EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0032
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/32 of 14 January 2016 extending the definitive anti-dumping duty imposed by Implementing Regulation (EU) 2015/82 on imports of citric acid originating in the People's Republic of China to imports of citric acid consigned from Malaysia, whether declared as originating in Malaysia or not
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/32 tal-14 ta' Jannar 2016 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk dikjarat li joriġina mill-Malasja kif ukoll jekk le
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/32 tal-14 ta' Jannar 2016 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk dikjarat li joriġina mill-Malasja kif ukoll jekk le
ĠU L 10, 15.1.2016, p. 3–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/04/2021
15.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 10/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/32
tal-14 ta' Jannar 2016
li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk dikjarat li joriġina mill-Malasja kif ukoll jekk le
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri eżistenti
(1) |
Il-Kunsill, wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) permezz tar-Regolament (KE) Nru 1193/2008 (2). Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem li jvarja bejn 6,6 % u 42,7 % (“il-miżuri oriġinali”). |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), permezz tad-Deċiżjoni 2008/899/KE (3) aċċettat impenji fuq il-prezzijiet offruti minn seba' produtturi esportaturi Ċiniżi jew grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tal-Importaturi u l-Esportaturi tal-Metalli, tal-Minerali u tal-Kimiki. |
(3) |
Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2012/501/UE (4), sussegwentement irtirat l-impenn offrut minn produttur esportatur wieħed, jiġifieri Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd. (“Laiwu”). |
(4) |
Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82 (5) il-Kummissjoni, wara rieżami ta' skadenza u rieżami interim parzjali (“l-investigazzjonijiet preċedenti”) skont l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku rispettivament, żammet il-miżuri definittivi u emendat il-livell tagħhom. Id-dazji antidumping definittivi fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ ivarjaw bejn il-15,3 % u t-42,7 % (“il-miżuri fis-seħħ”). |
1.2. Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat
(5) |
Il-prodott ikkonċernat huwa kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, l-aċidu ċitriku (inkluż iċ-ċitrat trisodiku diidrat) li joriġina mir-RPĊ, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (“il-prodott ikkonċernat”). |
(6) |
Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, li iżda ġej mill-Malasja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja u kemm jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat (“il-prodott investigat”). Il-kodiċi TARIC għall-prodott li qed jiġi investigat huma 2918140010 and 2918150011. |
(7) |
L-investigazzjoni wriet li l-aċidu ċitriku esportat mir-RPĊ lejn l-Unjoni u l-aċidu ċitriku kkonsenjat mit-Malasja lill-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u għandhom l-istess użu, u għalhekk għandhom jitqiesu bħal prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
1.3. Raġunijiet għall-ftuħ ta' investigazzjoni
(8) |
Il-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri fis-seħħ qed issir ċirkumvenzjoni magħhom permezz ta' importazzjonijiet mill-Malasja tal-prodott investigat. |
(9) |
It-tagħrif li għandha l-Kummissjoni għad-dispożizzjoni tagħha wera li kien hemm bidla sinifikanti fil-mod ta' kif isir il-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Malasja lejn l-Unjoni, wara l-impożizzjoni ta' miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, kif spjegat fil-premessi minn (1) sa (4), u din il-bidla ma għandhiex raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika b'saħħitha biżżejjed, għajr dik tal-impożizzjoni tad-dazju. |
(10) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ kienu qed jiġu mhedda kemm f'termini ta' kwantità kif ukoll ta' prezz. |
(11) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza prima facie li turi li l-prezzijiet tal-prodott investigat huma oġġett ta' dumping meta mqabblin mal-valur normali stabbilit diġà għall-prodott ikkonċernat. |
1.4. Ftuħ ta' investigazzjoni ex officio
(12) |
