li “għandu japplika għall-investigazzjonijiet kollha mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 konsegwentement għad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament”. Billi din l-investigazzjoni nbdiet qabel dik id-data, l-emendi ta' dak ir-Regolament għar-Regolament bażiku ma japplikawx f'dan il-każ. |
(89) |
It-tieni nett, ir-Regolament (UE) Nru 1168/2012 (l-hekk imsejjaħ “emenda dwar Brosmann” li jittratta t-TES) jipprovdi fl-Artikolu 2 tiegħu li “dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha mill-15 ta' Diċembru 2012”. Għaldaqstant, jekk il-Kummissjoni kienet adottat approċċ strett, lanqas ma kien ikun meħtieġ li jibqgħu jiġu vvalutati t-talbiet għal TES tal-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun, billi dawn kienu tilfu d-dritt għal valutazzjoni ta' TES fil-15 ta' Diċembru 2012. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li dan it-trattament ikun diffiċli biex jiġi rrikonċiljat mal-obbligu tagħha li timplimenta s-sentenzi. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1168/2012 ma jidhirx li jintroduċi projbizzjoni totali fuq l-analiżi tat-talbiet għal TES li ma kinux inklużi fil-kampjun, billi huwa jawtorizza dan l-eżami f'każ ta' trattament individwali. B'analoġija, jista' jingħad li dik id-deroga tapplika f'dan il-każ. Alternattivament, il-Kummissjoni tqis li l-eżitu tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1168/2012 għall-kawża preżenti twassal għall-istess eżitu, billi t-talbiet kollha ta' TES għandhom jiġu miċħuda awtomatikament, mingħajr ma jgħaddu mill-valutazzjoni. |
(90) |
It-tielet nett, rigward il-Komitoloġija, l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35) jipprevedi li l-Kunsill għandu jibqa' kompetenti għal atti fejn il-Kummissjoni tkun adottat att, tkun bdiet konsultazzjoni jew il-Kummissjoni tkun adottat proposta. Fil-każ preżenti, ma kienet ittieħdet l-ebda azzjoni bħal din rigward l-implimentazzjoni tas-sentenza qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 37/2014. |
(91) |
Rigward l-impożizzjoni retroattiva tad-dazji antidumping definittivi, issir referenza għall-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq fil-premessi 64 sa 72 fejn dawn l-allegazzjonijiet diġà ġew indirizzati b'mod estensiv. |
(92) |
Rigward it-talba dwar id-diskriminazzjoni, il-Kummissjoni tosserva li l-produtturi esportaturi u ċerti importaturi kkonċernati minn dan ir-Regolament jibbenefikaw minn protezzjoni ġudizzjarja fil-Qrati tal-Unjoni kontra dan ir-Regolament. Importaturi oħra jgawdu tali protezzjoni permezz ta' qrati u tribunali nazzjonali, li jaġixxu bħala mħallfin tal-liġi ordinarja tal-Unjoni. |
(93) |
L-allegazzjoni ta' diskriminazzjoni hija daqstant ieħor bla bażi. Importaturi li importaw minn Brosmann u erba' produtturi esportaturi oħra jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u legali differenti, minħabba li l-produtturi esportaturi tagħhom iddeċidew li jikkontestaw ir-Regolament ikkontestat kif ukoll billi d-dazji mħallsa tagħhom ġew rimborżati, b'tali mod li huma protetti mill-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju. Ebda sfida bħal din, u l-ebda tali rimborż ma seħħew għal oħrajn. Il-Kummissjoni bdiet tħejji l-implimentazzjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi ta' Clark, Puma u Timberland; il-produtturi esportaturi kollha l-oħra mir-RPĊ u l-Vjetnam li mhumiex inklużi fil-kampjun u l-importaturi tagħhom se jiġu trattati bl-istess mod fi stadju aktar tard skont il-proċedura stipulata f'dan ir-Regolament. |
(94) |
FESI ddikjarat ukoll li l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku ma jistax iservi bħala bażi ġuridika biex jinterferixxi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, u l-operazzjoni tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju huwa indipendenti minn kull deċiżjoni meħuda skont ir-Regolament bażiku jew l-obbligi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 266 tat-TFUE. |
(95) |
F'dan il-kuntest, FESI argumentat li l-applikazzjoni tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju taqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-awtoritajiet doganali nazzjonali li taħthom dawn tal-aħħar huma obbligati jirrimborżaw dazji mħallsa li ma kinux legalment dovuti. FESI kompliet targumenta li l-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju ma jistax ikun soġġett għall-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku, jew isir sussidjarju għalih, billi t-tnejn huma leġiżlazzjoni sekondarja u għaldaqstant l-ebda wieħed ma jieħu post l-ieħor. Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku jirrigwarda dispożizzjonijiet speċjali li jkopru l-investigazzjonijiet u l-proċeduri skont ir-Regolament bażiku u ma huwa applikabbli għal ebda strument legali ieħor bħall-Kodiċi Doganali Komunitarju. |
(96) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Kodiċi Doganali Komunitarju ma japplikax awtomatikament għall-impożizzjoni tad-dazji antidumping, iżda biss permezz ta' referenza fir-Regolament li jimponi dazji antidumping. Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tapplikax ċerti dispożizzjonijiet ta' dak il-Kodiċi, u minflok toħloq regoli speċjali. Minħabba li l-Kodiċi Doganali Komunitarju japplika biss fuq il-bażi ta' referenza fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, huwa ma huwiex fl-istess livell fil-ġerarkija tan-normi meta mqabbel mal-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku, iżda li huwa subordinat u jista' ma jkunx applikabbli jew ikun applikabbli b'mod differenti. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud ukoll. |
Dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet
(97) |
FESI kompliet targumenta li, bi ksur tal-Artikolu 296 tat-TFUE, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet u indikazzjoni tal-bażi ġuridika li fiha d-dazji ġew imposti mill-ġdid b'mod retroattiv u għaldaqstant ir-rimborż tad-dazji ċaħad l-implimentazzjoni attwali lill-importaturi kkonċernati. |
