Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1347

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1347 tat-8 ta' Awwissu 2016 li jemenda għall-250 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    C/2016/5252

    ĠU L 214, 9.8.2016, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1347/oj

    9.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 214/12


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1347

    tat-8 ta' Awwissu 2016

    li jemenda għall-250 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fit-3 ta' Awwissu 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni fiżiċi mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

    (3)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti ta' Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

    (a)

    “Aslan Avgazarovich Byutukaev (psewdonimu (a) Аслан Авгазарович Бютукаев, (b) Amir Khazmat, (c) Амир Хазмат, (d) Abubakar, (e) Абубакар. Data tat-twelid: 22.10.1974. Post tat-twelid: Kitaevka, Distrett ta' Novoselitskiy, Reġjun ta' Stavropol, il-Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: Il-Federazzjoni Russa. Indirizz: Akharkho Street, 11, Katyr-Yurt, Distrett ta' Achkhoy-Martanovskiy, iċ-Ċeċenja, il-Federazzjoni Russa. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 3.8.2016.”

    (b)

    “Ayrat Nasimovich Vakhitov (psewdonimu (a) Айрат Насимович Вахитов, (b) Salman Bulgarskiy, (c) Салман Булгарский. Data tat-twelid: 27.3.1977. Post tat-twelid: Naberezhnye Chelny, ir-Repubblika ta' Tatarstan, il-Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: Il-Federazzjoni Russa. Informazzjoni oħra: Jista' juża passaport falz ta' ċittadin Sirjan jew Iraqqin. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 3.8.2016.”


    Top