Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1338

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1338 tal-4 ta' Awwissu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.)

    ĠU L 212, 5.8.2016, p. 109–110 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/02/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1338/oj

    5.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 212/109


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1338

    tal-4 ta' Awwissu 2016

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (*)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-25 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/39/PESK (1) li taħtar lis-Sur Samuel ŽBOGAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo.

    (2)

    Fis-16 ta' Novembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-28 ta' Frar 2017.

    (3)

    B'segwitu għall-ħatra tas-Sur Samuel ŽBOGAR għal kariga oħra, is-Sinjura Nataliya APOSTOLOVA għandha tinħatar bħala RSUE ġdid fil-Kosovo għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017.

    (4)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat tagħha fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emenda tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

    1.   Il-mandat tas-Sur Samuel ŽBOGAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) huwa b'dan estiż sal-31 ta' Awwissu 2016.

    2.   Is-Sinjura Nataliya APOSTOLOVA hija b'dan maħtura bħala r-RSUE fil-Kosovo għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sat-28 ta' Frar 2017.

    3.   Il-mandat tar-RSUE jista' jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LAJČÁK


    (*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/39/PESK tal-25 ta' Jannar 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 23, 26.1.2012, p. 5).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2052 tas-16 ta' Novembru 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 300, 17.11.2015, p. 22).


    Top