Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0207R(04)

    Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 tal-20 ta’ Jannar 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għar-rapport ta’ progress, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar proġett maġġuri, il-pjan ta’ azzjoni konġunta, ir-rapporti ta’ implimentazzjoni għall-Investiment għall-għan tat-tkabbir u l-impjiegi, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, l-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditu u r-rapport ta’ kontroll u l-metodoloġija għat-twettiq tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell għar-rapporti tal-implimentazzjoni għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 38 tat-13 ta’ Frar 2015)

    C/2020/3418

    ĠU L 166, 28.5.2020, p. 11–11 (ES, EL, MT)
    ĠU L 166, 28.5.2020, p. 11–15 (HU)
    ĠU L 166, 28.5.2020, p. 11–12 (CS, IT)
    ĠU L 166, 28.5.2020, p. 11–20 (LT)
    ĠU L 166, 28.5.2020, p. 11–14 (HR)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/207/corrigendum/2020-05-28/oj

    28.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 166/11


    Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 tal-20 ta’ Jannar 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għar-rapport ta’ progress, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar proġett maġġuri, il-pjan ta’ azzjoni konġunta, ir-rapporti ta’ implimentazzjoni għall-Investiment għall-għan tat-tkabbir u l-impjiegi, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, l-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditu u r-rapport ta’ kontroll u l-metodoloġija għat-twettiq tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell għar-rapporti tal-implimentazzjoni għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 38 tat-13 ta’ Frar 2015 )

    F’paġna 21, fl-Anness II, fit-Taqsima D, fil-punt (v) tal-punt D.2.1, in-nota f’qiegħ il-paġna numru 1,

    minflok:

    “Jekk ir-riżultat u l-esternalitajiet huma differenti fl-għażliet differenti (jekk wieħed jassumi li l-għażliet kollha għandhom l-istess objettiv) eż. proġetti ta’ skart solidu, huwa rrakkomandat li titwettaq CBA simplifikata għall-għażliet ewlenin kollha sabiex tingħażel l-aħjar alternattiva u u parametri ekonomiċi bħal l-EPNV għandu jkun il-fattur ewlieni fl-għażla.”,

    aqra:

    “Jekk l-output u l-esternalitajiet huma differenti fl-għażliet differenti (jekk wieħed jassumi li l-għażliet kollha għandhom l-istess objettiv) eż. proġetti ta’ skart solidu, huwa rrakkomandat li titwettaq CBA simplifikata għall-għażliet ewlenin kollha sabiex jintgħażlu l-aħjar alternattiva u parametri ekonomiċi ta’ proġett, bħal l-EPNV għandu jkun il-fattur ewlieni fl-għażla.”;

    F’paġna 35, fl-Anness II, fit-Taqsima G, fil-punt G.2., fl-ewwel linja tal-ewwel paragrafu u f’paġna 68, fl-Anness IV, fit-Taqsima I, it-titolu tal-punt I.1.1.,

    minflok:

    “indikaturi ta’ produzzjoni”,

    aqra:

    “indikaturi tal-output”;

    F’paġna 69, fl-Anness IV, fit-Taqsima I, fil-punt I.1.3, in-nota f’qiegħ il-paġna numru 1,

    minflok:

    “Flessibilità finanzjarja tista’ tiġi applikata għal sa 10 % tal-allokazzjonijiet totali għal outputs jew għal riżultati. Indikatur jista’ jitħallas lura sa 10 % tal-ammont massimu indikattiv. Jista’ jkun hemm flessibilità sħiħa bejn l-indikaturi li jinkludu livelli differenti għall-kisba tal-istess produzzjoni jew riżultat.”,

    aqra:

    “Tista’ tiġi applikata flessibilità finanzjarja għal massimu ta’ 10 % tal-allokazzjonijiet totali għal outputs jew għal riżultati. Indikatur jista’ jitħallas lura sa 10 % tal-ammont massimu indikattiv. Jista’ jkun hemm flessibilità sħiħa bejn l-indikaturi li jinkludu livelli differenti għall-kisba tal-istess output jew riżultat.”;

    F’paġna 74, fl-Anness V, fil-Parti A, fil-punt 3.2, fit-Tabella 2 A, it-titolu tar-raba’ kolonna,

    minflok:

    “Indikatur komuni tal-produzzjoni li jintuża bħala bażi għall-iffissar tal-miri”,

    aqra:

    “Indikatur komuni tal-output li jintuża bħala bażi għall-iffissar tal-miri”.


    Top