Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1775

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1775 tal-4 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE billi żżid lil Qatar mal-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' żwiemel reġistrati li jkunu ġew temporanjament esportati għal perjodu ta' inqas minn 90 jum biex jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali (notifikata bid-dokument C(2016) 6270) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/6270

    ĠU L 271, 6.10.2016, p. 9–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1775/oj

    6.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 271/9


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1775

    tal-4 ta' Ottubru 2016

    li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE billi żżid lil Qatar mal-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' żwiemel reġistrati li jkunu ġew temporanjament esportati għal perjodu ta' inqas minn 90 jum biex jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali

    (notifikata bid-dokument C(2016) 6270)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 16(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni tal-ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Dan jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tispeċifika kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li japplikaw meta l-ekwidi rreġistrati jerġgħu jidħlu fl-Unjoni wara li jkunu esportati temporanjament għal użi speċjali.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (2) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja tagħhom, u tikklassifika dawn il-pajjiżi fi gruppi sanitarji speċifiċi tal-pajjiżi.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (3) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja lejn pajjiżi terzi elenkati għal dak l-iskop fid-Deċiżjoni 2004/211/KE. Biex tiġi permessal-parteċipazzjoni konsekuttiva ta' żwiemel irreġistrati f'kompetizzjonijiet internazzjonali fil-pajjiżi terzi assenjati lil gruppi sanitarji differenti, l-Anness VIII tad-Deċiżjoni 93/195/KEE jistabbilixxi ċertifikat tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja tagħhom għal perjodu ta' inqas minn 90 ġurnata li jkunu ħadu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerika, fil-Ħong Kong, fil-Ġappun,f'Singapor jew fl-Emirati Għarab Magħquda.

    (4)

    Il-Qatar huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja, u huwa assenjat lill-Grupp Sanitarju E f'dan l-Anness u fl-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE.

    (5)

    F'April 2016, il-Qatar talab l-inklużjoni tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi fl-Anness VIII tad-Deċiżjoni 93/195/KEE flimkien mal-Awstralja, mal-Kanada, mal-Istati Uniti tal-Amerika, ma' Ħong Kong, mal-Ġappun, ma' Singapor u mal-Emirati Għarab Magħquda u pprovda l-garanziji neċessarji li jiżguraw is-segregazzjoni ta' żwiemel reġistrati mill-Unjoni li jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali minn żwiemel ta' status ta' saħħa inferjuri.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 93/195/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

    (1)

    it-tmien inċiż tal-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

    “—

    wara li jkunu ħadu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerika, f'Ħong Kong, fil-Ġappun, f'Singapor, fl-Emirati Magħquda Għarab jew fil-Qatar u jkunu laħqu l-ħtiġiet preskritti fiċ-ċertifikat tas-saħħa bi qbil mal-mudell preskritt fl-Anness VIII għal din id-Deċiżjoni,”;

    (2)

    L-Anness VIII jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).


    ANNESS

    “ANNESS VIII

    ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

    għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara li jkunu ħadu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerika, f'Ħong Kong, fil-Ġappun, f'Singapor, fl-Emirati Għarab Magħquda jew il-Qatar wara esportazzjoni temporanja ta' anqas minn 90 jum

    Nru taċ-Ċertifikat: …

    Pajjiż tad-dispaċċ: L-AWSTRALJA (1), IL-KANADA (1), L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA (1), HONG KONG (1), IL-ĠAPPUN (1), SINGAPOR (1), L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA (1), il-QATAR (1)

    Il-Ministeru responsabbli: …

    (niżżel l-isem tal-Ministeru)

    I.   Identifikazzjoni taż-żiemel

    (a)

    Nru tad-dokument ta' identifikazzjoni: …

    (b)

    Ivvalidat minn: …

    (isem l-awtorità kompetenti)

    II.   Oriġini taż-żiemel

    Iż-żiemel għandu jintbagħat minn: …

    (il-post tal-kunsinna)

    għal: …

    (il-post tad-destinazzjoni)

    bl-ajru: …

    (in-numru tat-titjira)

    Isem u indirizz tal-kunsinnatur: …

    Isem u indirizz tad-destinatarju: …

    III.   Tagħrif dwar is-saħħa

    Jiena, li ismi jidher iffirmat aktar 'l isfel, niċċertifika li ż-żiemel deskritt aktar 'il fuq jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ġej minn pajjiż fejn il-mard li ġej jiġi notifikat b'mod obbligatorju: il-marda Afrikana taż-żwiemel, id-durina, il-glanders, l-enċefalomjelite ekwina (tal-għamliet kollha inklużi l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela), l-anemija infettiva taż-żwiemel, l-istomatite vexxikulari, ir-rabja u l-antraċe;

    (b)

    ġie eżaminat illum u ma wera l-ebda sinjal kliniku ta' mard (2);

    (c)

    mhux maħsub biex jinqatel skont programm nazzjonali ta' mard infettiv jew qerda ta' mard li jittieħed;

    (d)

    mindu daħal fil-pajjiż tad-dispaċċ jew, fil-każ tar-reġjonalizzazzjoni uffiċjali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, f'parti mit-territorju tal-pajjiż tad-dispaċċ (3), kien residenti f'azjendi li għandhom superviżjoni veterinarja, kien miżmum fi stalel separati mingħajr ma ġie f'kuntatt ma' ekwidi ta' stat ta' saħħa iktar baxx ħlief waqt it-tiġrijiet;

    (e)

    ġej mit-territorju jew, fil-każ ta' reġjonalizzazzjoni uffiċjali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, minn parti tat-territorju ta' pajjiż tad-dispaċċ li fih:

