EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 32016R1334

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1334 tal-4 ta' Awwissu 2016 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU L 212, 5.8.2016, blz. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Juridische status van het document Van kracht

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1334/oj

5.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1334

tal-4 ta' Awwissu 2016

li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

L-informazzjoni li tirrigwarda żewġ persuni elenkati fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 għandha tiġi aġġornata.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2016/44 għandu jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 għandu jiġi emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt, kif stipulat fit-taqsima A tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44, huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“21.

SALEH ISSA GWAIDER, Agila

data tat-twelid 1 ta' Ġunju 1942

Post tat-twelid: Elgubba, il-Libja.

Passaport D001001 (il-Libja) maħruġ fit-22 ta' Jannar 2015

Agila Saleh ilu President tal-Kunsill tad-Deputati Libjan fil-Kamra tar-Rappreżentanti mill-5 ta' Awwissu 2014.

Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015.

Bħala President tal-Kunsill tad-Deputati, Saleh fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta li ssir votazzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti fit-23 ta' Frar 2016 dwar il-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali (‘GKN’).

Fit-23 ta' Frar 2016 Saleh iddeċieda li joħloq kumitat li mistenni jiltaqa' ma' membri oħrajn tal-‘proċess Libjan-Libjan’ li jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

1.4.2016

22.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

data tat-twelid: 1 January 1956

Post tat-twelid: Misurata, il-Libja

Ċittadinanza: il-Libja

Passaport: A005465 (il-Libja), maħruġ 12 ta' April 2015, jiskadi 11 ta' April 2017

Khalifa Ghwell huwa l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru taad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNG’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' seba' brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-President tal-KNĠ Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-KNĠ, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-GKN stabbilit taħt il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru taad-Difiża’ tal-KNĠ ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kull membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru elett tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jirfes Tripli

1.4.2016”


Naar boven