(98) |
L-allegat nuqqas ta' dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet jirrigwarda, b'mod partikulari, dawn il-kwistjonijiet: (i) in-nuqqas ta' bażi u raġunament ġuridiċi li jippermettu lill-Kummissjoni parzjalment timplimenta s-sentenzi inkwistjoni, billi sempliċiment tivvaluta t-talbiet għal TES/TI ta' dawk il-produtturi esportaturi meta t-talbiet għal rimborż ikunu ġew irreġistrati mill-importaturi; (ii) in-nuqqas ta' bażi ġuridika għall-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni u għall-valutazzjoni mill-ġdid tat-talbiet għal TES/TI tat-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kkonċernati, wara li l-miżuri skadew f'Marzu 2011; (iii) in-nuqqas ta' bażi ġuridika biex l-awtoritajiet doganali tal-UE jiġu infurmati biex ma jerġgħux iħallsu d-dazji antidumping soġġetti għall-Kawża tal-Qorti; (iv) in-nuqqas ta' bażi ġuridika biex issir deroga mill-prinċipju ta' nonretroattività; (v) in-nuqqas ta' spjegazzjoni rigward l-applikazzjoni tal-istrument legali xieraq għall-valutazzjoni tat-talbiet għal TES u TI u għall-proponiment tal-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji antidumping; (vi) in-nuqqas ta' tweġiba għall-argumenti legali pprovduti minn dawn il-partijiet wara d-divulgazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-valutazzjoni tat-talbiet għal TES tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kkonċernati tal-15 ta' Diċembru 2015, u tas-6 u tas-16 ta' Ġunju 2016 rispettivament. |
(99) |
Rigward l-implimentazzjoni parzjali tas-sentenzi, il-kwistjoni ta' jekk u sa fejn l-istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw sentenza jiddependi fuq il-kontenut konkret tas-sentenza. B'mod partikolari, jekk huwiex possibbli jew le li tkun ikkonfermata l-impożizzjoni ta' dazji fuq l-importazzjonijiet li saru qabel is-sentenza, jiddependi fuq is-sejba ta' dumping dannuż bħala tali, jew biss fuq ir-rata ta' dazju preċiża affettwata mill-illegalità identifikata fis-sentenza. F'din l-aħħar sitwazzjoni, li hija rilevanti hawnhekk, ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex jitħallsu lura d-dazji kollha. Pjuttost, huwa biżżejjed li tiġi ddeterminata r-rata ta' dazju korretta, u li titħallas lura kull differenza possibbli (filwaqt li ma jkunx possibbli li tiżdied ir-rata ta' dazju, billi ż-żieda ta' parti tikkostitwixxi impożizzjoni retroattiva). |
(100) |
L-annullamenti preċedenti li partijiet interessati jirreferu għalihom ikkonċernaw il-konstatazzjoni ta' dumping, dannu u interess tal-Unjoni (jew fir-rigward tal-istabbiliment tal-fatti, jew fir-rigward tal-valutazzjoni tal-fatti, jew fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża). |
(101) |
Dawk l-annullamenti kienu parzjali jew sħaħ. |
(102) |
Il-Qrati tal-Unjoni jużaw it-teknika ta' annullament parzjali fejn ikunu jistgħu jikkonkludu huma stess fuq il-bażi tal-fatti fil-fajl li l-istituzzjonijiet kellhom jagħtu ċertu aġġustament jew kellhom jużaw metodu differenti għal ċertu kalkolu, li kien jirriżulta fl-impożizzjoni ta' dazju inqas (iżda ma ddubitawx l-iskoperti ta' dumping, dannu u interess tal-Unjoni). Id-dazju (aktar baxx) jibqa' fis-seħħ kemm għaż-żmien qabel l-annullament kif ukoll għaż-żmien ta' wara l-annullament (36). Sabiex jikkonformaw mas-sentenza, l-Istituzzjonijiet jikkalkulaw mill-ġdid id-dazju u jemendaw ir-Regolament li jimponi d-dazju għall-passat u għall-futur. Huma jagħtu wkoll struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jirrimborżaw id-differenza, meta talbiet bħal dawn ikunu saru fi żmien debitu (37). |
(103) |
Il-Qrati tal-Unjoni jipproċedu għal annullament sħiħ meta dawn ma jistgħux jistabbilixxu ruħhom fuq il-bażi tal-fatti fil-fajl indipendentement minn jekk l-istituzzjonijiet kellhomx raġun li jassumu li kien hemm dumping, ħsara u l-interess tal-Unjoni, minħabba li l-istituzzjonijiet kellhom jagħmlu mill-ġdid parti mill-investigazzjoni tagħhom. Minħabba li l-qrati tal-Unjoni mhumiex kompetenti sabiex iwettqu investigazzjoni fuq il-post tal-Kummissjoni, huma annullaw ir-Regolamenti li jimponu dazji definittivi kompletament. B'konsegwenza ta' dan, l-istituzzjonijiet stabbilixxew b'mod validu, il-preżenza tat-tliet kundizzjonijiet meħtieġa għall-impożizzjoni ta' miżuri biss wara sentenza li tannulla d-dazji. Għal importazzjonijiet li seħħew qabel l-istabbiliment validu ta' dumping, dannu u interess tal-Unjoni, l-impożizzjoni ta' dazji definittivi hija projbita kemm skont ir-Regolament bażiku kif ukoll bid-WTO ADA. Għaldaqstant, l-atti adottati mill-istituzzjonijiet biex jagħlqu dawn l-investigazzjonijiet imponew dazji definittivi għall-futur biss (38). |
(104) |
Il-każ preżenti huwa differenti mill-annullamenti (parzjali jew kompleti) tal-passat, ladarba ma jikkonċernax l-istess preżenza ta' dumping, dannu u interess tal-Unjoni, iżda sempliċement l-għażla tar-rata ta' dazju xierqa. Għaldaqstant, il-kwistjoni mhijiex il-prinċipju nnifsu tal-impożizzjoni ta' dazju, iżda biss l-ammont preċiż (fi kliem ieħor: modalità) tad-dazju. L-aġġustament, jekk ikun hemm, jista' jkun biss 'l isfel. |
(105) |
Għall-kuntrarju tal-każijiet ta' annullament parzjali fil-passat diskussi hawn fuq fil-premessa 103, il-Qorti ma setgħetx tiddeċiedi jekk kellhiex tingħata rata ta' dazju (mnaqqsa) ġdida, billi dik id-deċiżjoni l-ewwel teħtieġ valutazzjoni tat-talba għal TES/TI. Dan il-kompitu tal-valutazzjoni tat-talba għal TES/TI jaqa' taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Qorti ma tistax tagħmel din il-parti tal-investigazzjoni minflok il-Kummissjoni mingħajr ma tmur lil hinn mill-kompetenzi tagħha. |
(106) |
Għall-kuntrarju ta' każijiet ta' annullament sħiħ fil-passat, is-sejbiet dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni ma ġewx annullati. Għalhekk, id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni ġew stabbiliti b'mod validu fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex tillimita l-impożizzjoni mill-ġdid ta' dazji antidumping definittivi għall-futur. |
