Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2106

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2106 tal-20 ta' Novembru 2015 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2016 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    ĠU L 305, 21.11.2015, p. 35–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2106/oj

    21.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 305/35


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2106

    tal-20 ta' Novembru 2015

    li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2016 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2015/936 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn għadd ta' pajjiżi terzi biex jiġu allokati abbażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

    (2)

    Skont ir-Regolament (UE) 2015/936 huwa possibbli li f'ċerti ċirkustanzi jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, li jinqasmu l-kwoti f'segmenti, jew li jiġi riżervat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklussivament għal applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi.

    (3)

    Ir-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni ta' kwoti tessili stabbiliti fl-2016 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota sabiex il-kontinwità tal-kummerċ ma tiġix affettwata għalxejn.

    (4)

    Il-miżuri adottati fis-snin ta' qabel, bħal dawk li hemm fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2014 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2016.

    (5)

    Biex jiġi ssodisfat l-akbar numru ta' operaturi possibbli huwa xieraq li l-metodu ta' allokazzjoni ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” isir aktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jiġu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu.

    (6)

    Biex jiġi garantit grad ta' kontinwità fil-kummerċ u amministrazzjoni effiċjenti tal-kwota, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-ewwel applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għall-2016 ekwivalenti għall-kwantità li impurtaw fl-2015.

    (7)

    Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, ġaladarba l-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti.

    (8)

    Biex tkun żgurata amministrazzjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operaturi jistgħu jipprovaw l-eżistenza ta' kuntratt u jistgħu jiċċertifikaw, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li għadhom ma ġewx allokati awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Unjoni b'konformità ma' dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, b'risposta għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu awtorizzati jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2017 l-validità ta' awtorizzazzjoni ġaladarba mill-anqas nofs il-kwantita allokata tkun intużat sad-data tal-applikazzjoni.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessili stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/936,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistipula r-regoli tal-ġestjoni tal-kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2015/936 għas-sena 2016.

    Artikolu 2

    Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu allokati kronoloġikament skont meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi għal kull operatur kif imniżżel fl-Anness I.

    Il-kwantitatjiet massimi, madankollu, ma jkunux japplikaw għal dawk l-operaturi li jkunu f'pożizzjoni li jipprovaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2016, li fir-rigward tal-kategoriji partikolari u l-pajjiżi terzi partikolari kienu impurtaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni mogħtija lilhom għall-2015.

    Fil-każ ta' operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2015 minn pajjiżi terzi partikolari u f'kategoriji partikolari, u dan ġaladarba jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' kwota disponibbli.

    Artikolu 3

    Kull importatur li jkun diġà uża sa 50 % jew aktar mill-ammont allokat lilu skont dan ir-Regolament jista' jagħmel applikazzjoni oħra, fir-rigward tal-istess kategorija u tal-istess pajjiż ta' oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi stipulati fl-Anness I.

    Artikolu 4

    1.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mniżżla fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta' filgħodu, ħin ta' Brussell, nhar il-11 ta' Jannar 2016, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta' awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni.

    2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2015/936 li l-kwantitajiet rikjesti huma disponibbli għall-importazzjoni.

    Huma joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:

    (a)

    jagħti prova tal-eżistenza ta' kuntratt li għandu x'jaqsam mal-provvista tal-merkanzija; kif ukoll

    (b)

    jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:

    (i)

    l-operatur ma kienx diġà ġie allokat awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament; jew

    (ii)

    l-operatur ġie mogħti awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament iżda uża tal-anqas 50 fil-mija mill-kwantita allokata.

    3.   L-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni jkunu validi għal disa' xhur mid-data li fiha jkunu nħarġu, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016.

    Madankollu, fuq talba tal-importatur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu estensjoni ta' tliet xhur għall-validità ta' awtorizzazzjoni ġaladarba tkun intużat tal-anqas 50 fil-mija mill-kwantita allokata sa meta ssir it-talba. Fl-ebda ċirkustanza tali estensjoni ma tiskadi aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 160, 25.6.2015, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2015 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (ĠU L 332, 19.11.2014, p. 18).


