EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0999

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/999 tal-21 ta' Ġunju 2016 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 għal-laħam iffriżat tal-annimali bovini

ĠU L 164, 22.6.2016, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/999/oj

22.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/999

tal-21 ta' Ġunju 2016

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 għal-laħam iffriżat tal-annimali bovini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tal-annimali bovini.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk jeħtieġ li jiġi ddeterminat kif jistgħu jinħarġu d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkolat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3) flimkien mal-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta' Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni ta' laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Nru tal-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017

(f'%)

09.4003

27,608280


Top