(107) |
Għaldaqstant, fi kwalunkwe każ, dan ir-Regolament ma jitbegħidx mill-prattika deċiżjonali tal-istituzzjonijiet, anke jekk din tkun rilevanti. |
(108) |
Rigward in-nuqqas ta' kwalunkwe bażi ġuridika biex terġa' tinfetaħ l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar il-ġurisprudenza kkwotata hawn fuq fil-premessa 15, li skontha hija tista' tkompli l-investigazzjoni mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità. |
(109) |
Skont il-ġurisprudenza, il-legalità ta' Regolament antidumping trid tiġi evalwata fid-dawl tan-normi oġġettivi tad-dritt tal-Unjoni, u mhux minn prattika deċiżjonali, anke f'każijiet fejn teżisti din il-prattika (li mhuwiex il-każ hawnhekk) (39). Għaldaqstant, il-fatt li l-Kummissjoni setgħet segwiet fil-passat prattika differenti f'ċerti każijiet ma jistax joħloq aspettattivi leġittimi. Dan huwa iktar u iktar il-każ minħabba li l-prattika preċedenti msemmija ma tikkorrispondix għas-sitwazzjoni fattwali u ġuridika ta' din il-kawża, u d-differenzi jistgħu jiġu spjegati minn differenzi fattwali u legali mal-kawża preżenti. |
(110) |
Id-differenzi huma kif ġejjin: L-illegalità identifikata mill-Qorti ma tikkonċernax is-sejbiet dwar id-dumping, id-dannu u l-interess tal-Unjoni, u għalhekk il-prinċipju tal-impożizzjoni tad-dazju, iżda biss ir-rata tad-dazju preċiża. L-annullamenti preċedenti invokati mill-partijiet interessati, għall-kuntrarju, kienu jikkonċernaw is-sejbiet dwar id-dumping, id-dannu u l-interess tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet qiesu li kien aktar xieraq li jiġu adottati miżuri ġodda għall-futur. |
(111) |
B'mod partikolari, f'dan il-każ, ma kien hemm ebda ħtieġa li titfittex informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati. Minflok, il-Kummissjoni kellha tevalwa l-informazzjoni li kienet ġiet ippreżentata, iżda mhux evalwata qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. F'kull każ, il-prassi preċedenti f'każijiet oħra ma tistax tikkostitwixxi assigurazzjoni preċiża u inkundizzjonata għal dan il-każ. |
(112) |
Fl-aħħar nett, il-partijiet kollha li kontrihom huwa dirett il-proċediment, jiġifieri l-produtturi esportaturi kkonċernati, kif ukoll il-partijiet fil-kawżi tal-Qrati u l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta waħda minn dawn il-partijiet, ġew infurmati bid-divulgazzjoni tal-fatti rilevanti li abbażi tagħhom il-Kummissjoni beħsiebha tadotta din il-valutazzjoni għal TES/TI. Għaldaqstant, id-drittijiet tad-difiża tagħhom huma mħarsa. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota b'mod partikolari li importaturi mhux relatati, fi proċediment antidumping, ma jgawdux id-drittijiet tad-difiża, billi dawn il-proċeduri mhumiex diretti kontrihom (40). |
(113) |
Fir-rigward tad-deroga allegata għall-prinċipju ta' nonretroattività, issir referenza għall-premessi 67 sa 72 fejn din ġiet indirizzata b'mod estensiv. |
(114) |
Rigward l-applikazzjoni allegata ta' żewġ sistemi legali differenti fl-implimentazzjoni attwali, issir referenza għall-premessi 87 sa 90 fejn din ġiet indirizzata b'mod estensiv. |
(115) |
Fl-aħħar nett, rigward il-kummenti pprovduti minn FESI wara d-divulgazzjoni tal-valutazzjoni għal TES tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kkonċernati, dawn ġew indirizzati kompletament mill-Kummissjoni fir-Regolament attwali fil-premessi 32 u 39 hawn fuq. |
Kwistjonijiet proċedurali oħra
(116) |
FESI sostniet li l-istess drittijiet proċedurali kellhom jingħataw lill-produtturi esportaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali bħal dawk mogħtija lill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul l-investigazzjoni oriġinali. FESI sostniet, b'mod partikolari, li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi ma ngħatawx l-opportunità li jikkumplimentaw il-formuli tal-talbiet tagħhom għal TES/TI permezz ta' ittri ta' defiċjenza u li twettqet biss analiżi ta' dokumenti minflok ma saru żjarat ta' verifika fuq il-post. Barra minn hekk, FESI żiedet tgħid li l-Kummissjoni ma żguratx it-twassil dovut tal-valutazzjoni tat-talbiet għal TES/TI lill-produtturi esportaturi kkonċernati. |
(117) |
FESI kompliet targumenta li l-produtturi esportaturi kkonċernati b'din l-implimentazzjoni ma kellhomx l-istess garanziji proċedurali bħal dawk li ġew applikati fl-investigazzjonijiet antidumping standard, iżda ġew applikati standards aktar stretti. FESI sostniet li l-Kummissjoni ma qesitx il-perjodu latenti bejn il-preżentazzjoni tat-talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali u l-valutazzjoni ta' dawn it-talbiet. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi matul l-investigazzjoni oriġinali ngħataw biss 15-il jum biex jimlew it-talbiet għal TES/TI, minflok il-perjodu normali ta' 21 jum. |
(118) |
Barra minn hekk, FESI ddikjarat li l-Kummissjoni applikat fatti de facto disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-Kummissjoni ma kkonformatx mar-regoli proċedurali stipulati fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. |
(119) |
Il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-ġurisprudenza, l-oneru tal-provi jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jitlob għal TES/TI skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, kif sostnut mill-Qorti fis-sentenzi Brosmann u Aokang, l-Istituzzjonijiet mhumiex obbligati li jippruvaw li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għar-rikonoxximent ta' dan l-istatus. Għall-kuntrarju ta' dan, hija l-Kummissjoni li għandha tivvaluta jekk l-evidenza pprovduta mill-produttur ikkonċernat hijiex biżżejjed sabiex turi li l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati sabiex jingħatalu TES/TI (ara l-premessa 32). Id-dritt għal smigħ jikkonċerna l-opportunità li l-parti tesprimi l-fehmiet tagħha u l-Kummissjoni tqis dawn il-fehmiet. |
