Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1530

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1530 tal-11 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-arġentina silus fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni III u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

ĠU L 240, 16.9.2015, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1530/oj

16.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1530

tal-11 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-arġentina silus fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni III u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, jidher li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, laħqu l-kwota allokata lilhom għall-2015.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ilħiq tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2015, allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih, għandha titqies li ntlaħqet mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, li jiġi ttrasportat, li jiġi ttrażbordat jew li jittella' l-art il-ħut minn dak l-istokk li jkun inqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

23/TQ104

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

ARU/34-C

Speċijiet

Arġentina silus (Argentina silus)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni III u IV

Data tal-Għeluq

1.1.2015


Top