This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0884
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/884 of 8 June 2015 establishing technical specifications and procedures required for the system of interconnection of registers established by Directive 2009/101/EC of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2015/3639
ĠU L 144, 10.6.2015, p. 1–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 17/01/2021; Imħassar b' 32020R2244
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32020R2244 | 18/01/2021 |
10.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/884
tat-8 ta' Ġunju 2015
li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4c tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4c tad-Direttiva 2009/101/KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita b'dik id-Direttiva. |
(2) |
Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandha tintuża wkoll biex timplimenta ċerti rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE (2) u fid-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(3) |
Sabiex tiġi stabbilita s-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri, huwa meħtieġ li jiġu definiti u adottati speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tas-sistema, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fil-karatteristiċi tekniċi fir-reġistri tal-Istati Membri. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Interkonnessjoni tar-Reġistri Ċentrali, Kummerċjali u tal-Kumpaniji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 4a(2) tad- Direttiva 2009/101/KE għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta' kumpaniji rregolati bil-liġijiet ta' Stat Membru ieħor (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36).
(3) Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpaniji ta' responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).
ANNESS
li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 1
Fejn issir referenza hawnhekk għal “reġistri”, dawn għandhom dejjem jinftiehmu bħala “reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji”.
Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri tkun riferuta bħala s-Sistema tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS).
1. Metodi ta' komunikazzjoni
BRIS tuża metodi bbażati fuq is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, bħal servizzi tal-Internet, għall-fini ta' interkonnessjoni tar-reġistri.
Il-komunikazzjoni bejn il-portal u l-pjattaforma, u bejn reġistru u l-pjattaforma, tkun komunikazzjoni ta' wieħed ma' wieħed. Il-komunikazzjoni mill-pjattaforma għar-reġistri tista' tkun wieħed ma' wieħed jew wieħed ma' ħafna.
2. Protokolli ta' komunikazzjoni
Protokolli tal-Internet siguri, bħal HTTPS, jintużaw għall-komunikazzjoni bejn il-portal, il-pjattaforma, ir-reġistri u l-punti ta' aċċess fakultattiv.
Protokolli ta' komunikazzjoni standard, bħall-Protokoll ta' Aċċess ta' Oġġett Uniku (SOAP), jintużaw għat-trażmissjoni ta' dejta strutturata u l-metadejta.
3. L-istandards tas-sigurtà
Għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni permezz tal-BRIS, il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta' sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informatika jinkludu:
(a) |
Miżuri sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, inkluż billi jintużaw kanali siguri (HTTPS); |
(b) |
Miżuri biex tiġi żgurata l-integrità tad-dejta filwaqt li tkun qed tiġi skambjata; |
(c) |
Miżuri biex jiġi żgurat non-rifjut ta' oriġini ta' min qed jibgħat informazzjoni fi ħdan il-BRIS u non-rifjut ta' riċeviment ta' informazzjoni; |
(d) |
Miżuri biex jiġi żgurat tħaddim ta' avvenimenti ta' sigurtà f'konformità ma' rakkomandazzjonijiet internazzjonali għal standards tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni; |
(e) |
Miżuri li jiżguraw l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' kull utent irreġistrat u miżuri biex jivverifikaw l-identità ta' sistemi konnessi mal-portal, il-pjattaforma jew ir-reġistri fil-BRIS. |
4. Metodi ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa
Il-metodu li ġej jintuża għall-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikolu 3d tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE:
(a) |
Ir-reġistru tal-kumpanija jagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, lill-pjattaforma l-informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' kull proċediment ta' stralċ jew insolvenza u fuq it-tneħħija tal-kumpanija (“l-informazzjoni żvelata”); |
(b) |
Biex tkun żgurata l-irċevuta mingħajr dewmien tal- informazzjoni divulgata, ir-reġistru tal-fergħa jitlob din l-informazzjoni mingħand il-pjattaforma. Din it-talba tista' tikkonsisti f'li jiġi indikat lill-pjattaforma l-kumpaniji li r-reġistru tal-fergħa huwa interessat li jirċievi l-informazzjoni żvelata; |
(c) |
B'din it-talba, il-pjattaforma tiżgura li r-reġistru tal-fergħa jkollu aċċess għall-informazzjoni divulgata mingħajr dewmien. |
Miżuri tekniċi xierqa u l-proċeduri jkunu fis-seħħ sabiex jittrattaw kull żball ta' komunikazzjoni bejn ir-reġistru u l-pjattaforma.