Wara li stabbilixxiet, wara li infurmat lill-Istati Membri, li hemm biżżejjed evidenza prima facie għall-ftuħ ta' investigazzjoni, fl-1 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni bdiet, fuq l-inizjattiva tagħha stess, investigazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/706 (6) (“ir-Regolament ta' tnedija”) f'konformità mal-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni, skont ir-Regolament ta' tnedija stiednet ukoll lill-awtoritajiet tad-dwana sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkunsinjati mill-Malasja. |
1.5. Investigazzjoni
(13) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-Malasja, lill-produtturi esportaturi magħrufin ta' dawn il-pajjiżi, lill-importaturi magħrufin fl-Unjoni li huma kkonċernati u lill-industrija tal-Unjoni, dwar it-tnedija tal-investigazzjoni. Il-Missjoni tar-Repubblika mill-Malasja lill-Unjoni Ewropea pprovditilha d-dettalji ta' kuntatt ta' produtturi esportaturi fil-Malasja. Formoli ta' eżenzjoni ntbagħtu lil dawn il-produtturi esportaturi fil-Malasja. Intbagħtu wkoll kwestjonarji lill-importaturi esportaturi magħrufin fir-RPĊ u lill-importaturi mhux relatati fl-Unjoni. |
(14) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta skont iż-żmien stipulat fir-Regolament ta' tnedija. Il-partijiet kollha kienu infurmati li n-nuqqas ta' koperazzjoni jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u għal konklużjonijiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli. |
(15) |
Kumpanija Malasjana qalet li ma kenitx produttur iżda sempliċiment utent tal-aċidu ċitriku u għalhekk hija ma talbitx eżenzjoni. Din il-kumpanija ġiet infurmata li, jekk hija kellha xi kumpaniji relatati li jipproduċu fil-Malasja, dawn kienu mistiedna wkoll biex iwieġbu għall-formola ta' eżenzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-formola ta' eżenzjoni mingħand l-ebda produttur esportatur Malasjan. Sitt produtturi esportaturi fir-RPĊ u erba' importaturi mhux relatati fl-Unjoni wieġbu għall-kwestjonarju. |
1.6. Il-perjodu tar-rapport u l-perjodu tal-investigazzjoni
(16) |
Il-perjodu ta' investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Marzu 2015. Tul il-perjodu investigattiv inġabret id-dejta li kellha tiġi investigata, fost l-oħrajn l-allegata bidla fix-xejra tal-kummerċ. Inġabret dejta aktar iddettaljata għall-perjodu tar-rapport bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Marzu 2015 sabiex tiġi eżaminata l-possibbiltà tal-imminar tal-effett ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u/jew kwantitajiet u l-eżistenza ta' dumping. |
2. RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
2.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
(17) |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta' ċirkomvenzjoni saret billi ġie analizzat b'mod suċċessiv jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ, il-Malasja u l-Unjoni; jekk din il-bidla nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma kienx hemm raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju; jekk kienx hemm evidenza ta' ħsara jew li l-effetti rimedjali tad-dazju kienu qed jiġu kompromessi f'termini ta' prezzijiet u/jew ta' kwantitajiet tal-prodott li qed jiġi investigat; u jekk kienx hemm evidenza ta' dumping b'rabta mal-valuri normali stabbiliti qabel fl-investigazzjoni oiġinali, jekk ikun hemm bżonn, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. |
2.2. Grad ta' kooperazzjoni u determinazzjoni tal-volumi tal-kummerċ
Il-Malasja
(18) |
L-ebda wieħed mill-esporaturi li jinsab fil-Malasja ma kkopera f'din l-investigazzjoni. Minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni, is-sejbiet dwar l-esportazzjonijiet tal-aċidu ċitriku mill-Malasja lejn l-Unjoni kienu magħmula abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, intużat id-dejta Comext sabiex jiġu ddeterminati l-volumi globali tal-importazzjoni mill-Malażja lejn l-Unjoni. |
Ir-RPĊ
(19) |
Sitt produtturi/esportaturi fir-RPĊ, li kienu wkoll suġġetti għal impenji, wieġbu l-kwestjonarju. L-esportazzjonijiet tal-kumpanniji li kkoperaw koprew madwar 54 % tal-esportazzjonijiet totali Ċiniżi lejn l-Unjoni u madwar 69 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Malasja matul il-perjodu tar-rappurtar. |
(20) |
Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-Malasja u għax kien hemm biss kooperazzjoni parzjali mir-RPĊ, intużat id-dejta Comext biex jiġu ddeterminati l-volumi tal-esportazzjoni totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Dawn kienu kontrovverifikati mal-istatistika nazzjonali Ċiniża. L-istatistiki nazzjonali Ċiniżi ntużaw ukoll biex jiġu stabbiliti l-esportazzjonijiet globali totali mir-RPĊ lejn il-Malasja. |
(21) |
