Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0260

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/260 tat-23 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2006/80/KE fir-rigward tal-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 965)

    C/2016/0965

    ĠU L 49, 25.2.2016, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/11/2018; Impliċitament imħassar minn 32018D1669

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/260/oj

    25.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 49/9


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/260

    tat-23 ta' Frar 2016

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/80/KE fir-rigward tal-Polonja

    (notifikata bid-dokument C(2016) 965)

    (It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2008/71/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, mingħajr preġudizzju għal regoli aktar iddettaljati tal-unjoni li jistgħu jiġu stabbiliti għall-eradikazzjoni tal-mard jew għal għanijiet ta' kontroll.

    (2)

    Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/71/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti jkollha lista aġġornata tal-azjendi kollha li jżommu l-annimali koperti minn din id-Direttiva u li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom.

    (3)

    L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/71/KE jagħti l-possibilità li l-Istat Membru jiġi awtorizzat jeskludi mil-lista tal-azjendi meħtieġa skont l-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva, il-persuni fiżiċi li jrabbu ħanżir wieħed għall-użu jew għall-konsum personali tagħhom, sakemm dak l-annimal ikun suġġett għall-kontrolli stabbiliti f'dik id-Direttiva qabel kwalunkwe moviment.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/80/KE (2) tawtorizza lil xi Stati Membri japplikaw id-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/71/KE fir-rigward tal-azjendi li għandhom ħanżir wieħed biss.

    (5)

    Il-Polonja hija awtorizzata tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/71/KE fir-rigward tal-azjendi li għandhom ħanżir wieħed biss.

    (6)

    Il-Polonja talbet li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni tagħha prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/71/KE fir-rigward tal-azjendi li għandhom ħanżir wieħed biss u implimentat ir-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni stabbiliti f'dik id-Direttiva.

    (7)

    Abbażi ta' din l-informazzjoni, huwa xieraq li l-annotazzjoni għall-Polonja titħassar mil-lista stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/80/KE, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/71/KE fir-rigward tal-azjendi li għandhom ħanżir wieħed biss.

    (8)

    Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/80/KE għandu jiġi emendat kif xieraq.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/80/KE jinbidel bit-test tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/80/KE Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/80/KE tal-1 ta' Frar 2006 li tagħti ċerti Stati Membri d-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 50).


    ANNESS

    “ANNESS

    L-Istati Membri li huma awtorizzati japplikaw id-deroga prevista fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/71/KE fir-rigward tal-azjendi li għandhom ħanżir wieħed biss:

     

    Ir-Repubblika Ċeka

     

    Franza

     

    L-Italja

     

    Il-Portugall

     

    Is-Slovenja

     

    Is-Slovakkja”


    Top