This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1553
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1553 of 17 September 2015 establishing the allocation coefficient to be applied to the quantities covered by the applications for import licences lodged from 1 to 7 September 2015 under the tariff quotas opened by Regulation (EC) No 1385/2007 in the poultrymeat sector
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1553 tas-17 ta' Settembru 2015 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1553 tas-17 ta' Settembru 2015 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
ĠU L 242, 18.9.2015, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/46 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1553
tas-17 ta' Settembru 2015
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Settembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 (f'perċentwali) |
09.4410 |
0,182755 |
09.4411 |
0,185414 |
09.4412 |
0,19305 |
09.4420 |
0,214407 |
09.4421 |
— |
09.4422 |
0,214368 |