EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0864

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/864 tal-4 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 139, 5.6.2015, p. 1–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/864/oj

5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/864

tal-4 ta' Ġunju 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 132 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 (2), il-ħlasijiet u l-ispejjeż stipulati f'dak ir-Regolament għandhom jiġu riveduti kull sena b'referenza għar-rata ta' inflazzjoni kif stabbilita skont l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (3).

(2)

B'konsegwenza ta' dan ir-rieżami annwali, li sar fl-2014, dawn it-tariffi għandhom jiġu aġġustati skont ir-rata annwali medja tal-inflazzjoni applikabbli, kif ippubblikat mill-Eurostat, ta' 1,5 % għas-sena 2013.

(3)

L-aġġustament ġenerali tal-miżati u tal-imposti huwa ffissat f'livell b'tali mod li d-dħul idderivat minnhom meta kkombinat ma' sorsi oħra ta' dħul tal-Aġenzija skont l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ikun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tas-servizzi mogħtija.

(4)

Il-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija għandu, bis-setgħat konferiti lilu permezz tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ikompli jimmonitorja l-isforzi mwettqa mill-Aġenzija biex titjieb l-effiċjenza sabiex tinkiseb l-aħjar relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati miksuba. Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjoni tal-Bord ta' Ġestjoni waqt ir-rieażami li jmiss tat-tariffi u tal-imposti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 340/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Għal raġunijiet ta' ċertezza ġuridika, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sottomissjonijiet validi li jkunu pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I sa VIII tar-Regolament (KE) Nru 340/2008 jinbidlu bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma japplikax għal sottomissjonijiet validi li huma pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta' April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1).


ANNESS

ANNESS I

Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

 

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 1 sa 10 tunnellati

EUR 1 739

EUR 1 304

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 10 sa 100 tunnellata

EUR 4 674

EUR 3 506

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata

EUR 12 501

EUR 9 376

Ħlas għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

EUR 33 699

EUR 25 274


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

 

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 1 sa 10 tunnellati

EUR 1 131

EUR 848

EUR 609

EUR 457

EUR 87

EUR 65

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 10 sa 100 tunnellata

EUR 3 038

EUR 2 279

EUR 1 636

EUR 1 227

EUR 234

EUR 175

Ħlas għas-sustanzi f'medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata

EUR 8 126

EUR 6 094

EUR 4 375

EUR 3 282

EUR 625

EUR 469

Ħlas għal sustanzi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

EUR 21 904

EUR 16 428

EUR 11 795

EUR 8 846

EUR 1 685

EUR 1 264

ANNESS II

Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 17(2), 18(2) u(3) jew 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

 

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Ħlas

EUR 1 739

EUR 1 304


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

 

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Ħlas

EUR 1 131

EUR 848

EUR 609

EUR 457

EUR 87

EUR 65

ANNESS III

Ħlasijiet għall-aġġornament ta' reġistrazzjonijiet skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ

 

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata

EUR 2 935

EUR 2 201

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 10 762

EUR 8 071

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 31 960

EUR 23 970

F'medda bejn 10-100 tunnellati sa medda bejn 100-1 000  tunnellata

EUR 7 827

EUR 5 870

F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000  tunnellata

EUR 29 025

EUR 21 768

F'medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 21 198

EUR 15 898


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għall-aġġornament tal-medda ta' tunnellaġġ

 

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata

EUR 1 908

EUR 1 431

EUR 1 027

EUR 770

EUR 147

EUR 110

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 6 995

EUR 5 246

EUR 3 767

EUR 2 825

EUR 538

EUR 404

F'medda bejn 1-10 tunnellati sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 20 774

EUR 15 580

EUR 11 186

EUR 8 389

EUR 1 598

EUR 1 198

F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

EUR 5 087

EUR 3 816

EUR 2 739

EUR 2 055

EUR 391

EUR 294

F'medda bejn 10-100 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000 tunnellata

EUR 18 866

EUR 14 150

EUR 10 159

EUR 7 619

EUR 1 451

EUR 1 088

F'medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda 'l fuq minn 1 000  tunnellata

EUR 13 779

EUR 10 334

EUR 7 419

EUR 5 564

EUR 1 060

EUR 795


Tabella 3

Ħlasijiet għal aġġornamenti oħra

Tip ta' aġġornament

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

EUR 1 631

Tip ta' aġġornament

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni:

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 4 892

EUR 3 669

Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 631

EUR 1 223

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 4 892

EUR 3 669

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 3 261

EUR 2 446

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 631

EUR 1 223


Tabella 4

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għal aġġornamenti oħra

Tip ta' aġġornament

Intrapriża medja

Intrapriża żgħira

Mikrointrapriża

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

EUR 1 060

EUR 571

EUR 82

Tip ta' aġġornament

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni:

