This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0096
Regulation (EU) 2016/96 of the European Parliament and of the Council of 20 January 2016 amending Regulation (EU) No 1236/2010 laying down a scheme of control and enforcement applicable in the area covered by the Convention on future multilateral cooperation in the North-East Atlantic fisheries
Regolament (UE) 2016/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal
Regolament (UE) 2016/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal
ĠU L 26, 2.2.2016, p. 13–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010R1236 | Tlestija | anness II | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Tlestija | anness III | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Żieda | artikolu 25 paragrafu 3a | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Żieda | artikolu 26 paragrafu 1a | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Żieda | artikolu 26 paragrafu 2a | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Żieda | artikolu 26 paragrafu 3a | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Żieda | artikolu 29 paragrafu 2 Test | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Emenda | anness Test | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 22 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 23 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 24 paragrafu 1 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 24 paragrafu 2 L 1 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 25 paragrafu 1 Test | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 25 paragrafu 2 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 25 paragrafu 4 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 25 Test | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 26 paragrafu 1 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 26 paragrafu 2 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 26 paragrafu 4 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 3 punt 10 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 3 punt 13 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 3 punt 6 | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 1 punt (d) TEXT | 05/02/2016 | |
Modifies | 32010R1236 | Sostituzzjoni | kapitolu IV Test | 05/02/2016 |
2.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/13 |
REGOLAMENT (UE) 2016/96 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Jannar 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni d-dispożizzjonijiet tal-Iskema ta’ kontroll u infurzar (“l-Iskema”) stabbilita permezz ta’ rakkomandazzjoni adottata mill-Kummissjoni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) fil-laqgħa annwali tagħha fil-15 ta’ Novembru 2006, u sussegwentement emendata b’diversi rakkomandazzjonijiet fil-laqgħat annwali tagħha ta’ Novembru 2007, Novembru 2008 u Novembru 2009. |
(2) |
Fil-laqgħa annwali tagħha f’Novembru 2012, in-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 15:2013 li temenda l-Artikolu 13 tal-Iskema, fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ trażbord u ta’ port ta’ żbark. Fil-laqgħa annwali sussegwenti tagħha f’Novembru 2013, in-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 9:2014 li temenda l-Artikoli 1, 20 sa 25 u 28 tal-Iskema, li jikkonċernaw, rispettivament, id-definizzjonijiet, għadd ta’ dispożizzjonijiet applikabbli għall-kontroll mill-istat tal-port ta’ bastimenti tas-sajd barranin u l-proċeduri ta’ ksur. Fil-laqgħa annwali tagħha f’Novembru 2014, in-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 12:2015 li temenda r-Rakkomandazzjoni 9:2014 fir-rigward tal-Artikoli 22 u 23 tal-Iskema dwar il-kontroll mill-istat tal-port ta’ bastimenti tas-sajd barranin. |
(3) |
Taħt l-Artikoli 12 u 15 tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku, approvati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE (4), ir-Rakkomdazzjoni 15:2013 daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2013. |
(4) |
Ir-Rakkomandazzjoni 9:2014, kif emendata mir-Rakkomandazzjoni 12:2015, daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015. Peress illi r-Rakkomandazzjoni 9:2014 saret vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti f’dik id-data, huwa xieraq li tiġi allinjata d-data ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mad-data ta’ applikazzjoni ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni. |
(5) |