(120) |
F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar li ma hemm l-ebda obbligu li l-Kummissjoni titlob li l-produttur esportatur jikkumplimenta t-talba għal TES. Kif imsemmi fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni tista' tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur esportatur. Fi kwalunkwe każ, il-produtturi esportaturi kkonċernati ma kkontestawx il-valutazzjoni tat-talbiet tagħhom għal TES/TI mill-Kummissjoni, u ma identifikawx liema dokumenti jew persuni ma għadhomx aktar disponibbli. Għaldaqstant, l-allegazzjoni tant hija astratta li l-Kummissjoni ma tistax tqis dawk id-diffikultajiet meta twettaq il-valutazzjoni tat-talbiet għal TES. Billi dan l-argument huwa bbażat fuq spekulazzjoni u mhux appoġġjat minn indikazzjonijiet preċiżi dwar liema dokumenti u persuni ma għadhomx aktar disponibbli u dwar ir-rilevanza ta' dawn id-dokumenti u persuni għall-valutazzjoni tat-talba għal TES/TI, dan l-argument għandu jiġi rifjutat. |
(121) |
Rigward l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, fil-każ attwali l-Kummissjoni aċċettat l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi kkonċernati u ma ċaħditx din l-informazzjoni u bbażat il-valutazzjoni tagħha fuqha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma applikatx l-Artikolu 18. Minn dan jirriżulta li ma kienx hemm bżonn li tiġi segwita l-proċedura skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. Il-proċedura skont l-Artikolu 18(4) hija segwita f'każijiet fejn il-Kummissjoni beħsiebha tirrifjuta ċerta informazzjoni pprovduta mill-parti interessata u tuża l-fatti disponibbli minflok. |
Żbalji ċari fil-valutazzjoni ta' talbiet għal TES/TI
(i) valutazzjoni għal TES
(122) |
Rigward il-Kriterju 1, FESI kkontestat il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-talbiet għal TES tal-fornituri Ċiniżi u Vjetnamiżi kkonċernati. FESI talbet lill-Kummissjoni biex tipprovdi aktar informazzjoni dettaljata li fuq il-bażi tagħha ġie konkluż li d-deċiżjonijiet tan-negozju tat-tliet fornituri Ċiniżi u Vjetnamiżi ma tqisux skont is-sinjali tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat. F'dan ir-rigward, FESI fakkret li, skont il-Kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jeħtieġ li l-indħil mill-Istat imur lil hinn minn sempliċi influwenza. |
(123) |
Rigward il-Kriterju 2, FESI osservat li hija ma kinitx f'pożizzjoni li tifhem ir-raġunijiet bażiċi għar-rfjut tat-TES minħabba l-ambigwità tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni. |
(124) |
Rigward il-Kriterju 3, li tirreferi għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża T-586/14 Xinyi OV vs Il-Kummissjoni, FESI argumentat li l-inċentivi fiskali jew is-sistemi ta' taxxa preferenzjali ma kienu indikattivi tal-ebda distorsjoni jew imġiba ta' ekonomija mhux tas-suq. |
(125) |
Fuq din il-bażi, il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u lanqas ma pprovdiet raġunijiet xierqa għar-rifjut tat-talbiet għal TES tal-produtturi esportaturi. |
(126) |
Rigward it-talba għal informazzjoni aktar dettaljata fit-talbiet għal TES/TI tat-tliet fornituri Ċiniżi u Vjetnamiżi li fuq il-bażi tagħha l-Kummissjoni ċaħdet il-Kriterju 1, ta' min jinnota li din l-informazzjoni ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali billi kien fiha sigrieti kummerċjali. Din l-informazzjoni ma setgħetx tiġi divulgata bħala tali, u sommarju mhux kunfidenzjali tagħha jista' jiġi pprovdut lill-partijiet interessati. |
(127) |
Rigward il-Kriterju 3, il-Kummissjoni tikkonferma li ma tqies l-ebda inċentiv fiskali jew sistema fiskali preferenzjali (jekk ikun hemm) bħala raġuni sabiex tiġi miċħuda t-talba għal TES. |
(128) |
Fl-aħħar nett, rigward il-Kriterju 2, l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jistipula b'mod ċar li l-impriżi jrid ikollhom sett wieħed ta' rekords kontabilistiċi bażiċi, li huma awditjati b'mod indipendenti f'konformità mal-istandards internazzjonali ta' kontabilità u li jiġu applikati għall-għanijiet kollha. L-ebda wieħed mill-fornituri Ċiniżi jew Vjetnamiżi kkonċernati ma ssodisfa dawn ir-rekwiżiti. Kif spjegat fil-premessa 35, in-nuqqasijiet osservati kienu n-nuqqas ta' kontijiet awditjati jew l-opinjonijiet tal-awditur, kwistjonijiet gravi enfasizzati mill-awdituri fl-opinjoni tagħhom (bħal nonkonformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità) u kontradizzjonijiet rigward self bejn ċerti dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tat-talba għal TES u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji. |
(129) |
Għaldaqstant, it-talbiet kollha li għamlet FESI ġew miċħuda u s-sejbiet stabbiliti fil-premessi 32 sa 39 ġew ikkonfermati. |
(ii) valutazzjoni għal TI
(130) |
B'referenza għall-Kriterju 2, FESI l-ewwel argumentat li l-Kummissjoni ma wrietx li l-bejgħ ta' esportazzjonijiet ma ġewx determinati b'mod liberu u li l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi jekk u kif il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew affettwati minħabba l-indħil mill-Istat. |
(131) |
Barra minn hekk, FESI argumentat li s-sejba li l-bejgħ ta' esportazzjonijiet ma ġewx determinati b'mod ħieles tikkontradixxi s-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali relatati mal-bejgħ ta' fabbrikanti tat-tagħmir oriġinali (“FTO”) fejn ġie stabbilit li l-importaturi bħal Puma u Timberland kienu qed iwettqu r-R&Ż tagħhom stess u l-forniment tal-materja prima meta jixtru mingħand il-fornituri tagħhom (41). Fuq din il-bażi, FESI sostniet li Puma u Timberland kellhom kontroll sinifikanti fuq il-proċess u l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni u li għaldaqstant ma kienx hemm il-possibbiltà ta' ndħil mill-Istat. |
(132) |
