Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1184

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1184 tat-18 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2265 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018

ĠU L 196, 21.7.2016, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1184/oj

21.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1184

tat-18 ta' Lulju 2016

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2265 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 (1) jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018. Ġew deċiżi volumi adatti għal kull kwota tariffarja sabiex tiġi żgurata provvista adegwata għall-industrija tal-Unjoni għall-perijodu 2016–2018.

(2)

It-tielet paragrafu tan-nota 2 f'qiegħ il-paġna tal-Anness għar-Regolament (UE) 2015/2265 jiddeskrivi l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li għalihom jistgħu jintużaw ċerti kwoti tariffarji. Dak il-paragrafu ma jinkludix it-tfettit fost l-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2760 fir-rigward tal-merluzz iffriżat u l-pink cusk-eel.

(3)

Għal dik il-kwota tariffarja li trid tintuża, jixraq li jiġi inkluż it-tfettit bħala operazzjoni li tikkwalifika.

(4)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) 2015/2265 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-perijodu li fih il-kwoti miftuħa mir-Regolament (UE) 2015/2265 japplikaw fl-ewwel sena jibda mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016. Billi jeħtieġ li jiġi żgurat trattament indaqs tal-operaturi ekonomiċi, dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b'mod retroattiv b'effett mill-1 ta' Jannar 2016,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tielet paragrafu tan-nota 2 f'qiegħ il-paġna tal-Anness għar-Regolament (UE) 2015/2265, jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

it-tfettit għal materjali skont il-kodiċijiet tan-NM ex 0303 66 11, 0303 66 12, 0303 66 13, 0303 66 19, 0303 89 70, 0303 89 90”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018 (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 4).


Top