5. Lista tad-dejta li trid tiġi skambjata bejn ir-reġistri
5.1. Divulgazzjoni ta' fergħat ta' notifika
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri stabbiliti fl-Artikolu 3d tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE jiġu msemmija bħala “notifika ta' divulgazzjoni tal-fergħa”. Il-proċediment li jwassal għal din in-notifika jiġi msemmi bħala “avveniment ta' divulgazzjoni tal-fergħa”.
Għal kull notifika ta' divulgazzjoni tal-fergħa msemmija fl-Artikolu 3d tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 5a tad- Direttiva 89/666/KEE, l-Istati Membri jiskambjaw id-dejta li ġejja:
Tip ta' dejta |
Deskrizzjoni |
Kardinalità (1) |
Deskrizzjoni addizzjonali |
Id-data u l-ħin tal-ħruġ |
Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Id-Data u l-Ħin |
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika |
1 |
Struttura tal-parti tad-dejta |
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-UE rilevanti |
0…n |
It-test |
Dejta relatata ma' proċediment |
|
1 |
Grupp ta' Elementi |
Data Effettiva |
Data meta l-proċediment li jaffettwa l-kumpanija daħal fis-seħħ |
1 |
Data |
Tip ta' Proċediment |
It-tip ta' proċediment li jwassal għal avveniment ta' divulgazzjoni tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikolu 5a(1) tad-Direttiva 89/666/KEE |
1 |
Kodiċi (Ftuħ ta' Stralċ Terminazzjoni tal-Istralċ Ftuħ u Terminazzjoni tal-Istralċ Revoka tal-Istralċ Ftuħ ta' Insolvenza Terminazzjoni ta' Insolvenza Ftuħ u Terminazzjoni ta' Insolvenza Revoka ta' Insolvenza It-tneħħija) |
Id-dejta tal-kumpanija |
|
1 |
Grupp ta' Elementi |
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika |
1 |
Identifikatur Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID |
ID alternattiv |
Identifikaturi oħra tal-kumpanija (pereż. Identifikatur tal-Entità Legali) |
0…n |
Identifikatur |
Forma legali |
It-tip ta' forma legali |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE |
Isem |
Isem tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika |
1 |
It-test |
Uffiċċju Reġistrat |
L-Uffiċċju Reġistrat tal-Kumpanija |
1 |
It-test |
Isem ir-Reġistru |
L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija |
1 |
It-test |
Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi dejta teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.
L-iskambju ta' informazzjoni jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.