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 2 120

EUR 1 590

EUR 1 141

EUR 856

EUR 163

EUR 122

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

ANNESS IV

Ħlasijiet għat-talbiet skont il-punt (xi) tal-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

Oġġett li jeħtieġ il-kunfidenzjalità

Preżentazzjoni individwali

Preżentazzjoni konġunta

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 4 892

EUR 3 669

Kwantita ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 631

EUR 1 223

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 4 892

EUR 3 669

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 3 261

EUR 2 446

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 631

EUR 1 223

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 631

EUR 1 223


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

Oġġett li jeħtieġ il-kunfidenzjalità

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża medja

(Preżentazzjoni konġunta)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni individwali)

Intrapriża żgħira

(Preżentazzjoni konġunta)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni individwali)

Mikrointrapriża

(Preżentazzjoni konġunta)

Grad ta' purità u/jew l-identità tal-impuritajiet jew tal-addittivi

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Kwantità ta' tunnellaġġ rilevanti

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Sommarju ta' studju jew sommarju robust tal-istudju

EUR 3 180

EUR 2 385

EUR 1 712

EUR 1 284

EUR 245

EUR 183

Informazzjoni fl-iskeda ta' dejta ta' sigurtà

EUR 2 120

EUR 1 590

EUR 1 141

EUR 856

EUR 163

EUR 122

L-isem kummerċjali tas-sustanza

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali msemmija fl-Artikolu 119(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

Isem IUPAC għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 użati bħala intermedji, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi

EUR 1 060

EUR 795

EUR 571

EUR 428

EUR 82

EUR 61

ANNESS V

Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki PPORD skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet għan-notifiki PPORD

Ħlas standard

EUR 544

Ħlas imnaqqas għal intrapriża medja

EUR 353

Ħlas imnaqqas għal intrapriża żgħira

EUR 190

Ħlas imnaqqsa għal mikrointrapriża

EUR 27


Tabella 2

Spejjeż għall-estensjoni ta' eżenzjoni PPORD

Spiża standard

EUR 1 087

Spiża mnaqqsa għal intrapriża medja

EUR 707

Spiża mnaqqsa għal intrapriża żgħira

EUR 380

Spiża mnaqqsa għal mikrointrapriża

EUR 54

ANNESS VI

Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

Ħlas ta' bażi

EUR 54 100

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 10 820

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 10 820

Ħlas addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali mhuwiex SME: EUR 40 575

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża ta' daqs medju: EUR 30 431

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi medji

Ħlas ta' bażi

EUR 40 575

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 8 115

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 8 115

Ħlas addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża ta' daqs medju: EUR 30 431

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 3

Ħlasijiet imnaqqsa għall-intrapriżi żgħar

Ħlas ta' bażi

EUR 24 345

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 869

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 4 869

Ħlas addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 4

Ħlasiiet imnaqqsa għal mikrointrapriżi

Ħlas ta' bażi

EUR 5 410

Ħlas addizzjonali għal kull sustanza

EUR 1 082

Ħlas addizzjonali għal kull użu

EUR 1 082

Ħlas addizzjonali għal kull applikant

Applikant addizzjonali: EUR 4 057

ANNESS VII

Spejjeż għar-rieżami ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Spejjeż standard

Spiża ta' bażi

EUR 54 100

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 10 820

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 10 820

Spiża addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali mhuwiex SME: EUR 40 575

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża ta' daqs medju: EUR 30 431

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 2

Ħlasiiet imnaqqsa għal mikrointrapriżi

Spiża ta' bażi

EUR 40 575

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 8 115

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 8 115

Spiża addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża ta' daqs medju: EUR 30 431

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 3

Ħlasiiet imnaqqsa għal mikrointrapriżi

Spiża ta' bażi

EUR 24 345

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 4 869

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 4 869

Spiża addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa intrapriża żgħira: EUR 18 259

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058


Tabella 4

Ħlasiiet imnaqqsa għal mikrointrapriżi

Spiża ta' bażi

EUR 5 410

Spiża addizzjonali għal kull użu

EUR 1 082

Spiża addizzjonali għal kull sustanza

EUR 1 082

Spiża addizzjonali għal kull applikant

L-applikant addizzjonali huwa mikrointrapriża: EUR 4 058

ANNESS VIII

Ħlasijiet għal appelli skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet standard

Appell kontra d-deċizjoni meħuda skont:

Ħlas

L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 2 392

L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 4 783

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 7 175


Tabella 2

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs

Appell kontra d-deċiżjoni meħuda skont:

Ħlas

L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 1 794

L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 3 587

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

EUR 5 381


Top