Kif diġà ntqal fil-premessa 41 ta' hawn fuq, l-oneru tal-provi jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jitlob għal TI. Kif spjegat hawn fuq fil-premessa 46, il-produtturi esportaturi naqsu milli juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali kienu ttieħdu mingħajr indħil mill-Istat. Ta' min jinnota wkoll li l-Kriterju 2 tat-TI mhux qed jirreferi biss għal prezzijiet tal-esportazzjoni, iżda b'mod ġenerali għall-bejgħ tal-esportazzjoni inklużi l-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjonijiet u kundizzjonijiet u termini oħrajn tal-bejgħ li għandhom jiġu ddeterminati b'mod ħieles mingħajr indħil mill-Istat. |
(133) |
B'appoġġ għall-argument tagħha li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kienu ddeterminati b'mod ħieles, FESI rreferiet għall-premessa 269 tar-Regolament provviżorju. Madankollu, din il-premessa indirizzat il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-importaturi fl-Unjoni u għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu bħala bażi xierqa biex tiġi stabbilita l-affidabbiltà tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi. Bl-istess mod, ir-referenza għall-premessa 132 tar-Regolament provviżorju u l-premessa 135 tar-Regolament ikkontestat tirreferi għall-aġġustamenti li saru għall-valur normali meta jitqabbel mal-prezz tal-esportazzjonijiet u ma tippermetti l-ebda konklużjoni dwar jekk il-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-kumpaniji Vjetnamiżi ġewx determinati b'mod ħieles. |
(134) |
Barra minn hekk, FESI ddikjarat li l-Kummissjoni lanqas ma spjegat kif waslet għall-konklużjoni li jkun hemm riskju ta' ċirkomvenzjoni tal-miżura antidumping jekk il-produtturi esportaturi kkonċernati jingħataw rata ta' dazju individwali li, madankollu, tkun l-iskop sottostanti tal-kriterji tat-TI. |
(135) |
Rigward ir-riskju ta' ċirkomvenzjoni, dan huwa biss kriterju wieħed minn ħamsa elenkati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emenda tiegħu. Skont dan l-Artikolu, il-ħames kriterji kollha għandhom jitqiesu bħala ssodisfati mill-produttur esportatur. Għaldaqstant, in-nuqqas ta' waħda jew aktar mill-kriterji huwa biżżejjed biex it-talba għal TI tiġi rifjutata mingħajr ma jiġi eżaminat jekk ġewx issodisfati l-kriterji l-oħrajn. |
E. KONKLUŻJONIJIET
(136) |
Wara li tqiesu l-kummenti magħmula u l-analiżi tagħhom, ġie konkluż li fil-każ ta' General Footwear Ltd id-dazju antidumping residwu applikabbli għaċ-Ċina, jiġifieri 16,5 % u fil-każ ta' Diamond Vietnam Co Ltd u Ty Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd (“Ty Hung Co Ltd”) id-dazju antidumping residwu applikabbli għall-Vjetnam, jiġifieri 10 % għandhom ikunu imposti mill-ġdid għall-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament ikkontestat. |
(137) |
Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B'dan huwa impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' lbies għar-riġlejn b'partijiet ta' fuq tal-ġilda jew ta' ġilda komposta, għajr ilbies għar-riġlejn tal-isport, ilbies għar-riġlejn li jinvolvi teknoloġija speċjali, papoċċi u lbies għar-riġlejn ieħor għal ġewwa u lbies għar-riġlejn b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba', li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u prodotti mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Artikolu 1(3) hawn taħt u li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM: 6403 20 00, ex 6403 30 00 (42), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00 (43) li seħħew matul il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009. Il-kodiċijiet TARIC huma mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
— |
“lbies tal-isport għar-riġlejn” għandha tfisser ilbies għar-riġlejn skont it-tifsira tan-nota 1 tas-subintestatura għall-Kapitolu 64 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (44); |
— |
“lbies għar-riġlejn li jinvolvi teknoloġija speċjali” għandha tfisser ilbies għar-riġlejn li għandu prezz tas-CIF għal kull par ta' mhux inqas minn EUR 7,5, għall-użu f'attivitajiet sportivi, b'suletta iffurmata b'saff wieħed jew iżjed, mhux injettata, manifatturat minn materjali sintetiċi ddisinjati b'mod speċjali biex jassorbu l-impatt ta' movimenti vertikali jew laterali u b'karatteristiċi tekniċi bħal kuttunar ermetiku li fih gass jew fluwidu, komponenti mekkaniċi li jassorbu jew jinnewtralizzaw l-impatt, jew materjali bħal polimeri ta' densità baxxa u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98; |
— |
“lbies għar-riġlejn b'maskaretta protettiva” għandha tfisser ilbies għar-riġlejn li jinkorpora maskaretta protettiva b'reżistenza għall-impatti ta' mill-anqas 100 joule (45) u li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM: ex 6403 30 00 (46), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00; |
— |
“papoċċi u lbies tar-riġlejn ieħor ta' ġewwa” għandha tfisser dak l-ilbies għar-riġlejn li jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 6405 10 00. |
3. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-produtturi esportaturi elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju antidumping |
Kodiċi TARIC Adizzjonali |
RPĊ |
General Footwear Ltd |
16,5 % |
A999 |
Il-Vjetnam |
Ty Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd |
10 % |
|
Diamond Vietnam Co. Ltd |
|
Artikolu 2
L-ammonti garantiti bħala dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti li jaqbżu r-rata definittiva tad-dazji antidumping għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 553/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 98, 6.4.2006, p. 3).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 275, 6.10.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2008 tad-29 ta' April 2008 li jestendi l-miżuri antidumping definittivi imposti mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-istess prodott konsenjati mill-Makaw SAR, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Makaw SAR u kemm jekk le (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 1).