5.2. Notifika dwar il-mergers transfruntiera
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/56/KE jiġi msejjaħ bħala “notifika ta' mergers transfruntiera”. Għal kull notifika ta' mergers transtransfruntiera msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/56/KE, l-Istati Membri jiskambjaw id-dejta li ġejja:
Tip ta' dejta |
Deskrizzjoni |
Kardinalità |
Deskrizzjoni addizzjonali |
Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ |
Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta |
1 |
Id-data u l-Ħin |
Organizzazzjoni tal-Ħruġ |
L-organizzazzjoni li ħarġet din in-notifika |
1 |
Struttura tal-parti tad-dejta |
Organizzazzjoni Reċipjenti |
Organizzazzjoni li lilha hija indirizzata din in-notifika |
1 |
Struttura tal-parti tad-dejta |
Referenza Leġiżlattiva |
Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-UE rilevanti |
0…n |
It-test |
Dejta relatata mal-merger |
|
1 |
Grupp ta' Elementi |
Data Effettiva |
Data meta l-merger issir effettiva |
1 |
Data |
Tip ta' merger |
Tip ta' merger kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2005/56/KE |
1 |
Kodiċi (Merger transfruntiera permezz ta' akkwist Merger transfruntiera permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida Merger transfruntiera ta' kumpanija posseduta kollha) |
Kumpanija riżultanti |
|
1 |
Grupp ta' Elementi |
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
Identifikatur Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID |
IDs Alternattivi |
Identifikaturi oħra |
0…n |
Identifikatur |
Forma legali |
It-tip ta' forma legali |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE |
Isem |
Isem tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
It-test |
Uffiċċju Reġistrat |
Uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger |
1 |
It-test |
Isem ir-Reġistru |
Isem ir-reġistru fejn il-kumpanija li tirriżulta mill-merger ġiet irreġistrata |
1 |
It-test |
Kumpanija li qed tingħaqad |
|
1…n |
Grupp ta' Elementi |
EUID |
Identifikatur uniku tal-kumpanija li qed tingħaqad |
1 |
Identifikatur Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID |
IDs Alternattivi |
Identifikaturi oħra |
0…n |
Identifikatur |
Forma Legali |
It-tip ta' forma legali |
1 |
Kodiċi Kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE |
Isem |
Isem tal-kumpanija li tieħu sehem fil-merger |
1 |
It-test |
Uffiċċju Reġistrat |
Uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tieħu sehem fil-merger |
0…1 |
Test |
Isem ir-Reġistru |
Ir-reġistru fejn kumpanija li qed tingħaqad tkun ġiet irreġistrata |
1 |
Test |
Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi dejta teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.
L-iskambju ta' informazzjoni jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.
6. L-istruttura tal-format ta' messaġġ standard
L-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri, il-pjattaforma u l-portal ikun ibbażat fuq metodi standard ta' strutturar tad-dejta u jiġi espress f'format ta' messaġġ standard bħal XML.
7. Dejta għall-pjattaforma
It-tip ta' dejta li ġejja tiġi pprovduta sabiex il-pjattaforma tkun tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha:
(a) |
Dejta li tippermetti l-identifikazzjoni ta' sistemi li huma konnessi mal-pjattaforma. Dik id-dejta tista' tikkonsisti f'URLs jew kwull numru jew kodiċi ieħor li jidentifika b'mod uniku kull sistema fil-BRIS; |
(b) |
Indiċi ta' dettalji elenkati fl-Artikolu 3c(2) tad-Direttiva 2009/101/KE. Din id-dejta tintuża biex tkun żgurata konsistenza u riżultati ta' malajr tas-servizz ta' tiftix. Meta d-dejta ma tkunx disponibbli għall-pjattaforma għall-indiċizzazzjoni, l-Istati Membri jagħmlu l-istess dettalji disponibbli għall-iskop tas-servizz ta' tiftix b'mod li jiggarantixxi l-istess livell ta' servizz kif ipprovdut mill-pjattaforma; |
(c) |
Identifikaturi uniċi ta' kumpaniji msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/101/KE u identifikaturi uniċi ta' fergħat imsemmija fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 89/666/KEE. Dawn l-identifikaturi jintużaw biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tar-reġistri permezz tal-pjattaforma; |
(d) |
Kull dejta operattiva oħra li hija meħtieġa għall-pjattaforma sabiex tkun tista' tiżgura l-funzjonament xieraq u effiċjenti tas-servizz ta' tiftix u l-interoperabbiltà tar-reġistri. Din id-dejta tista' tinkludi listi ta' kodiċi, dejta ta' referenza, glossarji u traduzzjonijiet relatati ta' dawn il-metadejta, kif ukoll dejta ta' reġistrazzjoni u rappurtar. |
Id-dejta u l-metadejta mmaniġġati mill-pjattaforma jiġu pproċessati u maħżuna f'konformità mal-istandards tas-sigurtà deskritti fit-Taqsima 3 ta' dan l-Anness.