    ANNESS I

    Ammonti massimi msemmija fl-Artikoli 2 u 3

    Pajjiż ikkonċernat

    Kategorija

    Unità

    Ammont massimu

    Ir-Repubblika tal-Belarus

    1

    Kilogrammi

    20 000

    2

    Kilogrammi

    80 000

    3

    Kilogrammi

    5 000

    4

    Biċċiet

    20 000

    5

    Biċċiet

    15 000

    6

    Biċċiet

    20 000

    7

    Biċċiet

    20 000

    8

    Biċċiet

    20 000

    15

    Biċċiet

    17 000

    20

    Kilogrammi

    5 000

    21

    Biċċiet

    5 000

    22

    Kilogrammi

    6 000

    24

    Biċċiet

    5 000

    26/27

    Biċċiet

    10 000

    29

    Biċċiet

    5 000

    67

    Kilogrammi

    3 000

    73

    Biċċiet

    6 000

    115

    Kilogrammi

    20 000

    117

    Kilogrammi

    30 000

    118

    Kilogrammi

    5 000

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    1

    Kilogrammi

    10 000

    2

    Kilogrammi

    10 000

    3

    Kilogrammi

    10 000

    4

    Biċċiet

    10 000

    5

    Biċċiet

    10 000

    6

    Biċċiet

    10 000

    7

    Biċċiet

    10 000

    8

    Biċċiet

    10 000

    9

    Kilogrammi

    10 000

    12

    Pari

    10 000

    13

    Biċċiet

    10 000

    14

    Biċċiet

    10 000

    15

    Biċċiet

    10 000

    16

    Biċċiet

    10 000

    17

    Biċċiet

    10 000

    18

    Kilogrammi

    10 000

    19

    Biċċiet

    10 000

    20

    Kilogrammi

    10 000

    21

    Biċċiet

    10 000

    24

    Biċċiet

    10 000

    26

    Biċċiet

    10 000

    27

    Biċċiet

    10 000

    28

    Biċċiet

    10 000

    29

    Biċċiet

    10 000

    31

    Biċċiet

    10 000

    36

    Kilogrammi

    10 000

    37

    Kilogrammi

    10 000

    39

    Kilogrammi

    10 000

    59

    Kilogrammi

    10 000

    61

    Kilogrammi

    10 000

    68

    Kilogrammi

    10 000

    69

    Biċċiet

    10 000

    70

    Pari

    10 000

    73

    Biċċiet

    10 000

    74

    Biċċiet

    10 000

    75

    Biċċiet

    10 000

    76

    Kilogrammi

    10 000

    77

    Kilogrammi

    5 000

    78

    Kilogrammi

    5 000

    83

    Kilogrammi

    10 000

    87

    Kilogrammi

    8 000

    109

    Kilogrammi

    10 000

    117

    Kilogrammi

    10 000

    118

    Kilogrammi

    10 000

    142

    Kilogrammi

    10 000

    151A

    Kilogrammi

    10 000

    151B

    Kilogrammi

    10 000

    161

    Kilogrammi

    10 000


    ANNESS II

    Lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4

    1.

    Il-Belġju

    FOD Economie, KMO, Middenstand en Energie (Ekonomija tas-Servizz Pubbliku Federali, SMEs, Ħaddiema għal rashom u Enerġija)

    Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie

    Dienst Vergunningen

    Vooruitgangstraat 50

    B-1210 Brussel

    Tel: + 32 (0) 2 277 67 13

    Faks: + 32 (0) 2 277 50 63

    SPF Economie, PME, Classes moyennes et Energie (Ekonomija tas-Servizz Pubbliku Federali, SMEs, Ħaddiema għal rashom u Enerġija)

    Direction générale des Analyses économiques et de l'Economie internationale

    Service Licences

    Rue du Progrès 50

    B-1210 Bruxelles

    Tel: + 32 (0) 2 277 67 13

    Faks: + 32 (0) 2 277 50 63

    2.

    Il-Bulgarija

    Министерство на икономиката и енергетиката

    Дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол”

    ул. “Славянска” № 8

    1052 София

    Tel: +359 29 40 7008/+359 29 40 7673/+359 29 40 7800

    Faks: +359 29 81 5041/+359 29 80 4710 /+359 29 88 3654

    Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija

    8, Slavyanska Str., Sofia 1052, Bulgaria

    Tel.: +359 29 40 7008/+359 29 40 7673/+359 29 40 7800

    Faks: +359 29 81 5041/+359 29 80 4710 /+359 29 88 3654

    3.

    Ir-Repubblika Ċeka

    Ministerstvo průmyslu a obchodu (Il-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ)

    Licenční správa

    Na Františku 32

    CZ — 110 15 Praha 1

    Tel: (420) 224 907 111

    Faks: (420) 224 212 133

    4.

    Id-Danimarka

    Erhvervs- og Vækstministeriet (Il-Ministeru għan-Negozju u t-Tkabbir)

    Erhvervsstyrelsen

    Langelinie Allé 17

    2100 København

    Tel.: +45 35291000

    Faks: +45 35291001

    5.

    Il-Ġermanja

    Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA) [Uffiċċju Federali tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjonijiet]

    Frankfurter Str. 29-35

    D-65760 Eschborn

    Tel.: +49 61969080

    Faks: +49 6196908800

    6.

