Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0944

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/944 tas-6 ta' Ġunju 2016 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

    ĠU L 157, 15.6.2016, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/944/oj

    Related international agreement

    15.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 157/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/944

    tas-6 ta' Ġunju 2016

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/700/KE (2), il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (3) (il-Ftehim), ġie ffirmat fid-9 ta' Settembru 2006 soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    (2)

    Il-Ftehim għandu l-għan li jħeġġeġ, jiffaċilita u jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fin-navigazzjoni globali ċivili bis-satellita.

    (3)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim (il-Kumitat) għandha tiġi adottata mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, sa fejn il-Kumitat ikun imsejjaħ jadotta atti li għandhom effetti legali jew deċiżjonijiet li jissospendu l-applikazzjoni tal-Ftehim.

    (4)

    Barra minn hekk, għal kwistjonijiet li m'għandhomx effetti legali li għandhom jiġu ttrattati mill-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-pożizzjoni tal-Unjoni mal-Istati Membri.

    (5)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, qed ikun hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni Ewropea (4).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna bis-setgħa li f'isem l-Unjoni Ewropea tibgħat in-notifika, prevista fl-Artikolu 18(1) tal-Ftehim (5), sabiex l-Unjoni Ewropea tesprimi l-kunsens tagħha li tintrabat bil-Ftehim u għandha tagħmel in-notifika li ġejja:

    “Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data qed teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għaldaqstant, ir-referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom jinqraw bħala l-‘Unjoni Ewropea’”.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H.G.J. KAMP


    (1)  Kunsens tal-10 ta' Mejju 2016 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/700/KE tal-1 ta' Settembru 2006 dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 288, 19.10.2006, p. 30).

    (3)  Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra (ĠU L 288, 19.10.2006. p. 31).

    (4)  It-test ġie ppubblikat fil-ĠU L 288, 19.10.2006, p. 31 flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.

    (5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top