Id-dejta statistika ġiet kontrovverifikata ma' dejta ppreżentata minn sitt produtturi esportaturi li kkooperaw. Id-dejta ppreżentata mill-kumpaniji li kkooperaw urew xejriet simili għal dawk stabbiliti fil-COMEXT min-naħa waħda u għal dawk tal-istatistiki nazzjonali Ċiniżi fuq in-naħa l-oħra. |
2.3. Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ
Importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku fl-Unjoni
(22) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni l-ewwel żdiedu bejn l-2011 u l-2012 b'14 %. Sussegwentement fl-2013, niżlu taħt il-livell tal-2011, mbagħad reġgħu żdiedu fl-2014 sa tmiem il-perjodu tar-rappurtar. B'mod ġenerali, kien hemm żieda ta' 5 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni, minn 201 345 tunnellata fl-2011 għal 210 516-il tunnellata matul il-perjodu tar-rappurtar. |
(23) |
Dan għandu jitqies b'rabta maż-żieda relattiva tal-importazzjonijiet mill-Malasja matul l-istess perjodu, jiġifieri minn 792 tunnellata fl-2011 għal 6 837 tunnellata matul il-perjodu tar-rappurtar, b'aktar minn tmien darbiet. Iż-żieda totali fil-volum tal-importazzjonijiet mill-Malasja bejn l-2011 u t-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar kien jikkorrispondi għal aktar minn 6 000 tunnellata. |
(24) |
It-Tabella 1 turi l-kwantitajiet ta' importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku mir-RPĊ (7) u mill-Malasja lejn l-Unjoni mill-1 ta' Jannar 2011 sat-tmiem tal-perjodu tar-rappurtar. Tabella 1 Volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ u mill-Malasja lejn l-Unjoni
|
Esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Malasja
(25) |
Bl-istess mod, kif jidher fit-Tabella 2 hawn taħt, kien hemm żieda relattivament sostanzjali fl-esportazzjonijiet tal-aċidu ċitriku mir-RPĊ lejn il-Malasja matul il-perjodu tal-investigazzjoni, jiġifieri minn 7 990 tunnellata fl-2011 għal 13 763 tunnellata fil-perjodu tar-rappurtar, li hija żieda ta' aktar minn 70 %. Din iż-żieda tikkorrispondi għal madwar 6 000 tunnellata u għalhekk ikkorrispondiet kważi eżattament għaż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni mill-Malasja lejn l-Unjoni kif muri fit-Tabella 1. Din it-tendenza ta' żieda kienet osservata wkoll fir-rigward tas-sitt produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. Tabella 2 Volumi tal-esportazzjoni mir-RPĊ għall-Malasja
|
Konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ
(26) |
Iż-żieda fil-volumi, kemm tal-esportazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni kif ukoll tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Malasja seħħet wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. Din tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn ir-RPĊ u l-Malasja minn naħa, u l-Malasja u l-Unjoni, min-naħa l-oħra. |
(27) |
Filwaqt li wieħed jinnota li f'termini assoluti, il-volum tal-importazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni kien għadu relattivament baxx matul il-PI, it-tendenza hija li jiżdied sew. |
2.4. In-natura tal-prattika ta' ċirkomvenzjoni
(28) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, il-proċess u x-xogħol jinkludu, fost l-oħrajn, il-konsenja tal-prodott suġġett għal miżuri permezz ta' pajjiżi terzi. |
Volum tal-produzzjoni fil-Malasja
(29) |
Minħabba li ma kienx hemm kooperazzjoni mill-ebda kumpanija fil-Malasja, l-ebda informazzjoni ma setgħet tinkiseb dwar il-livelli possibbli ta' produzzjoni ġenwina tal-prodott investigat fil-Malasja. |
Trasbord
(30) |
Fil-bidu ta' din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kellha evidenza li xi produtturi esportaturi Ċiniżi kellhom kuntatti kummerċjali ma' importaturi fl-Unjoni, li turi l-possibbiltà li d-dazji qed jiġu evitati permezz tat-trasbord. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (29) aktar 'il fuq, ma kien hemm l-ebda evidenza li fil-Malasja hemm xi produzzjoni ġenwina, u l-ebda kumpanija fil-Malasja ma kkooperat. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessi minn (22) sa (26) hawn fuq, kien hemm bidla ċara fix-xejra tal-kummerċ, murija permezz ta' żieda qawwija simultanja fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Malasja u fl-importazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni, kważi bl-istess kwantitajiet. |
(31) |
Għalhekk ġie konkluż li hemm it-trasbord ta' aċidu ċitriku li joriġina miċ-Ċina lejn l-Unjoni li jgħaddi mill-Malasja. |
2.5. Ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika, ħlief l-impożizzjoni ta' dazju antidumping
(32) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika oħra għat-trasbord ħlief l-evażjoni tal-miżuri fis-seħħ tal-prodott ikkonċernat. Ma nstab l-ebda element, għajr id-dazju, li seta' jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tat-trasbord, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-tagħbija mill-ġdid, tal-aċidu ċitriku li joriġina mir-RPĊ u jgħaddi mill-Malasja. |