    L-Estonja

    Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium (Il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni)

    Harju 11

    EST-15072 Tallinn

    Tel.: +372 6256400

    Faks: +372 6313660

    7.

    L-Irlanda

    An Roinn Post, Fiontar agus Nuálaíochta

    23 Sráid Chill Dara

    Baile Átha Cliath 2D02 TD30

    Tel.: (353 1) 631 2545

    Faks: (353 1) 631 2562

    Department of Jobs, Enterprise and Innovation

    Licensing Unit

    Kildare Street

    IRL-Dublin 2

    Tel.: (353 1) 631 2545

    Faks: (353 1) 631 2562

    8.

    Il-Greċja

    Υπουργείο Οικονομίας, Ανάπτυξης και Τουρισμού

    Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής και Εμπορικής Πολιτικής

    Διεύθυνση Συντονισμού Εμπορίου και Εμπορικών Καθεστώτων

    Τμήμα Β' Ειδικών Καθεστώτων Εισαγωγών

    Κορνάρου 1

    GR-105 63 Αθήνα

    Τel.: (+30) 210 3286041-43, 210 3286223

    Faks: (+30) 210 3286094

    Ministeru tal-Ekonomija, l-Iżvilupp u t-Turiżmu

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Ekonomika u tal-Kummerċ Internazzjonali,

    Id-Direttorat għall-Koordinazzjoni tal-Kummerċ u Reġimi Kummerċjali

    Unità B' Reġimi ta' Importazzjonijiet Speċjali

    1 Kornarou Str.

    GR-10563 Athens

    Tel: (+30) 210 3286041-43,210 3286223

    Faks: (+30) 210 3286094

    9.

    Spanja

    Ministerio de Economía y Competitividad (Il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Kompetittività)

    Dirección General de Comercio e Inversiones

    Paseo de la Castellana no 162

    E-28046 Madrid

    Tel.: +34 913493817/+34 93874

    Faks: +34 913493831

    Posta elettronika: sgindustrial.sscc@comercio.mineco.es

    10.

    Franza

    Ministère de l'Economie, de l'Industrie et de l'Emploi

    Direction Générale des Entreprises (DGE)

    Service de l'Industrie (SI)

    Sous-direction de la Chimie, des Matériaux et des Eco-Industries (SDCME)

    Bureau des Matériaux

    67, Rue Barbès — BP 80001

    F-94201 Ivry sur Seine Cedex

    Tel: (+33) 1 79 84 34 49

    Posta elettronika: isabelle.paimblanc@finances.gouv.fr

    11.

    Il-Kroazja

    Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

    Samostalni sektor za trgovinsku politiku i gospodarsku multilateralu

    Trg N. Š. Zrinskog 7-8

    10000 Zagreb

    Tel: 00 385 1 6444626

    Faks: 00 385 1 6444601

    Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej

    Id-Direttorat għall-Politika Kummerċjali u tal-Affarijiet Ekonomiċi Multilaterali

    Trg N. Š. Zrinskog 7-8

    HR-10000 Zagreb

    Tel: +385 16444626

    Faks: +385 16444601

    12.

    L-Italja

    Ministero dello Sviluppo Economico (Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku)

    Direzione Generale per la Politica Commerciale Internazionale

    Divisione III — Accesso dei beni italiani nei mercati esteri e difesa commerciale delle imprese

    Viale Boston, 25

    I — 00144 Roma

    Tel.: (+39) 06 5964 7517, 06 5993 2450, 06 5993 2436

    Faks: (+39) 06 5993 2681, 06 5993 2636

    Posta elettronika: dgpci.div3@mise.gov.it

    13.

    Ċipru

    Κλάδος Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/ Εξαγωγής

    Υπηρεσία Εμπορίου

    Υπουργείο Ενέργειας, Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

    Ανδρέα Αραούζου 6

    1421 Λευκωσία

    Τel.: +357 22 867 100

    Faks: +357 22 375 443

    Sezzjoni tal-Liċenzji tal-Importazzjonijiet/Esportazzjonijiet

    Is-Servizz tal-Kummerċ

    Il-Ministeru tal-Enerġija, il-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu

    6, Andrea Araouzou

    1421 Nicosia

    Tel.: +357 22 867 100

    Telefaks: +357 22 375 443

    14.

    Il-Latvja

    Latvijas Republikas Ārlietu ministrija (Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Latvja)

    Kr.Valdemāra iela 3

    LV-1395 Rīga

    Tel: 00 371 6701 6201

    Faks: 00 371 6782 8121

    15.

    Il-Litwanja

    Lietuvos Respublikos ūkio ministerija (Il-Ministeru għall-Ekonomija tar-Repubblika tal-Litwanja)

    Gedimino pr. 38/Vasario 16-osios g. 2

    LT-01104 Vilnius

    Tel. +370 70664 658, +370 70664 808

    Faks. +370 70664 762

    Posta elettronika: vienaslangelis@ukmin.lt

    16.

