Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0342

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 tat- 2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 60, 4.3.2015, p. 31–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/342/oj

4.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/342

tat-2 ta' Marzu 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, (1) u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (highly pathogenic avian influenza — HPAI).

(3)

L-Istati Uniti huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċerti partijiet mit-territorju tiegħu għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, skont fejn jirriżultaw it-tifqigħat tal-HPAI. Din ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/243 (4), wara t-tifqigħat tal-HPAI fl-Istati ta' Oregon u ta' Washington.

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (5) jipprevedi li jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

(5)

Fit-23 ta' Jannar 2015 l-Istati Uniti kkonfermaw il-preżenza tas-sottotip H5N2 tal-HPAI f'qatgħa ta' pollam domestiku fl-Istat ta' Idaho fl-20 ta' Jannar 2015 u l-preżenza tas-sottotip H5N8 tal-HPAI fl-Istat ta' California. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti immedjatament issospendew il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn dawk l-Istati u minn parti mill-Istat ta' Oregon, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji fir-rigward tat-tifqigħat ġodda. L-Istati Uniti implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

(6)

Wara t-tifqigħat fl-Istati ta' Idaho u ta' California, l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, xieraq li tiġi estiża l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti biex jiġu koperti dawk il-partijiet tal-Istati ta' Idaho, ta' Californai u ta' Oregon, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali. L-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha għalhekk tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika f'dak il-pajjiż terz.

(7)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).

(5)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

Status tat-tilqim tal-influwenza avjarja

Status tal-kontroll tas-salmonella (7)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6 B

7

8

9

“US — L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US-1

Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US-2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA

 

N

 

 

A

 

S3, ST1”

WGM

Iż-żona VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

US-2

Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Istat ta' Washington

WGM

Iż-żona VIII

P2

19.12.2014

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

L-Istat ta' Oregon

Il-Kontea ta' Douglas

WGM

Iż-żona VIII

P2

19.12.2014

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

L-Istat ta' Oregon

Il-Kontea ta' Malheur

WGM

Iż-żona VIII

P2

20.1.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

L-istat ta' Idaho:

Il-Kontea ta' Canyon

Il-Kontea ta' Payette

WGM

Iż-żona VIII

P2

20.1.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

L-Istat ta' California:

Il-Kontea ta' Stanislaus

Il-Kontea ta' Tuolumne

WGM

Iż-żona VIII

P2

23.1.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 


Top