Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2132

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2132 tal-5 ta' Diċembru 2016 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull Stat Membru għall-2013 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2016/7791

    ĠU L 331, 6.12.2016, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2132/oj

    6.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 331/9


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2132

    tal-5 ta' Diċembru 2016

    dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull Stat Membru għall-2013 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 19(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi l-limiti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet) għal kull Stat Membru għal kull sena għall-perjodu mill-2013 sal-2020 u mekkaniżmu biex kull sena tiġi vvalutata l-konformità ma' dawk il-limiti. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri, mogħtija f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' diossidu tal-karbonju, jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (3). Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE (4) aġġustat dawn l-ammonti.

    (2)

    L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jipprevedi proċedura ta' rieżami tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri sabiex tiġi vvalutata l-konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Ir-rieżami tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2013 ġie pospost b'sena minħabba li l-Istati Membri ma setgħux, mil-lat tekniku, jirrappurtaw id-dejta dwar l-emissjonijiet tagħhom għall-2013 fil-ħin minħabba nuqqas ta' funzjonament tas-softwer ipprovdut mill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-UNFCCC) li jintuża għall-ġbir u għar-rappurtar tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Għalhekk ir-rieżami sar abbażi tad-dejta dwar l-emissjonijiet tal-2013 irrappurtata lill-Kummissjoni f'April tal-2016 skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III u fl-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (5).

    (3)

    L-ammont totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2013 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għandu jqis il-korrezzjonijiet tekniċi u l-istimi riveduti kkalkulati waqt ir-rieżami kif mogħtija fir-rapporti finali tar-rieżami skont l-Artikolu 35 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha sabiex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jistabbilixxi d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni bħala l-punt tat-tluq għall-perjodu ta' erba' xhur li matulu l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-għadd totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2013 li ġejjin mid-dejta kkoreġuta tal-inventarju wara li tlesta r-rieżami mwettaq skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 huwa mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

    (2)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009 p. 136).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta' Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta' Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta' Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).


    ANNESS

    Stat Membru

    L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2013 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE

    (f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' diossidu tal-karbonju)

    Il-Belġju

    74 264 633

    Il-Bulgarija

    22 238 074

    Ir-Repubblika Ċeka

    61 457 570

    Id-Danimarka

    33 705 936

    Il-Ġermanja

    460 204 908

    L-Estonja

    5 752 963

    L-Irlanda

    42 206 805

    Il-Greċja

    44 184 593

    Spanja

    200 277 677

    Franza

    366 116 651

    Il-Kroazja

    15 125 525

    L-Italja

    273 349 154

    Ċipru

    3 938 120

    Il-Latvja

    8 776 857

    Il-Litwanja

    12 449 462

    Il-Lussemburgu

    9 365 298

    L-Ungerija

    38 436 981

    Malta

    1 250 779

    In-Netherlands

    108 253 385

    L-Awstrija

    50 097 324

    Il-Polonja

    186 095 049

    Il-Portugall

    38 610 318

    Ir-Rumanija

    72 718 616

    Is-Slovenja

    10 925 247

    Is-Slovakkja

    21 080 248

    Il-Finlandja

    31 588 117

    L-Iżvezja

    35 278 781

    Ir-Renju Unit

    339 450 356


    Top