(5) ĠU C 251, 3.10.2008, p. 21.
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1294/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ċertu tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352, 30.12.2009, p. 1).
(7) ĠU C 295, 11.10.2013, p. 6.
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE tat-18 ta' Marzu 2014 li tirrifjuta l-proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (ĠU L 82, 20.3.2014, p. 27).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(10) Mill-1 ta' Mejju 2016 daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1) li jissostitwixxi l-KDK. Id-dispożizzjonijiet sostanzjali inkwistjoni f'din il-kawża baqgħu l-istess.
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1).
(12) Il-Kawżi magħquda 97, 193, 99 u 215/86 Asteris AE u oħrajn u r-Repubblika Ellenika v il-Kummissjoni [1988] Ġabra 2181, il-paragrafi 27 u 28.
(13) Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, paragrafu 31; il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs Il-Kunsill [2000] I-8147, il-paragrafi 80 sa 85; il-Kawża T-301/01 Alitalia vs il-Kummissjoni [2008] II-1753, il-paragrafi 99 u 142; il-Kawżi Magħquda T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas de Calais vs il-Kummissjoni [2011] II-1999, il-paragrafu 83.
(14) Il-Kawża C-415/96 (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 13); il-Kawża C-458/98 (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 13).
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 ġie emendat sussegwentement bir-Regolament (UE) Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwa il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ĠU L 237, 3.9.2012, p. 1-2. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 765/2012, l-emendi introdotti b'dak ir-Regolament emendatorju japplikaw biss għal investigazzjonijiet mibdija wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-investigazzjoni preżenti nbdiet fis-7 ta’ Lulju 2005 (ĠU C 166, 7.7.2005, p. 14)
(17) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 52).
(18) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 tat-13 ta' Settembru 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata tagħha Freetrend Industrial A (il-Vjetnam) Co, Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Golden Star Co, Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 245, 14.9.2016, p. 16).
(19) Il-Kawża C-458/98 P, Industrie des Poudres Sphériques v il-Kunsill [2000] I-8147
(20) Il-kummenti ta' FESI ġew irreġistrati wkoll f'isem Puma SE u Timberland Europe BV.
(21) Wolverine Europe BV, Wolverine Europe Limited u Damco Netherlands BV ma pprovdew l-ebda kumment speċifiku proprju dwar id-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali u sempliċement irreferew għall-kummenti ta' FESI fil-11 ta' Awwissu.
(22) Il-Kawża 270/84 Licata v ESC [1986] Ġabra 2305, il-paragrafu 31; il-Kawża C-60/98 Butterfly Music v CEDEM [1999] Ġabra 1-3939, il-paragrafu 24; il-Kawża 68/69 Bundesknappschaft v Brock [1970] Ġabra 171, il-paragrafu 6; il-Kawża 1/73 Westzucker GmbH v Einfuhrund Vorratsstelle für Zucker [1973] 723, il-paragrafu 5; il-Kawża 143/73 SOPAD v FORMA a.o. [1973] Ġabra 1433, il-paragraph 8; il-Kawża 96/77 Bauche [1978] Ġabra 383, il-paragrafu 48; il-Kawża 125/77 KoninklijkeScholten-Honig NV v Floofdproduktschaap voor Akkerbouwprodukten [1978] Ġabra 1991, il-paragrafu 37; il-Kawża 40/79 Ρ v il-Kummissjoni [1981] Ġabra 361, il-paragrafu 12; il-Kawża T-404/05 il-Greċja v il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-272, il-paragrafu 77; C-334/07 Ρ il-Kummissjoni v Freistaat Sachsen [2008] Ġabra 1-9465, il-paragrafu 53.
(23) Il-Kawża T-176/01 Ferrière Nord ν il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-3931, il-paragrafu 139; C-334/07 (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 22).
(24) ĠU C 166, 7.7.2005, p. 14.
(25) Il-Kawża C-169/95 Spanja v il-Kummissjoni [1997] Ġabra I-135, il-paragrafu 51 sa 54; Il-Kawżi Magħquda T-116/01 u T-118/01, P&O European Ferries (Vizcaya) SA v il-Kummissjoni [2003] Ġabra II-2957, il-paragrafu 205.
(26) Il-Kawża C-34/92 GruSa Fleisch v Hauptzollamt Hamburg-Jonas [1993] Ġabra I-4147, il-paragrafu 22. L-istess formulazzjoni jew waħda simili jistgħu jinstabu pereżempju fil-Kawżi Magħquda minn 212 sa 217/80, Meridionale Industria Salumi α.δ. [1981] Ġabra 2735, il-paragrafu 9 u 10; il-Kawża 21/81 Bout [1982] Ġabra 381, il-paragrafu 13; il-Kawża T-42/96 Eyckeler & Malt v il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-401, il-paragrafi 53 u 55 sa 56; Il-Kawża T-180/01 Eurogari vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-369, il-paragrafi 36 sa 37.
