Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1966

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1966 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE (Sistema ta' Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim)

ĠU L 303, 10.11.2016, p. 16–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1966/oj

10.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1966

tal-20 ta' Settembru 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE (Sistema ta' Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

L-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi (ĠU L 171, 2.7.2015, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru

ta' …

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti modalitajiet tranżizzjonali speċifiċi sa meta issir l-implimentazzjoni sħiħa tal-funzjoni tat-traduzzjoni tal-pjattaforma tas-soluzzjoni online għat-tilwim (ODR, online dispute resolution) imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 fir-rigward tal-lingwa Iżlandiża.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

L-Anness XIX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIX tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 7d (id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, emendat permezz ta':

32013 R 0524: Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

32013 L 0011: Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).”.

2.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 7f (ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 R 0524: Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

32013 L 0011: Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).”.

3.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 7i (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“7j.

32013 R 0524: Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-pjattaforma tal-ODR msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament għandha tkun aċċessibbli fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru…/… ta'… [din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE].

(b)

Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun aċċessibbli bil-lingwi kollha msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE.

(c)

B'deroga mill-Artikolu 5(4)(e) tar-Regolament, il-funzjonijiet ta' traduzzjoni tal-pjattaforma tal-ODR minn u għal-lingwa Iżlandiża għandhom inizjalment ikunu disponibbli biss fir-rigward tar-riżultat ta' proċedura tal-ADR mibgħuta minn entità tal-ADR. L-Iżlanda għandha tiżgura li dawk li jużaw il-pjattaforma tal-ODR jkunu jistgħu jakkwistaw it-traduzzjoni tal-informazzjoni oħra kollha minn u għal-lingwa Iżlandiża permezz ta' punt ta' kuntatt tal-ODR, fejn dik l-informazzjoni tkun meħtieġa għas-soluzzjoni tat-tilwim u li tiġi skambjata permezz tal-pjattaforma tal-ODR f'lingwa oħra. Informazzjoni dwar dawn il-modalitajiet fir-rigward tal-lingwa Iżlandiża għandha tiġi pprovduta fuq is-sit elettroniku tal-pjattaforma tal-ODR.

Il-Kummissjoni u l-Iżlanda għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itejbu l-funzjonijiet tat-traduzzjoni pprovduti mill-pjattaforma tal-ODR fir-rigward tal-lingwa Iżlandiża biex tkun żgurata kwalità komparabbli tal-funzjonijiet kollha għal dawk offruti għal-lingwi l-oħra u għandhom regolarment jinformaw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar il-progress tagħhom. Meta l-funzjonijiet tat-traduzzjoni jiżguraw kwalità komparabbli fir-rigward tal-lingwa Iżlandiża għal dik offruta għal-lingwi l-oħra, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu mingħajr telf ta' żmien jieħu deċiżjoni biex itemm il-miżuri stipulati f'dan il-punt.

7ja.

32015 R 1051: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi (ĠU L 171, 2.7.2015, p. 1).

7k.

32013 L 0011: Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

referenzi għal atti oħrajn fid-Direttiva għandhom ikunu kkonsidrati relevanti sal-punt u b'mod li dawk l-atti jkunu inkorporati fil-Ftehim.

(b)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Artikolu 11(2) għandu jaqra kif ġej:

‘2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-“residenza abitwali” għandha tiġi ddeterminata f'konformità ma' dan li ġej:

(a)

Ir-residenza abitwali ta' kumpanniji u korpi oħra, b'personalità ġuridika jew mingħajrha, għandha tkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali;

Ir-residenza abitwali ta' persuna fiżika li taġixxi fil-kors tal-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħha għandha tkun il-post prinċipali tal-attività tagħha.

(b)

Fejn il-kuntratt jiġi konkluż fil-kors tal-operazzjonijiet ta' fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor, jew jekk, taħt il-kuntratt, il-prestazzjoni tkun ir-responsabbiltà ta' tali fergħa, aġenzija jew stabbiliment, il-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ikunu jinsabu għandu jitqies bħala l-post ta' residenza abitwali;

(c)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali, iż-żmien rilevanti għandu jkun iż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt.’.

(c)

Fl-Artikolu 18(2) jiżdied dan li ġej:

‘Il-Kummissjoni għandha tinkludi f'dik il-lista l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt uniċi nominati mill-Istati tal-EFTA.’.

(d)

Fl-Artikolu 20(4) jiddaħħal dan li ġej wara l-kliem “l-Kummissjoni tiġi nnotifikata b'xi tibdil.”:

‘Il-Kummissjoni għandha tinkludi f'dik il-lista l-entitajiet tal-ADR stabbiliti fl-Istati tal-EFTA u elenkati skont il-paragrafu 2.’.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 524/2013, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1051 u d-Direttiva 2013/11/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 2.7.2015, p. 1.

(3)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63.

(*)  [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


Top