Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0657

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/657 tas-27 ta' April 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Lietuviškas skilandis (STG))

    C/2016/2409

    ĠU L 114, 28.4.2016, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/657/oj

    28.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 114/6


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/657

    tas-27 ta' April 2016

    li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Lietuviškas skilandis (STG))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 u l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Litwanja ppreżentat id-denominazzjoni “Lietuviškas skilandis” bil-ħsieb li din tkun tista' tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

    (2)

    Id-denominazzjoni “Skilandis” kienet ġiet irreġistrata qabel (2) mingħajr riżerva tad-denominazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (3) bħala speċjalità tradizzjonali garantita. Wara l-proċedura nazzjonali ta' oppożizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Skilandis” ġiet ikkomplimentata bit-terminu “Lietuviškas” li jidentifika l-karattru tradizzjonali u speċifiku tagħha, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

    (3)

    Il-Kummissoni eżaminat it-talba mressqa tad-denominazzjoni “Lietuviškas skilandis” u sussegwentement ippubblikatha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

    (4)

    Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Lietuviškas skilandis” għandha tiddaħħal fir-reġistru,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B'dan, id-denominazzjoni “Lietuviškas skilandis” (STG) qed tiddaħħal fir-reġistru.

    L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-STG “Skilandis” għandha titqies li hi l-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Lietuviškas skilandis” bir-riżerva tad-denominazzjoni.

    Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.), kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (5).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Skilandis (STG)] (ĠU L 10, 15.1.2010, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Ir-Regolament tħassar u nbidel bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

    (4)  ĠU C 355, 27.10.2015, p. 28.

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


    Top