    (i)

    l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela ma tfaċċatx matul l-aħħar sentejn;

    (ii)

    ma kienx hemm każijiet ta' durina matul l-aħħar sitt xhur;

    (iii)

    ma kienx hemm każijiet ta' glanders matul l-aħħar sitt xhur;

    (f)

    mhux ġej mit-territorju jew minn parti mit-territorju ta' pajjiż tad-dispaċċ li hu meqjus, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li hu infettat mill-marda Afrikana taż-żwiemel;

    (g)

    mhux ġej minn stabbiliment li kien soġġett għal ordni ta' projbizzjoni għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali u lanqas ma kellu kuntatt ma' ewkini minn stabbiliment li kien soġġett għal ordni ta' projbizzjoni għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali li stipulat il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    jekk mhux l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għal marda waħda jew iktar mill-mard imsemmi minn hawn 'il quddiem tneħħew mill-istabbiliment, il-projbizzjoni damet għal:

    sitt xhur fil-każ ta' enċefalomjelite ekwina, (fit-tipi kollha minbarra enċefalomjelite ekwina Venezwelana), li jibdew mid-data li fiha l-ekwini li jsofru mill-marda nqatlu jew tneħħew mill-istabbiliment,

    għall-anemija infettiva taż-żwiemel, il-ħin meħtieġ biex jitwettqu żewġ testijiet Coggins li jagħtu riżultati negattivi bi tliet xhur ta' distakk minn wieħed għall-ieħor, fuq kampjuni li jkunu ttieħdu mill-annimali li jkun fadal wara li jkunu nqatlu l-annimali infettati,

    sitt xhur fil-każ tal-istomatite vexxikulari,

    sitt xhur fil-każ tal-artrite virali ekwina;

    xahar mill-aħħar każ irreġistrat, fil-każ tal-idrofobija,

    15-il jum mill-aħħar każ irreġistrat, fil-każ tal-antraċe.

    (ii)

    jekk l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda nqatlu jew tneħħew mill-istabbiliment, il-perjodu ta' projbizzjoni għandu jkun ta' 30 jum, jew ta' 15-il jum fil-każ tal-antraċe, li jibda mill-ġurnata meta l-istabbiliment tnaddaf u ġie ddiżinfettat wara l-qerda jew it-tneħħija tal-annimali;

    (h)

    sa fejn naf jien, ma kienx f'kuntatt ma' ekwini li jsofru minn mard li jinfetta jew li huwa kontaġġjuż waqt il-15-il jum qabel din id-dikjarazzjoni.

    IV.   Informazzjoni dwar residenza u kwarantina:

    (a)

    Iż-żiemel daħal fit-territorju tal-pajjiż tad-dispaċċ fi … (4).

    (b)

    Iż-żiemel wasal fil-pajjiż tad-dispaċċ minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (1) jew minn … (1)  (5).

    (c)

    Iż-żiemel daħal fit-territorju tal-pajjiż tad-dispaċċ taħt kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jkunu stretti għallinqas daqs dawk stipulati f'dan iċ-ċertifikat.

    (d)

    Sa fejn jista' jkun aċċertat u bbażat fuq id-dikjarazzjoni mehmuża mis-sid (1) taż-żiemel, jew mir-rappreżentant tiegħu (1), li tagħmel parti minn dan iċ-ċertifikat, iż-żiemel ma kienx kontinwament barra mill-Unjoni Ewropea għal 90 jum jew iktar, inkluża d-data tar-ritorn skedata skont dan iċ-ċertifikat, u ma kienx barra mill-pajjiżi msemmija hawn fuq.

    V.   Iż-żiemel se jintbgħat f'vettura nadifa u disinfettata minn qabel b'disinfettant uffiċjalment rikonoxxut fil-pajjiż terz tad-dispaċċ u ddisinjata b'tali mod li l-ħmieġ, il-materjal li jorqod fuqu jew l-għalf ma' jistax joħroġ waqt it-trasport.

    VI.   Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal għaxart ijiem.

    Data

    Post

    Timbru u firma tal-veterinarju uffiċjali (6)

     

     

     

    Isem b'ittri kbar u l-pożizzjoni.

    DIKJARAZZJONI

    Jiena, il-veterinarju …

    (daħħal f'ittri kbar l-isem tas-sid (1), jew tar-rappreżentant (1), tas-sid taż-żiemel deskritt hawn fuq)

    niddikjara li:

    iż-żiemel se jintbagħat direttament mill-bini tal-ispedizzjoni lejn il-bini tad-destinazzjoni bla ma jiġi f'kuntatt ma' annimali ekwini oħra li ma jkunux tal-istess stat ta' saħħa;

    iż-żiemel se jiċċaqlaq biss bejn bini approvat għal żwiemel li se jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerika, f'Ħong Kong, fil-Ġappun, f'Singapor, fl-Emirati Għarab Magħquda u fil-Qatar;

    iż-żiemel ġie esportat minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fil-… (4)

    (Post, data)

    (Firma)


    (1)  Ħassar kif xieraq.

    (2)  Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ dakinhar tat-tagħbija tal-annimal biex jintbagħat lejn l-Unjoni Ewropea jew fl-aħħar jum tax-xogħol qabel l-imbarkazzjoni.

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

    (4)  Daħħal data (jj/xx/ssss).

    (5)  Daħħal l-isem tal-pajjiż minn fejn ikun wasal iż-żiemel u li għandu jkun wieħed mill-pajjiżi li ġejjin: L-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerka, Ħong Kong, il-Ġappun, Singapor, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Qatar.

    (6)  Il-kulur tat-timbru u l-firma għandhom ikunu differenti minn dak użat għall-istampar.”


    Top