2.6. Imminar tal-effett ta' rimedju fuq id-dazju antidumping
(33) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk l-aċidu ċitriku impurtat, f'termini ta' kwantitajiet u prezzijiet, imminax l-effetti remedjali tal-miżuri fis-seħħ, intużat id-dejta Comext bħala l-aħjar dejta disponibbli dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Malasja. Il-prezzijiet ddeterminati b'dan il-mod tqabblu mal-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara stabbilit għall-produtturi tal-Unjoni f'investigazzjonijiet preċedenti (9). |
(34) |
Filwaqt li wieħed jinnota li f'termini assoluti, il-volum tal-importazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni kien għadu relattivament baxx matul il-PI, it-tendenza tiegħu hija li jiżdied sew. Għalhekk, iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni minn 792 tunnellata fl-2011 għal 6 837 tunnellata fil-PR, tqieset bħala sinifikanti f'termini ta' volum relattiv. |
(35) |
It-tqabbil sar bejn il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kif stabbilit fl-investigazzjoni preċedenti u l-medja tal-prezz tal-esportazzjoni stabbilit fuq il-bażi tad-dejta Comext f'din l-investigazzjoni għall-Malasja, u aġġustat għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni suffiċjenti, l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni ġew stabbiliti abbażi tad-dejta f'investigazzjonijiet preċedenti. It-tqabbil wera sottokwotazzjonijiet sinifikanti għall-Malasja ta' 30-40 %. Għaldaqstant ġie konkluż li l-effetti rimedjali tal-miżuri fis-seħħ qed jiġu mminati kemm f'termini ta' kwantitajiet kif ukoll ta' prezzijiet. |
2.7. Evidenza ta' dumping
(36) |
Fl-aħħar nett, f'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta' dumping b'rabta mal-valur normali stabbilit fl-investigazzjonijiet preċedenti. |
(37) |
Fl-investigazzjonijiet preċedenti, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fil-RPĊ, li f'dawk l-investigazzjonijiet instab li kien pajjiż analogu b'ekonomija tas-suq adegwata. |
(38) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri fuq il-prezz tal-esportazzjoni medju tal-aċidu ċitriku matul il-perjodu tar-rappurtar kif irrappurtat fil-Comext u aġġustat kif deskritt hawn taħt. |
(39) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, saru aġġustamenti għal differenzi fl-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni. Minħabba li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi fil-Malasja, l-aġġustamenti kellhom jiġu stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli, jiġifieri fuq stima tal-prezz maħruġa minn fornitur indipendenti għat-trasport dinji tal-merkanzija (10) matul il-perjodu tar-rappurtar, għat-trasport u għall-assigurazzjoni bejn port partikolari fil-Malasja u port partikolari fl-Unjoni b'termini ta' konsenja CIF stmati għal 65-75 EUR/mt. |
(40) |
Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping ġie kkalkulat billi l-valur normali medju peżat kif stabbilit fl-investigazzjojnijiet preċedenti tqabbel mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-esportazzjonijiet mill-Malasja lejn l-Unjoni kif stabbiliti fil-premessi (38) u (39) ta' hawn fuq matul il-perjodu tar-rappurtar, muri bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas. It-tqabbil wera li kien hemm dumping li jammonta għal 50-60 %. |
3. MIŻURI
(41) |
Minħabba dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dazju antidumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku mill-Unjoni li joriġinaw mir-RPĊ qed issir ċirkumvenzjoni miegħu permezz tat-trasbord minn ġol-Malasja skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. |
(42) |
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom għaldaqstant jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-prodott investigat, jiġifieri l-istess prodott iżda kkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja kif ukoll jekk le. |
(43) |
Il-miżuri li għandhom jiġu estiżi huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82, għall-“kumpaniji l-oħra kollha”, jiġifieri li bħalissa huwa d-dazju antidumping definittiv ta' 42,7 % applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju. |
(44) |
Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipulaw li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tat-tnedija, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet reġistrati tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malasja. |
4. TALBIET GĦAL EŻENZJONI
(45) |