8. L-istruttura u l-użu tal-identifikatur uniku
L-identifikatur uniku għall-fini ta' komunikazzjoni bejn ir-reġistri jiġi msejjaħ bħala EUID (Identifikatur Uniku Ewropew).
L-istruttura tal-EUID tkun konformi mal-ISO 6523 u jkun fiha l-elementi li ġejjin:
Element EUID |
Deskrizzjoni |
Deskrizzjoni addizzjonali |
Kodiċi tal-pajjiż |
Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat l-Istat Membru tar-reġistru |
Mandatorju |
L-Identifikatur tar-Reġistru |
Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat ir-reġistru domestiku tal-oriġini tal-kumpanija u tal-fergħa rispettivament |
Mandatorju |
Numru tar-reġistrazzjoni |
In-numru tal-kumpanija/fergħa jirreferi għan-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija/fergħa fir-reġistru domestiku ta' oriġini |
Mandatorju |
In-numru ta' verifika |
Elementi li jagħmluha possibbli li jiġu evitati żbalji ta' identifikazzjoni |
Fakultattivi |
L-EUID jintuża biex jiġu identifikati b'mod inekwivoku l-kumpaniji u l-fergħat għall-fini ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri permezz tal-pjattaforma.
9. Metodi ta' tħaddim tas-sistema u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma
Għad-distribuzzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, is-sistema tkun ibbażata fuq il-metodu ta' ħidma tekniku li ġej:
Għat-twassil ta' messaġġi fil-verżjoni tal-lingwa rilevanti, il-pjattaforma tipprovdi artefatti ta' dejta ta' referenza, bħal-listi ta' kodiċijiet, vokabularji kkontrollati u glossarji. Meta rilevanti, dawn jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali tal-UE. Meta possibbli jintużaw, standards rikonoxxuti u messaġġi standardizzati.
Il-Kummissjoni taqsam mal-Istat Membru aktar dettalji dwar il-metodu ta' teknika għall-implimentazzjoni u l-operazzjoni u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma.
10. Kriterji tat-Tfittix
Mill-inqas pajjiż wieħed għandu jintgħażel meta ssir tfittxija.
Il-portal jipprovdi l-kriterji armonizzati li ġejjin għat-tfittxija:
— |
Isem il-kumpanija, |
— |
Numru ta' reġistrazzjoni. Dan jirreferi għan-numru ta' reġistrazzjoni ta' kumpanija jew fergħa f'reġistru domestiku. |
Aktar kriterji ta' tfittxija jistgħu jkunu disponibbli fuq il-portal.
11. Modalitajiet ta' ħlas
Għad-dokumenti u d-dettalji li għalihom l-Istati Membri jitolbu ħlas u li huma disponibbli fuq il-Portal tal-Ġustizzja elettronika permezz tal-BRIS, is-sistema tippermetti lill-utenti li jħallsu onlajn bl-użu ta' ħafna modalitajiet ta' pagament bħal karti ta' kreditu u ta' debitu.
Is-sistema tista' tipprovdi wkoll metodi alternattivi ta' ħlas onlajn, bħal trasferimenti bankarji jew kartieri virtwali (depożitu).
12. It-tikketti ta' spjegazzjoni
F'dak li għandu x'jaqsam mad-dettalji u t-tipi ta' dokumenti elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE, l-Istati Membri jipprovdu t-tabelli spjegattivi li ġejjin:
(a) |
Titolu qasir għal kull partikolari u dokument (pereżempju: “Artikoli ta' inkorporazzjoni”); |
(b) |
Kif xieraq, deskrizzjoni qasira tal-kontenut ta' kull dokument jew partikolari, inkluż, b'mod voluntarju, informazzjoni dwar il-valur legali tad-dokument. |
13. Disponibbiltà tas-servizzi
Iż-żmien li fih jingħata servizz għandu jkun 24/7, b'rata ta' disponibbiltà tas-sistema ta' mill-inqas 98 % eskluża l-manutenzjoni skedata.