(27) Ara wkoll, il-Kawża C-337/88 Società Agricola fattoria alimentare (SAFA) [1990] Ġabra I-1, il-paragrafu 13.
(28) Il-Kawża 245/81 Edeka v il-Ġermanja [1982] Ġabra 2746, il-paragrafu 27.
(29) Il-Kawża T-299/05, Shanghai Exceli M&E Enterprise u Shanghai Adeptech Precision v il-Kunsill [2009] Ġabra II-565, il-paragrafi 116 sa 146.
(30) Il-Kawża C-141/08 P, Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware Co. Ltd v il-Kunsill [2009] I-9147, il-paragrafu 94 u l-paragrafi sussegwenti.
(31) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 11.
(32) ĠU L 343 22.12.2009, p. 51.
(33) Ir-Regolament (UE) Nru 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 344, 14.12.2012, p. 1).
(34) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq antidumping u antisussidji (ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10), il-premessa 6.
(35) Ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1).
(36) Ara, pereżempju, il-Kawża T-221/05 Huvis v il-Kunsill [2008] Ġabra II-124 u l-Kawża T-249/06 Interpipe Nikopolsky v il-Kunsill [2009] Ġabra II-303. Għall-finijiet ta' kompletezza, l-ispjegazzjonijiet li ġejjin jidhru utli: Fil-Kawża T-107/08 ENRC vs il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li ma kienx hemm dumping, jew, tal-inqas, il-marġni tad-dumping stabbilit kien ikun inqas minn dak ikkalkolat fir-Regolament ikkontestat, u, għaldaqstant, annullat ir-Regolament tal-Kunsill ikkontestat fl-intier tiegħu (il-Kawża T-107/08 ENRC vs il-Kunsill [2011] Ġabra II-8051, il-paragrafi minn 67 sa 70). Meta l-Kummissjoni applikat il-metodu preskritt mill-Qorti Ġenerali, irriżulta li ma kienx hemm dumping u lanqas ħsara. Il-Kummissjoni għaldaqstant astjeniet milli formalment terġa' tibda l-investigazzjoni. Fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-351/04 Ikea (il-Kawża C-351/04 Ikea [2007] Ġabra I-7723), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet parzjalment iddikjarat invalidu r-Regolament tal-Kunsill, jiġifieri sa fejn id-dazju kien ġie kkalkulat billi bbażat ruħha fuq it-teknika tal-hekk imsejjaħ “riduzzjoni għal żero”. L-istituzzjonijiet kienu kkalkolaw mill-ġdid id-dazju mingħajr l-użu taż-zeroing fi stadju aktar bikri, wara deċiżjoni tal-korp tal-appelli tad-WTO, u kkonstataw li l-ebda dumping ma kien seħħ, u għalhekk temmu l-investigazzjoni mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri (jiġifieri effettivament stabbilixxew dazju ġdid b'rata żero) (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/97 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Eġittu, mill-Indja u mill-Pakistan u li jelimina l-proċedura fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU L 26, 30.1.2002, p. 1). Fil-Kawża T-498/04 Zheijiang Xinan Chemical Group vs il-Kunsill (il-Kawża T-498/04 Zheijiang Xinan Chemical Group vs il-Kunsill [2009] Ġabra I-1969), il-Kunsill ressaq appell. Għaldaqstant, l-annullament daħal fis-seħħ biss fid-data li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha dwar l-appell (il-Kawża C-337/09 P il-Kunsill vs Zheijiang Xinan Chemical Group [2012] Ġabra I-471), li seħħ fid-19 ta' Lulju 2012. F'din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali, ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja, sabet li l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu obbligati jagħtu trattament ta' ekonomija tas-suq lill-applikant, li kien l-unika kumpanija Ċiniża li esportat il-prodott ikkonċernat waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. F'dan il-każ, għall-kuntrarju tal-każ preżenti, il-Kummissjoni u l-Kunsill fil-fatt wettqu l-analiżi tat-talba għal trattament tal-ekonomija tas-suq u kienu ċaħdu dik it-talba bħala bla bażi. Il-Qrati tal-Unjoni ddeċidew li — għall-kuntrarju tal-fehma espressa mill-Kummissjoni u mill-Kunsill — it-talba effettivament kellha bażi, u għaldaqstant il-valur normali kellu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-dejta pprovduta minn Zheijiang Xinan Chemical Group. Il-Kummissjoni normalment tkompli l-proċedura, sabiex tipproponi li l-Kunsill jimponi dazju għall-futur. Madankollu, f'dan il-każ, il-Kummissjoni (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/383/KE tal-14 ta' Mejju 2009 li tissospendi d-dazji definittivi ta' antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/2004 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' glyphosate li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 20)) u l-Kunsill (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 126/2010 tal-11 ta' Frar 2010 li jestendi s-sospensjoni tad-dazju definittiv kontra d-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1683/2004 fuq importazzjonijiet tal-glyphosate li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 40, 13.2.2010, p. 1)) fl-2009 u fl-2010 kienu ddeċidew li jissospendu d-dazju antidumping għall-perjodu sa tmiem l-applikabbiltà tiegħu fit-30 ta' Settembru 2010, billi ma kienx probabbli li se terġa' tibda l-ħsara minħabba l-livelli għolja ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li terġa' tibda l-proċedura minħabba l-impożizzjoni ta' dazju għall-futur. Ma kien hemm l-ebda skop li l-proċedura tissokta minħabba l-impożizzjoni mill-ġdid għall-passat: Għall-kuntrarju tal-każ preżenti, ma kien hemm l-ebda teħid ta' kampjuni. Fil-fatt, Zheijiang Xinan Chemical Group kien l-uniku produttur esportatur li kellu bejgħ lejn is-suq tal-Unjoni waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Billi l-Kummissjoni u l-Kunsill kienu jkunu obbligati jagħtu trattament ta' ekonomija tas-suq lil Zheijiang Xinan Chemical Group, il-Qrati tal-Unjoni kienu annullaw is-sejba ta' dumping. Il-Kawża T-348/05 JSC Kirovo-Chepetsky vs Il-Kunsill (il-Kawża T-348/05 JSC Kirovo-Chepetsky vs il-Kunsill [2008] Ġabra II-159) hija kawża partikolari ħafna. Il-Kummissjoni kienet tat bidu għal reviżjoni interim parzjali wara talba mill-industrija tal-Unjoni, u f'dik l-okkażjoni kienet wessgħet l-ambitu tal-prodotti kkonċernati, billi ġie inkluż prodott differenti. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li ma kienx possibbli li wieħed jipproċedi b'dan il-mod, iżda li kien hemm bżonn li titnieda investigazzjoni separata fil-prodott li kien ġie miżjud. Fuq il-bażi tal-prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni ta' res iudicata, ma kien hemm l-ebda ambitu biex l-istituzzjonijiet ikomplu bir-rieżami interim parzjali wara l-annullament.
