Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2044

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2044 tat-18 ta' Novembru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi

    ĠU L 318, 24.11.2016, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2044/oj

    Related international agreement

    24.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2044

    tat-18 ta' Novembru 2016

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni Ewropea, ftehim mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi (il-“Ftehim”).

    (2)

    F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/431 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u applikat fuq bażi proviżorja mit-3 ta' Marzu 2016.

    (3)

    Il-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. F'dan il-Kumitat Konġunt, l-Unjoni għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni, li għandha tkun megħjuna mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

    (5)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tieħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (6)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista mill-Artikolu 10(1) tal-Ftehim (5).

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. KALIŇÁK


    (1)  Il-kunsens ingħata fil-25 ta' Ottubru 2016 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/431 tat-12 ta' Frar 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi (ĠU L 76, 23.3.2016, p. 17…).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 19, Vol. 001, p. 178).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 19, Vol. 004, p. 211).

    (5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top