L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' manutenzjoni kif ġej:
(a) |
ħamest ijiem ta' xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà sa perjodu ta' erba' sigħat; |
(b) |
għaxart ijiem ta' xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà sa perjodu ta' 12-il siegħa; |
(c) |
30 jum tax-xogħol bil-quddiem għal manutenzjoni tal-kamra tal-infrastruttura tal-kompjuter, li jistgħu jikkawżaw sa sitt ijiem ta' nuqqas ta' disponibbiltà f'perjodu ta' sena. |
Sa fejn ikun possibbli, operazzjonijiet ta' manutenzjoni għandhom ikunu ppjanati barra mill-ħinijiet tax-xogħol (7:00pm–8:00am CET).
Fejn l-Istati Membri għandhom ħinijiet tal-operar fissi għal kull ġimgħa, huma jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħin u l-ġurnata tal-ġimgħa meta tali ħinijiet tal-operar huma ppjanati. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fil-punti (a) sa (c) tat-tieni paragrafu, jekk is-sistemi tal-Istati Membri ma jibqgħux disponibbli matul tali perjodu fiss, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni f'kull okkażjoni.
F'każ ta' ħsara teknika mhux mistennija ta' dawn is-sistemi tal-Istati Membri, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bin-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema tagħhom, u, jekk ikunu magħrufa, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.
F'każ ta' nuqqas mhux mistenni fil-pjattaforma ċentrali jew fil-Portal, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien bin-nuqqas ta' disponibbiltà tal-pjattaforma jew tal-portal, u jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.
14. Punti ta' aċċess opzjonali
14.1. Proċedura
L-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar iż-żmien ippjanat tal-istabbiliment tal-punti ta' aċċess fakultattivi, in-numru ta' punti ta' aċċess fakultattiv li jgħaqqdu l-pjattaforma, u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna(i) li tista' tiġi kkuntattjata għall-iskop li tiġi stabbilita konnessjoni teknika.
Il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri bid-dettalji tekniċi neċessarji u appoġġ għall-ittestjar u l-użu ta' konnessjoni għal kull punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma.
14.2. Rekwiżiti tekniċi
Għall-konnessjoni ta' punti ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti definiti f'dan l-Anness, inklużi l-ħtiġijiet ta' siġurtà għat-trażmissjoni ta' dejta permezz tal-punti ta' aċċess fakultattiv.
Meta l-ħlas ikun meħtieġ permezz ta' punt ta' aċċess fakultattiv, l-Istati Membri jipprovdu metodi ta' pagament tal-għażla tagħhom u jiġġestixxu operazzjonijiet ta' ħlas relatati.
L-Istati Membri jwettqu ttestjar xieraq qabel mal-konnessjoni mal-pjattaforma ssir operattiva u qabel ma jsiru xi bidliet sinifikanti ma' konnessjoni eżistenti.
Wara konnessjoni b'suċċess tal-punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwull tibdil sinifikanti li jmiss tal-punt ta' aċċess li jista' jaffettwa l-funzjonament tal-pjattaforma, b'mod partikolari l-għeluq tal-punt ta' aċċess. L-Istati Membri jipprovdu biżżejjed dettalji tekniċi b'rabta mal-bidla, sabiex jippermettu integrazzjoni xierqa ta' kwalunkwe bidliet relatati.
L-Istati Membri jindikaw dwar kull punt ta' aċċess fakultattiv li s-servizz ta' tiftix huwa pprovdut permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri.
(1) Kardinalità 0 tfisser li d-dejta hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-dejta hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' dejta tista' tiġi pprovduta.