(37) Ara pereżempju r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 tat-18 ta' Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2005 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjoni ta' fibri diskontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Arabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjoni ta' fibri disontinwi tal-poljester li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jtemm il-proċedura antidumping fir-rigward ta' tali importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan (ĠU L 125, 21.5.2009, p. 1) (f'konformità ma' Huvis); Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 540/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 954/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, ir-Rumanija, ir-Russja u l-Ukraina (ĠU L 165, 26.6.2012, p. 1) (f'konformità ma' Interpipe Nikopolsky).
(38) Ara pereżempju l-Kawża C-338/10 Gruenwald Logistik Services [2012] Ġabra I-158 u l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 158/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 49, 22.2.2013, p. 29). Ara wkoll l-eżempji li ġejjin: Fil-Kawża T-158/10 Dow vs il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali sabet li ma kienx hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping (Il-Kawża T-158/10 Dow vs il-Kunsill [2012] Ġabra II-218, il-paragrafi 47 u 59). Fil-Kawża T-107/04 Aluminium Silicon Mill Products vs il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali sabet li ma kienx hemm rabta ta' kawżalità bejn id-dumping u d-dannu (il-Kawża T-107/04 Aluminium Silicon Mill Products vs il-Kunsill [2007] Ġabra II-672, il-paragrafu 116). Skont il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta' res judicata, il-Kummissjoni u l-Kunsill huma marbuta bis-sejbiet tal-Qrati tal-Unjoni, fejn dawn ikunu jistgħu, fuq il-bażi tal-fatti quddiemhom, jaslu għal konklużjoni definittiva dwar id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għalhekk ma jistgħux jiddevjaw mis-sejbiet tal-Qorti tal-Unjoni. F'sitwazzjoni bħal din, l-investigazzjoni tkun magħluqa permezz tas-sentenza tal-Qrati tal-Unjoni, li jaslu għal konklużjoni definittiva li l-ilment tal-industrija tal-Unjoni ma huwiex ibbażat fid-dritt. Wara dawn iż-żewġ sentenzi, għalhekk ma kienx hemm lok għall-Kummissjoni u l-Kunsill biex jibdew investigazzjoni, li hija r-raġuni għaliex ma ttieħed l-ebda pass ieħor wara dawn is-sentenzi.
(39) Il-Kawża C-138/09 Todaro [2010] Ġabra I-4561.
(40) Il-Kawża T-167/94 Nölle v il-Kunsill u l-Kummissjoni [1995] II-2589, il-paragrafu 62 u 63.
(41) Ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2).
(42) Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta' Ottubru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1) dan il-kodiċi NM huwa sostitwit fl-1 ta' Jannar 2007 mill-kodiċijiet NM ex 6403 51 05, ex 6403 59 05, ex 6403 91 05 u ex 6403 99 05.
(43) Kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.
(44) Ir-Regolament (KE) Nru 1719/2005 (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 43).
(45) Ir-reżistenza tal-impatt għandha titkejjel skont in-Normi Ewropej EN345 jew EN346.
(46) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1549/2006 (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 42) dan il-kodiċi NM huwa sostitwit fl-1 ta' Jannar 2007 mill-kodiċijiet NM ex 6403 51 05, ex 6403 59 05, ex 6403 91 05 u ex 6403 99 05.
ANNESS
Kodiċi TARIC għall-ilbies tar-riġlejn bil-partijiet ta' fuq tal-ġilda jew ġilda komposta kif definit fl-Artikolu 1:
(a) |
Mis-7 ta' Ottubru 2006: 6403300039, 6403300089, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080 |
(b) |
Mill-1 ta' Jannar 2007: 6403510519, 6403510599, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403590519, 6403590599, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403910519, 6403910599, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403990519, 6403990599, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080 |
(c) |
Mis-7 ta' Settembru 2007: 6403510515, 6403510518, 6403510595, 6403510598, 6403511191, 6403511199, 6403511591, 6403511599, 6403511991, 6403511999, 6403519191, 6403519199, 6403519591, 6403519599, 6403519991, 6403519999, 6403590515, 6403590518, 6403590595, 6403590598, 6403591191, 6403591199, 6403593191, 6403593199, 6403593591, 6403593599, 6403593991, 6403593999, 6403599191, 6403599199, 6403599591, 6403599599, 6403599991, 6403599999, 6403910515, 6403910518, 6403910595, 6403910598, 6403911195, 6403911198, 6403911395, 6403911398, 6403911695, 6403911698, 6403911895, 6403911898, 6403919195, 6403919198, 6403919395, 6403919398, 6403919695, 6403919698, 6403919895, 6403919898, 6403990515, 6403990518, 6403990595, 6403990598, 6403991191, 6403991199, 6403993191, 6403993199, 6403993391, 6403993399, 6403993691, 6403993699, 6403993891, 6403993899, 6403999195, 6403999198, 6403999325, 6403999328, 6403999395, 6403999398, 6403999625, 6403999628, 6403999695, 6403999698, 6403999825, 6403999828, 6403999895, 6403999898, 6405100081 u 6405100089 |