Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0940

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/940 tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/395 (ATALANTA/3/2016)

    ĠU L 155, 14.6.2016, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/02/2017; Imħassar b' 32017D0321

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/940/oj

    14.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 155/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/940

    tad-9 ta' Ġunju 2016

    dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/395 (ATALANTA/3/2016)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

    (2)

    Fil-15 ta' Marzu 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/395 (2) li taħtar lir-Rear Admiral (LH) Jan C. KAACK bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

    (3)

    Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Komodor René LUYCKX bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex ikun is-suċċessur tar-Rear Admiral (LH) Jan C. KAACK mis-6 ta' Awwissu 2016.

    (4)

    Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni fit-18 ta' Mejju 2016.

    (5)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/395 għandha għalhekk titħassar.

    (6)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Komodor René LUYCKX huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-6 ta' Awwissu 2016.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/395 hija mħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Awwissu 2016.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/395 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1823 (ATALANTA/1/2016) (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 97).


    Top