This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0908
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/908 of 11 June 2015 amending Annex I to Regulation (EC) No 798/2008 as regards the entry for Canada in the list of third countries, territories, zones or compartments from which certain poultry commodities may be imported into or transit through the Union in relation to highly pathogenic avian influenza (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/908 tal-11 ta' Ġunju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/908 tal-11 ta' Ġunju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2015/3789
ĠU L 148, 13.6.2015, p. 11–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R0798 | Emenda | anness I P. 1 | 16/06/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R0692 | 21/04/2021 |
13.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/908
tal-11 ta' Ġunju 2015
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI). |
(3) |
Il-Kanada hija mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu l-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament għandhom l-awtorizzazzjoni minn ċertu partijiet tat-territorju tiegħu skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Din ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/198 (4), wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-Provinċja tal-British Columbia. |
(4) |
Ftehim bejn l-Unjoni u l-Kanada (5) jistipula li f'każ ta' tifqigħa ta' marda fl-Unjoni jew fil-Kanada (“il-Ftehim”) għandu jintlaħaq malajr rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni. |
(5) |
Fit-8 ta' April 2015, il-Kanada kkonfermat tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N2 fit-tjur fil-Provinċja ta' Ontario. L-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada ssospendew immedjatament il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tagħha. Il-Kanada implimentat ukoll politika ta' qerda biex tikkontrolla l-HPAI u tillimita t-tixrid tagħha. |
(6) |
Wara t-tifqigħa fil-Provinċja ta' Ontario, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħha u dwar il-miżuri li ħadet għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Kanada, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti lejn iż-żona affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat tal-HPAI fil-Provinċji tal-British Columbia u ta' Ontario, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni. |
(7) |
Il-Kanada rrappurtat ukoll it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfezzjoni wara l-qerda fl-azjendi fejn instabu xi tifqigħat bejn nofs Diċembru 2014 u nofs Frar 2015 fil-Provinċja tal-British Colombia. Għalhekk huwa xieraq li jiġu indikati d-dati meta dawn il-partijiet tat-territorju, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji minħabba dawn it-tifqigħat, jistgħu jitqiesu ħielsa mill-ġdid mill-HPAI u jerġgħu jiġu awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawn iż-żoni. |
(8) |
L-entrata għall-Kanada fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha għalhekk tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika kurrenti f'dak il-pajjiż terz. |
(9) |
Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/198 tat-6 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 9).
(5) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali kif approvat f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Kanada tinbidel b'dan li ġej:
Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur |
Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur |
Status tal-kontroll tas-salmonella |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data ta' għeluq (1) |
Data tal-ftuħ (2) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6B |
7 |
8 |
9 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“CA — il-Kanada |
CA-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
CA-1 |
Il-pajjiż kollu tal-Kanada bl-esklużjoni taż-żona CA-2 |
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP |
|
N |
|
|
A |
|
S1, ST1” |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
CA-2 |
It-territorju tal-Kanada li jikkorrispondi għal: |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
CA-2.1 |
‘Żona Primarja ta' Kontroll’ delimitata minn dawn il-konfini:
|
WGM |
VIII |
P2 |
4.12.2014 |
9.6.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N, P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
CA-2.2 |
Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata minn dawn il-konfini li ġejjin:
|
WGM |
VIII |
P2 |
8.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N, P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
CA-2.3 |
Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata minn dawn il-konfini li ġejjin:
|
WGM |
VIII |
P2 |
18.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|