This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1896
Commission Regulation (EU) 2015/1896 of 16 October 2015 establishing a prohibition of fishing for hake in areas VIIIa, VIIIb, VIIId and VIIIe by vessels flying the flag of Belgium
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1896 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1896 tas-16 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
ĠU L 277, 22.10.2015, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015
22.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1896
tas-16 ta' Ottubru 2015
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew li huma rreġistrati f'dak l-Istat Membru, eżawrew il-kwota allokata għall-2015. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2015 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fl-istess Anness, għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew li huma rreġistrati f'dak l-Istat Membru, huma pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, huwa pprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).
ANNESS
Nru |
48/TQ104 |
Stat Membru |
Il-Belġju |
Stokk |
HKE/8ABDE. |
Speċi |
Merluzz (Merluccius merluccius) |
Żona |
Iż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
Data tal-għeluq |
19.9.2015 |