This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1507
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1507 of 9 September 2015 amending Council Implementing Regulation (EU) No 1371/2013 extending a definitive anti-dumping duty imposed on imports of certain open mesh fabrics of glass fibres originating in the People's Republic of China to imports consigned, inter alia, from India, whether declared as originating in India or not
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1507 tad-9 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet kunsinjati fost l-oħrajn mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kemm jekk le
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1507 tad-9 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet kunsinjati fost l-oħrajn mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kemm jekk le
ĠU L 236, 10.9.2015, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 07/11/2017
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013R1371 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 | 11/09/2015 | |
Modifies | 32013R1371 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 2 | 11/09/2015 |
10.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1507
tad-9 ta' Settembru 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet kunsinjati fost l-oħrajn mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kemm jekk le
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku) u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 13(4) tiegħu,
Billi:
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) |
Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping residwu ta' 62,9 % fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). |
(2) |
Wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, il-miżuri t'hawn fuq ġew estiżi għall-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ konsenjati fost l-oħrajn mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja jew le, bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 (3) (“il-miżuri estiżi”). |
B. TALBA GĦAL RIEŻAMI
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) sussegwentament irċeviet talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikoli 11(3) u 13(4) tar-Regolament bażiku. |
(4) |
It-talba tressqet minn Pyrotek India Pvt. Ltd. (“l-applikant”), produttur esportatur ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ mill-Indja (“il-pajjiż konċernat”) u kienet limitata fl-ambitu għall-possibbiltà li tikseb eżenzjoni mill-miżuri estiżi. |
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza sottomessa mill-applikant u qisitha suffiċjenti biex tiġġustifika li tinbeda investigazzjoni skont l-Artikoli 11(3) u 13(4) tar-Regolament bażiku. B'hekk, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni fit-23 ta' Settembru 2014 bil-pubblikazzjoni ta' notifika ta' bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). |
C. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI
(6) |
Il-prodott suġġett għal dan ir-rieżami huwa drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, mingħajr id-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew konsenjati mill-Indja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mill-Indja kif ukoll jekk le (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00. |
D. INVESTIGAZZJONI
(a) Il-perjodu tal-investigazzjoni
(7) |
Il-perjodu tal-investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2014, waqt li l-perjodu tar-rapportar kopra l-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014. |
(8) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lil Pyrotek u lir-rappreżentanti tal-Indja dwar il-bidu tar-rieżami. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u kienu mgħarrfa bil-possibbiltà li jitolbu seduta ta' smigħ. Tali talba ma saritx. |
(9) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lil Pyrotek u rċeviet risposta sal-iskadenza stipulata. Il-Kummissjoni fittxet u verifikat l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-finijiet tar-rieżami. Saret żjara ta' verifika fil-bini ta' Pyrotek f'Chennai u f'Pune, l-Indja. |
(b) Applikant
(10) |
L-applikant huwa sussidjarja Indjana tal-grupp multinazzjonali bbażati fl-Istati Uniti, Pyrotek. Il-grupp Pyrotek li huwa fornitur ta' diversi tipi ta' oġġetti ta' konsum u għodod għall-industrija tal-metall u l-aluminju. |
(11) |
B'mod partikolari, l-applikant produċa l-prodott taħt rieżami fl-impjant Indjan tiegħu f'Chennai u biegħu lill-kumpaniji relatati tiegħu fl-Unjoni. Il-kumpaniji relatati fl-Unjoni fil-maġġoranza tal-każijiet komplew jipproċessaw il-prodott taħt rieżami u jbiegħu l-prodott li jirriżulta lill-konsumaturi aħħarin. |
(c) Is-sejbiet tal-investigazzjoni
(12) |
L-investigazzjoni wriet li l-applikant kien beda l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f'Awwissu 2011, u konfermat li l-applikant kien kapaċi jipproduċi l-kwantità sħiħa li kien esporta lejn l-Unjoni mill-bidu tal-perjodu tal-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri estiżi. B'mod partikolari, instab li l-volumi tal-bejgħ kienu kompatibbli mal-kapaċità ta' produzzjoni u max-xiri tal-materja prima (ħajt). |
(13) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-applikant mhuwa relatat mal-ebda produttur esportatur suġġett għall-miżuri fis-seħħ. |
(14) |
L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-applikant ma kienx involut fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni kif definiti fl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. |
(15) |
B'mod partikolari, l-investigazzjoni stabbiliet li, għalkemm ammont sinifikanti ta' materja prima (b'mod partikolari l-ħajt) tinxtara mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, dan ma setax jitqies bħala li jikkostitwixxi operazzjoni ta' assemblaġġ skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
(16) |
Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, il-Kummissjoni stabbiliet li l-applikant huwa produttur ġenwin tal-prodott taħt rieżami u li għalhekk għandu jkun eżentat mill-miżuri estiżi. |
E. PROĊEDURA
(17) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikoli 1(1) u 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1371/2013 jinbidlu b'dan li ġej:
“1. Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħrajn kollha’ impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 791/2011 fuq importazzjonijiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ta' daqs taċ-ċellula ta' iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2 mingħajr id-diski tal-ħġieġ tal-fibra, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa b'dan estiż għall-importazzjonijiet ta' drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ta' daqs taċ-ċellula ta' iktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2 mingħajr id-diski tal-ħġieġ tal-fibra, kunsinjati mill-Indja u l-Indoneżja, sew jekk dikjarati li joriġinaw mill-Indja u l-Indoneżja u sew jekk le, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019510014, 7019510015, 7019590014 u 7019590015), bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti minn Montex Glass Fibre Industries Pvt.Ltd. (il-kodiċi addizzjonali TARIC B942) u minn Pyrotek India Pvt. Ltd. (il-kodiċi addizzjonali TARIC C051).
2. L-applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija lil Montex Glass Fibre Industries Pvt. Ltd. u lill-Pyrotek India Pvt. Ltd. tkun bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata l-fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, japplika d-dazju antidumping kif impost mill-paragrafu 1.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 tat-3 ta' Awwissu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kunsinjati mill-Indja u mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kif ukoll jekk le (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 20).
(4) Avviż ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Indja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kif ukoll jekk le (ĠU C 330, 23.9.2014, p. 8).