Kif intqal fil-premessa (15) ħadd mill-produtturi fil-pajjiżi kkonċernat ma ppreżenta ruħu wara l-ftuħ tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, ma saret l-ebda talba għal eżenzjoni mill-estensjoni possibbli tal-miżuri skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. |
5. ESPORTATURI ĠODDA
(46) |
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi fil-Malasja li ma ppreżentawx ruħhom f'dan il-proċediment u li ma esportawx il-prodott investigat lejn l-Unjoni fil-perjodu tar-rappurtar u li jikkunsidraw li jagħmlu talba għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż, skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku, se jkollhom jimlew formola ta' eżenzjoni sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi jekk eżenzjoni tistax tkun iġġustifikata. Din l-eżenzjoni tista' tingħata wara l-valutazzjoni tal-qagħda tas-suq, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, l-akkwist u l-bejgħ u l-probabbiltà tat-tkomplija tal-prattiki li għalihom ma jkunx hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti u evidenza ta' dumping. Il-Kummissjoni normalment twettaq ukoll żjara ta' verifika fil-post. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni, bl-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ. |
(47) |
Meta eżenzjoni tkun mistħoqqa, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tipproponi l-emenda tal-miżuri estiżi fis-seħħ skont dan. Sussegwentement, kull eżenzjoni mogħtija se tkun immonitorjata sabiex tiġi żgurata l-konformità. |
6. DIVULGAZZJONI
Il-partijiet kollha interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Ma sar l-ebda kumment.
(48) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” impost permezz tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1193/2008 fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qiegħed b'hekk jiġi estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk dikjarat li joriġina mill-Malasja kif ukoll jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 2918 14 00 (il-kodiċi TARIC 2918140010) u ex 2918 15 00 (il-kodiċi TARIC 2918150011).
2. Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinġabar għall-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/706 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju, estiżi permezz tal-Artikolu 1, isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
1040 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
2. F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista', tawtorizza b'deċiżjoni l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet, mill-kumpaniji li ma jevadux il-miżuri antidumping imposti mir-Regolament (UE) Nru 791/2011, mid-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1.
Artikolu 3
L-awtoritajiet doganali huma b'dan mitluba jieqfu mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/706.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 tal-1 ta' Diċembru 2008 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazji provviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/899/KE tat-2 ta' Diċembru 2008 li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċediment tal-antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 62).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/501/UE tas-7 ta' Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2008/899/KE li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċediment tal-antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 244, 8.9.2012, p. 27).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 tal-21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u ta' rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 8.)
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/706 tat-30 ta' April 2015 li jniedi investigazzjoni dwar il-possibilità ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku kkunsinnati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjon (ĠU L 113, 1.5.2015, p. 38).
(7) Xi perjodi ta' din l-investigazzjoni, jiġifieri l-2011, 2012, u parzjalment il-perjodu ta' rappurtar kienu jikkoinċidu mal-perjodi ppubblikati fir-Regolament tar-rieżami tal-iskadenza (UE) 2015/82 imsemmi fil-premessa (4). Il-volumi tal-importazzjoni għal din l-investigazzjoni ġew aġġornati bl-aħħar dejta disponibbli fl-istatistika Comext; għalhekk iċ-ċifri jistgħu ma jikkorrispondux eżattament ma' dawk ippubblikati fir-Regolament tar-rieżami tal-iskadenza (UE) 2015/82.
(8) Id-dejta matul il-perjodu tar-rappurtar kienet aġġustata għal perjodu ta' tnax-il xahar.
Sors: L-istatistika tal-COMEXT.
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82, il-premessa 167.
(10) www.worldfreightrates.com