This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1961
Council Decision (CFSP) 2016/1961 of 8 November 2016 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1961 tat-8 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1961 tat-8 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ĠU L 301, 9.11.2016, p. 15–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014D0145 | Żieda | anness Test | 09/11/2016 |
9.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1961
tat-8 ta' Novembru 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Wara l-organizzazzjoni mill-Federazzjoni Russa tal-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, il-Kunsill iqis li jeħtieġ li sitt persuni jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(3) |
Jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KAŽIMÍR
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
ANNESS
Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“152. |
Ruslan Ismailovich BALBEK Руслан Исмаилович Бальбек |
Data tat-Twelid: 28.8.1977 Post tat-Twelid: Bekabad, l-Użbekistan SSR |
Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi. Fl-2014 Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u ħadem f'din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b'midalja “Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea”. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fil-fergħa tal-Krimea) u artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta' Lulju 2016. |
9.11.2016 |
153. |
Konstantin Mikhailovich BAKHAREV Константин Михайлович Бахарев |
Data tat-Twelid: 20.10.1972 Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna |
Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji. F'Marzu 2014 Bakharev inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, u f'Awwissu 2014 bħala l-Ewwel Viċi President ta' dak il-korp. Huwa ammetta l-involviment personali tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa appoġġa pubblikament, inkluż f'intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-22 ta' Marzu 2016 u s-sit elettroniku c-pravada.ru fit-23 ta' Awwissu 2016. Huwa ġie ppremjat bl-ordni “Għall-ħarsien tad-dmirijiet” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea”. |
9.11.2016 |
154. |
Dmitry Anatolievich BELIK Дмитрий Анатольевич Белик |
Data tat-Twelid: 17.10.1969 Post tat-Twelid: Distrett ta' Kular Ust-Yansky, SSR Awtonomu ta' Yakut |
Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta' Sevastopol li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar it-Tassazzjoni. Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta' Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ “Sindku tal-Poplu” Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit elettroniku personali tiegħu u f'intervista ppubblikata fil-21 ta' Frar 2016 fuq is-sit elettroniku nation-news.ru. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta' annessjoni ġie ppremjat l-ordni tal-istat Russu “Għad-dmir lejn art twelidi” - grad II. |
9.11.2016 |
155. |
Andrei Dmitrievich KOZENKO Андрей Дмитриевич Козенко |
Data tat-Twelid: 3.8.1981 Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna |
Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji. F'Marzu 2014 Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f'intervista ppubblikata fis-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-12 ta' Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta' annessjoni ġie ppremjat b'midalja “Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea” mill-“awtoritajiet” lokali. |
9.11.2016 |
156. |
Svetlana Borisovna SAVCHENKO Светлана Борисовна Савченко |
Data tat-Twelid: 24.6.1965 Post tat-Twelid: Belogorsk SSR tal-Ukrajna |
Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura. Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea sa mill-2012 u minn Marzu 2014 'il quddiem appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F'Settembru 2014 Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f'għadd ta' okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta' April 2016 u l-20 ta' Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-istat Russu “Għad-dmir lejn art twelidi” - grad II fl-2014 u bl-ordni “Għall-ħarsien tad-dmirijiet” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea” fl-2015. |
9.11.2016 |
157. |
Pavel Valentinovich SHPEROV Павел Валентинович Шперов |
Data tat-Twelid: 4.7.1971 Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna |
Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar Affarijiet tal-Komunità ta' Stati Indipendenti (KSI), l-Integrazzjoni Ewrasjatika u rabtiet mal-kumpatrijotti. F'Settembru 2014 Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Huwa pubblikament ammetta, inkluż f'intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku ldpr-rk.ru fit-3 ta' Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b'mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola. |
9.11.2016” |