Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0087

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/87 tat-22 ta' Jannar 2016 dwar l-irtirar mis-suq ta' prodotti eżistenti derivat minn MON 863 (MON-ØØ863-5) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/139/UE, 2010/140/UE, 2010/141/UE li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun modifikat ġenetikament MON863 × MON810 × NK603 (MON-ØØ863-5 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6), MON863 × MON810 (MON-ØØ863-5 × MON-ØØ81Ø-6) u MON863 × NK603 (MON-ØØ863-5 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2016) 204) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 17, 26.1.2016, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/87/oj

26.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/14


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/87

tat-22 ta' Jannar 2016

dwar l-irtirar mis-suq ta' prodotti eżistenti derivat minn MON 863 (MON-ØØ863-5) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/139/UE, 2010/140/UE, 2010/141/UE li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun modifikat ġenetikament MON863 × MON810 × NK603 (MON-ØØ863-5 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6), MON863 × MON810 (MON-ØØ863-5 × MON-ØØ81Ø-6) u MON863 × NK603 (MON-ØØ863-5 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2016) 204)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(6) u 20(6), kif ukoll l-Artikoli 9(2) u 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/608/KE (2), it-tqegħid fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti mill-qamħirrum MON 863, u tal-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON 863 għal użu differenti mill-ikel u l-għalf, għajr il-koltivazzjoni, huwa awtorizzat skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), sat-12 ta' Jannar 2016.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/68/KE (4), it-tqegħid fis-suq ta' ikel li fih, li jikkonsisti minn jew li huwa prodott mill-qamħirrum MON 863 huwa awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), sat-12 ta' Jannar 2016.

(3)

L-addittivi tal-ikel, il-materjali tal-għalf u l-addittivi tal-għalf prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 863 tqiegħdu fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u ġew innotifikati bħala prodotti eżistenti skont l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 20(1)(b) tal-istess Regolament meta daħal fis-seħħ.

(4)

Fit-13 ta' April 2007, Monsanto Europe S.A., ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 8(4), 11, 20(4) u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni biex ikomplu jiġu kummerċjalizzati l-addittivi tal-ikel, il-materjali tal-għalf u l-addittivi tal-għalf magħmulin mill-qamħirrum MON 863, li ġew notifikati qabel skont l-Artikoli 8(1)(b) u 20(1)(b) tar-Regolament (“l-applikazzjoni”). Fit-30 ta' Marzu 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li t-tagħrif il-ġdid mogħti fl-applikazzjoni tat-tiġdid u r-reviżjoni tal-litteratura xjentifika li ġie ppubblikat wara l-opinjonijiet xjentifiċi preċedenti dwar il-qamħirrum MON863 mill-EFSA ma jeħtieġx tibdiliet tal-opinjonijiet. Għaldaqstant tenniet il-konklużjoni preċedenti tagħha li mhuwiex probabbli li l-qamħirrum MON 863 ikollu effett dannuż fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ambjent fil-kuntest tal-użi proposti għalih. Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet u l-kwistjonijiet speċifiċi kollha mqajma mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(5)

Bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/139/UE (6), 2010/140/UE (7) u 2010/141/UE (8), it-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew huma prodotti minn qamħirrun MON863 × MON 810 × NK603, il-qamħirrum MON863 × MON810 u l-qamħirrum MON863xNK603 huwa awtorizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, sal-1 ta' Marzu 2020.

(6)

Fid-29 ta' Ġunju 2015, Monsanto Europe S.A., talbet lill-Kummissjoni biex ittemm l-awtorizzazzjonijiet kollha mogħtija mill-Kummissjoni għal prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn jew huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 863, bħala avveniment wieħed u f'avvenimenti fuq xulxin, wara deċiżjoni kummerċjali tal-kumpanija li ma tikkumerċjalizzax aktar dawn il-prodotti fl-UE.

(7)

Bħala konsegwenza, Monsanto Europe S.A. irtirat l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-issoktar tal-kummerċjalizzazzjoni ta' addittivi tal-ikel, materjali tal-għalf u addittivi tal-għalf prodotti minn qamħirrum MON 863 sottomessa fit-13 ta' April 2007 li għaliha l-EFSA ppubblikat Opinjoni fit-30 ta' Marzu 2010 u talbet lill-Kummissjoni Ewropea biex tħassar id-Deċiżjonijiet 2005/608/KE, 2006/68/KE, 2010/139/UE, 2010/140/UE u 2010/141/UE.

(8)

Billi MON 863, bħala avveniment wieħed jew f'avvenimenti fuq xulxin, ma ġiex ikkultivat kummerċjalment sa mill-2011 f'pajjiżi terzi u t-tneħħija gradwali kummerċjali tiegħu tlestiet, m'hemmx bżonn li jingħata perjodu ta' żmien limitat li fih il-ħażniet eżistenti tal-prodotti jkunu jistgħu jintużaw.

(9)

Id-Deċiżjonijiet 2005/608/KE u 2006/68/KE jiskadu fit-12 ta' Jannar 2016. Peress li l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni mogħtija f'dawn id-deċiżjonijiet ma ġiet ippreżentata minn Monsanto Europe S.A., il-prodotti koperti minn dawn id-deċiżjonijiet ma għandhomx jiġu kkumerċjalizzati wara din id-data.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-addittivi tal-ikel prodotti mill-qamħirrum MON-ØØ863-5 notifikati bħala prodotti eżistenti skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 kif ukoll il-materjali tal-għalf u l-addittivi tal-għalf prodotti mill-qamħirrun MON-ØØ863-5 notifikati bħala prodotti eżistenti skont l-Artikolu 20(1)(b) għandhom jiġu rtirati mis-suq sa mhux aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Id-Deċiżjonijiet 2010/139/UE, 2010/140/UE u 2010/141/UE jiġu revokati fid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

L-entrati fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, rigward il-qamħirrum MON-ØØ863-5, MON-ØØ863-5 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6, MON-ØØ863-5 × MON-ØØ81Ø-6 u MON-ØØ863-5 × MON-ØØ6Ø3-6 jiġu adattati b'qies ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Scheldelaan 460, Haven 627, 2040 Antwerp, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/608/KE tat-8 ta' Awwissu 2005 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L. linja MON 863) ġenetikament modifikat għar-reżistenza tad-dudu ta' għerq il-qamħirrum (ĠU L 207, 10.8.2005 p. 17).

(3)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/68/KE tat-13 ta' Jannar 2006 li tawtorizza li joħorġu fis-suq ikel u ingredjenti tal-ikel li ġejjin minn qamħirrum ġenetikament modifikat tal-linja MON 863 bħala ikel ġdid jew ingredjenti tal-ikel ġodda taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 26).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/139/UE tat-2 ta' Marzu 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament MON863 × MON810 × NK603 (MON-ØØ863-5 × MON-ØØ81Ø-6 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 68).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/140/UE tat-2 ta' Marzu 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament MON863 × MON810 (MON-ØØ863-5 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 73).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/141/UE tat-2 ta' Marzu 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament MON863 × NK603 (MON-ØØ863-5 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 78).


Top