Jinħtieġ li dawk ir-Rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1), l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu IV, mill-inqas 24 siegħa qabel kwalunkwe żbark, il-bastiment riċevitur għandu jirrapporta l-qabda totali abbord, il-piż totali li għandu jiġi żbarkat, l-isem tal-port u d-data u l-ħin stmati tal-iżbark, sew jekk l-iżbark ikunx se jseħħ f’port f’Żona tal-Konvenzjoni inkella barra minnha.”; |
(3) |
it-titolu tal-Kapitolu IV huwa sostitwit b’dan li ġej: “KONTROLL MILL-ISTAT TAL-PORT TA’ ĦUT MAQBUD MINN BASTIMENTI LI JTAJRU L-BANDIERA TA’ PARTI KONTRAENTI OĦRA”; |
(4) |
l-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 22 Kamp ta’ applikazzjoni Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (*), id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-użu ta’ portijiet ta’ Stati Membri minn bastimenti tas-sajd li jkunu jġorru abbord riżorsi tas-sajd, maqbuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra, li ma jkunux ġew żbarkati jew trażbordati preċedentement f’port. |
(5) |
l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 23 Portijiet deżinjati L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-portijiet fejn huwa permess l-iżbark jew it-trażbord ta’ riżorsi tal-ħut li jkunu nqabdu fiż-Zona tal-Konvenzjoni minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra, jew fejn huwa permess il-forniment ta’ servizzi tal-port lit-tali bastimenti. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lis-Segretarju tan-NEAFC dwar dawk il-portijiet u bi kwalunkwe tibdil li jsir fil-lista ta’ portijiet deżinjati għallinqas ħmistax-il jum qabel ma jidħol fis-seħħ it-tibdil. L-iżbark u t-trażbord ta’ ħut li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra kif ukoll il-forniment ta’ servizzi tal-port lit-tali bastimenti għandhom jitħallew isiru biss f’portijiet deżinjati.”; |
(6) |
l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
fl-Artikolu 29(2) tiżdied is-sentenza li ġejja: “Fejn xieraq, l-Istat Membru li jagħmel l-ispezzjoni għandu jikkomunika wkoll il-konklużjonijiet ta’ dik l-ispezzjoni lill-Parti Kontraenti li fl-ilmijiet tagħha jkun seħħ il-ksur u lill-Istat li tiegħu jkun ċittadin il-kaptan tal-bastiment.”; |
(10) |
l-Anness isir l-Anness I; |
(11) |
jiżdied Anness II ġdid kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(12) |
jiżdied Anness III ġdid kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punti 1 u 4 sa 12 tal-Artikolu 1 japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Jannar 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) ĠU C 332, 8.10.2015, p. 81.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2015. (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2016.
(3) Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (ĠU L 348, 31.12.2010, p. 17).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE tat-13 ta’ Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21).
(*) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).”;
ANNESS I
Fir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 jiżdied l-Anness li ġej:
“ANNESS II
LINJI GWIDA ĠENERALI GĦALL-ĠESTJONI TAR-RISKJU FIR-RIGWARD TA’ KONTROLL MILL-ISTAT MEMBRU TAL-PORT
Il-ġestjoni tar-riskju tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskji u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa biex kemm jista’ jkun ma jinħolqux dawk ir-riskji. Din issir bi ġbir ta’ dejta u informazzjoni, analiżi u evalwazzjoni tar-riskji, preparazzjoni u teħid ta’ azzjoni, u monitoraġġ u reviżjoni regolari tal-proċess u r-riżultati tiegħu.
Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, kull Stat Membru tal-port irid jiddefinixxi l-istrateġija tal-amministrazzjoni tar-riskju tiegħu biex jiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik l-istrateġija għandha tidentifika, tiddeskrivi u talloka strumenti ta’ kontroll u mezzi oħra ta’ spezzjoni xierqa u kosteffettivi, b’rabta man-natura u l-livell stmat ta’ kull riskju, u kif ukoll tilħaq il-punti ta’ riferiment fil-mira.
Għall-attivitajiet ta’ kontroll, spezzjoni u verifika hemm stabbiliti kriterji għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju sabiex ikunu jistgħu jsiru f’waqthom analiżijiet tar-riskju u valutazzjonijiet ġenerali tal-informazzjoni rilevanti tal-kontroll u l-ispezzjoni.
Il-bastimenti tas-sajd individwali, il-gruppi tal-bastimenti tas-sajd, l-operaturi, u/jew l-attivitajiet tas-sajd, għal speċijiet differenti u f’diversi partijiet taż-Żona tal-Konvenzjoni huma soġġetti għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell tar-riskju attribwit, fost l-oħrajn bl-użu tas-suppożizzjonijiet ġenerali li ġejjin ta’ kriterji tal-livelli tar-riskju fir-rigward tal-kontroll mill-Istat Membru tal-port tal-iżbark u t-trasbord fil-port:
(a) |
qabdiet meħuda minn bastiment ta’ Parti mhux Kontraenti; |
