EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0363

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/363 tal-14 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida

ĠU L 68, 15.3.2016, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/363/oj

15.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/363

tal-14 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/368 tal-14 ta' Marzu 2016 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK dwar miżuri restrittivi kontra membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (2) li jagħti effett lill-miżuri previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (3).

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2253 (2015) li tfakkar li l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL, magħruf ukoll bħala Da'esh) huwa sottogrupp dissidenti ta' Al-Qaida, u li kull individwu, grupp, impriża jew entità li jappoġġjaw lill-ISIL (Da'esh) jew Al-Qaida huwa eliġibbli biex jiġi elenkat min-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Fl-14 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/368 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK u li testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' miżuri restrittivi għal ċerti persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh).

(4)

Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex jiġu implimentati hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet leġislattivi li seħħew mill-adozzjoni tagħha.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titlu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida”.

(2)

Il-punt (5) tal-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“‘Kumitat tas-Sanzjonijiet’ tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267 (1999) dwar l-ISIL (Da'esh) u l-Al-Qaida;”.

(3)

Fl-Artikolu 1 jiżdied il-punt li ġej:

“7.

‘Awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif elenkat fl-Anness II.”.

(4)

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta', li huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuna fiżika jew ġuridika, entità, korp jew grupp elenkat fl-Anness I u l-Anness Ia, kemm jekk direttament jew indirettament, jew minn parti terza li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, għandhom jiġu ffriżati.”.

(5)

Fl-Artikolu 2 jiddaħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 2 tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, l-għoti ta' hosting fuq l-internet u servizzi relatati użati biex jiġu appoġġati l-ISIL (Da'esh), l-Al-Qaida u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi jew gruppi kif elenkati fl-Anness I; il-ħlas tal-pagament ta' riskatt lilhom, irrespettivament minn kif jew minn min jitħallas ir-riskatt; u r-riżorsi pprovduti fir-rigward tal-ivvjaġġar ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi l-ispejjeż imġarrba fir-rigward tat-trasport u tal-akkomodazzjoni tagħhom.”.

(6)

Fl-Artikolu 2(3), il-kliem “assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida” huwa sostitwit bil-kliem “assoċjati mal-ISIL (Da' esh) jew mal-organizzazzjoni Al-Qaida”.

(7)

Fl-Artikolu 2(4) il-kliem “dawn il-projbizzjonijiet” jiġi sostitwit bil-kliem “din il-projbizzjoni”.

(8)

Fl-Artikolu 2a(1)(a), il-kliem “,elenkati fl-Anness II,” huwa mħassar.

(9)

Fl-Artikolu 2a(1)(b)(iii), il-kliem “,kif elenkata fl-Anness II,” huwa mħassar.

(10)

Fl-Artikolu 2a(3), il-kelma “Komunità” tinbidel bil-kelma “Unjoni”.

(11)

Fl-Artikolu 5(1), il-kliem “Artikolu 284 tat-Trattat” huwa sostitwit bil-kliem “Artikolu 337 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”.

(12)

L-Artikolu 5(1)(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

tiġi pprovduta minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar fondi u riżorsi ekonomiċi miżmumin jew ikkontrollati filwaqt li jsir f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta', kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità, korp jew grupp elenkat fl-Anness I jew l-Anness Ia, jew dwar kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u, b'mod dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni.

B'mod partikolari tiġi provduta informazzjoni disponibbli rigward fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-pussess ta' jew ikkontrollati minn persuni nominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u elenkati fl-Anness I matul is-sitt xhur ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;”.

(13)

Fl-Artikolu 5(1)(b) il-kliem “mniżżla fl-Anness II,” huwa mħassar.

(14)

L-Artikolu 7b huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7b

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (*).

(*)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”"

(15)

Fl-Artikolu 13, il-kliem “Komunitajiet Ewropej” tiġi sostitwita bil-kliem “Unjoni Ewropea”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ lfil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK tas-27 ta' Mejju 2002 dwar miżuri restrittivi kontra membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4).


Top