    Il-Lussemburgu

    Ministère de l'Economie (Il-Ministeru għall-Ekonomija)

    Office des licences

    19-21, boulevard Royal

    L-2449 Luxembourg

    Tel: +352 22 61 62

    Faks: +352 46 61 38

    office.licences@eco.etat.lu

    17.

    L-Ungerija

    Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

    (L-Uffiċċju Ungeriż tal-Liċenzji Kummerċjali)

    Budapest

    Németvölgyi út 37-39.

    1124

    MAGYARORSZÁG

    Tel. +36 1458 5514

    Faks +36 1458 5832

    Posta elettronika: keo@mkeh.gov.hu

    18.

    Malta

    Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

    Dipartiment tal-Kummerċ, Xatt Lascaris

    Valletta VLT1933

    Tel: +356 25690214

    Faks: +356 21237112

    Posta elettronika: commerce@gov.mt

    Ministry for the Economy, Investment and Small Business

    Commerce Department, Trade Services Directorate

    Lascaris

    Valletta VLT1933

    Tel: +356 25690214

    Faks: +356 21237112

    Posta elettronika: commerce@gov.mt

    19.

    In-Netherlands

    Belastingdienst/Douane (L-Amministrazzjoni Doganali)

    centrale dienst voor in- en uitvoer

    Kempkensberg 12

    Postbus 30003

    NL-9700 RD Groningen

    Tel.: (31 88) 15 12 122

    Faks: (31 88) 15 13 182

    20.

    L-Awstrija

    Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft (Il-Ministeru Federali għax-Xjenza, ir-Riċerka u l-Ekonomija)

    Abteilung C2/9 — Außenwirtschaftskontrolle

    Stubenring 1

    A — 1010 Wien

    Tel: + 43 (1) 711 00 - 8353

    Faks:+ 43 (1) 711 00 - 8366

    21.

    Il-Polonja

    Ministerstwo Gospodarki (Il-Ministeru għall-Ekonomija)

    pl.Trzech Krzyży 3/5

    00-507 Warszawa

    Tel: 0048/22/693 55 53

    Faks: 0048/22/693 40 21

    22.

    Il-Portugall

    Ministério das Finanças (Il-Ministeru għall-Finanzi)

    AT- Autoridade Tributária e Aduaneira

    DSL — Direcção de Serviços de Licenciamento

    Rua da Alfândega no 5 R/C

    P-1149-006 Lisboa

    Tel.: +351 218813843

    Faks: +351 218813986

    Posta elettronika: dsl@at.gov.pt

    23.

    Ir-Rumanija

    Ministerul Economiei (Il-Ministeru għall-Ekonomija)

    Comerţului şi Mediului de Afaceri

    Direcţia Politici Comerciale

    Calea Victoriei, nr.152, sector 1

    Bucureşti

    Cod poştal: 010096

    Tel: (40-21) 315.00.81

    Faks: (40-21) 315.04.54

    Posta elettronika: clc@dce.gov.ro

    24.

    Is-Slovenja

    Ministrstvo za finance (Il-Ministeru għall-Finanzi)

    Finančna uprava Republike Slovenije

    Spodnji Plavž 6c

    SI-4270 Jesenice

    Tel: +386(0)4 202 75 83

    Faks: +386(0)4 202 49 69

    Posta elettronika: taric.fu@gov.si

    25.

    Is-Slovakkja

    Ministerstvo hospodárstva SR (Il-Ministeru għall-Ekonomija tar-Repubblika Slovakka)

    Odbor výkonu obchodných opatrení

    Mierová 19

    SK-827 15 Bratislava

    Tel: 00 421 2 4854 7019

    Faks: 00 421 2 4342 3915

    Posta elettronika: jan.krocka@mhsr.sk

    26.

    Il-Finlandja

    Tulli (Id-Dwana tal-Finlandja)

    PL 512

    FI-00101 Helsinki

    Tel. +358 295 5200

    Posta elettronika: kirmo@tulli.fi

    Tullen (Id-Dwana tal-Finlandja)

    PB 512

    FI-00101 Helsingfors

    Tel: +358 295 5200

    27.

    L-Iżvezja

    Kommerskollegium (Il-Bord Nazzjonali tal-Kummerċ)

    Box 6803

    S-113 86 Stockholm

    Tel.: (46 8) 690 48 00

    Faks: (46 8) 30 67 59

    Posta elettronika: registrator@kommers.se

    28.

    Ir-Renju Unit

    Import Licensing Branch (ILB)

    Department for Business, Innovation and Skills

    Posta elettronika: enquiries.ilb@bis.gsi.gov.uk


    Top