(b) |
qabdiet iffriżati; |
(c) |
qabdiet b’volum kbir; |
(d) |
qabdiet li qabel ikunu ġew trasbordati fuq il-baħar; |
(e) |
qabdiet maqbuda ‘l barra mill-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Partijiet Kontraenti, jiġifieri fiż-Żona Regolatorja; |
(f) |
qabdiet meħuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni u barra minnha; |
(g) |
qabdiet ta’ speċijiet ta’ valur għoli; |
(h) |
qabdiet ta’ riżorsi tas-sajd li għalihom hemm opportunitajiet tas-sajd partikolarment limitati; |
(i) |
l-għadd ta’ spezzjonijiet li jkunu saru qabel u l-għadd ta’ ksur osservat għall-bastiment u/jew l-operatur.”. |
ANNESS II
Fir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 jiżdied l-Anness li ġej:
“ANNESS III
IL-PROĊEDURI TA’ SPEZZJONI TAL-ISTAT MEMBRU TAL-PORT
L-ispetturi nazzjonali għandhom:
(a) |
jivverifikaw li d-dokumentazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-bastiment li jkollu abbord u l-informazzjoni relatata ma’ sid il-bastiment ikunu veri, sħaħ u korretti, fosthom b’kuntatti xierqa mal-Istat tal-bandiera jew bir-reġistrazzjonijiet internazzjonali tal-bastimenti jekk dan ikun meħtieġ; |
(b) |
jivverifikaw li l-bandiera u l-marki tal-bastiment (eż. l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni estern, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), il-kodiċi internazzjonali tar-radju u marki oħrajn, id-dimensjonijiet prinċipali) ikunu konsistenti mal-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni; |
(c) |
jivverifikaw li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u tal-attivitajiet relatati mas-sajd ikunu veri, sħaħ, korretti u konsistenti mal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 24; |
(d) |
jirrevedu d-dokumentazzjoni u r-reġistri rilevanti l-oħra kollha miżmuma abbord, inklużi dawk f’format elettroniku u d-dejta tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) mingħand l-Istat tal-bandiera jew mingħand l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd rilevanti. Id-dokumentazzjoni rilevanti tista’ tinkludi l-ġurnali ta’ abbord, id-dokumenti tal-qabdiet, tat-trasbord u tal-kummerċ, il-listi tal-ekwipaġġ, il-pjanijiet u d-disinji għall-istivar, deskrizzjoni tal-istivi tal-ħut u dokumenti mitluba skont il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES); |
(e) |
jeżaminaw l-irkaptu tas-sajd rilevanti kollu li jkun abbord, inkluż l-irkaptu stivat li ma jidhirx kif ukoll apparat relatat, u jivverifikaw li dawn ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet. L-irkaptu tas-sajd għandu jiġi kkontrollat ukoll sabiex ikun żgurat li karatteristiċi bħad-daqs tal-malja u tal-ispag, l-apparat u l-aċċessorji, id-dimensjonijiet u l-konfigurazzjoni tax-xbieki, in-nases, il-gangmi, id-daqsijiet u l-għadd ta’ snanar ikunu konformi mar-regolamenti applikabbli u li l-marki jikkorrispondu għal dawk awtorizzati għall-bastiment; |
(f) |
jiddeterminaw jekk il-ħut abbord inqabadx skont l-awtorizzazzjonijiet applikabbli; |
(g) |
jimmonitorjaw l-iskariku jew it-trasbord kollu u jwettqu kontroverifiki bejn il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fin-notifika preċedenti tal-iżbark u l-kwantitajiet li jiġu żbarkati jew trasbordati, skont l-ispeċi; |
(h) |
jeżaminaw il-ħut, inkluż bit-teħid ta’ kampjuni, sabiex jiddeterminaw il-kwantità u l-kompożizzjoni tiegħu. Biex jagħmlu dan, l-ispetturi jistgħu jiftħu kontenituri fejn il-ħut ikun ġie ppakkjat minn qabel u jċaqilqu l-qabda jew il-kontenituri sabiex jaċċertaw ruħhom mill-integrità tal-istivi tal-ħut. Eżami bħal dan jista’ jispezzjona t-tip tal-prodott u jsib kemm hu l-piż nominali; |
(i) |
wara l-iżbark jew it-trasbord, jivverifikaw u jieħdu nota tal-kwantitajiet tal-ħut, skont l-ispeċi, li jibqgħu abbord; |
(j) |
jevalwaw jekk ikunx hemm evidenza ċara sabiex wieħed jemmen li bastiment kien involut f’sajd IUU jew f’attivitajiet relatati mas-sajd li jappoġġaw dan is-sajd; |
(k) |
lill-kaptan tal-bastiment jipprovdulu r-rapport bir-riżultat tal-ispezzjoni, inklużi l-miżuri possibbli li jistgħu jittieħdu, sabiex jiffirmah hu u l-ispettur. Il-firma tal-kaptan fuq ir-rapport issir biss biex turi li kiseb kopja tar-rapport. Il-kaptan għandu jingħata l-opportunità li jżid kummenti jew oġġezzjonijiet fir-rapport u, kif ikun xieraq, li jikkuntattja lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat tal-bandiera, b’mod partikolari meta l-kaptan ikollu diffikultajiet serji biex jifhem il-kontenut tar-rapport. Il-kaptan għandu jingħata kopja tar-rapport; u |
(l) |
meta jkun meħtieġ u possibbli, jagħmlu arranġamenti għat-traduzzjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti.”. |