EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0110

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/110 tas- 26 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Bjelorussja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja u li jtemm il-proċediment fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fl-Ukraina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

ĠU L 20, 27.1.2015, p. 6–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/04/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/110/oj

27.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/110

tas-26 ta' Jannar 2015

li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Bjelorussja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja u li jtemm il-proċediment fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fl-Ukraina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2) u (5) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni ta' antidumping (“l-investigazzjoni preċedenti”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 1256/2008 (2), impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7306 30 41, ex 7306 30 49, ex 7306 30 72 u ex 7306 30 77 li joriġinaw fil-Bjelorussja (minn issa 'l quddiem Bjelorussja), ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”), ir-Russja, it-Tajlandja u l-Ukraina (“il-miżuri antidumping definittivi”). Il-miżuri ħadu l-għamla ta' dazju ad valorem li jvarja bejn 10,1 % u 90,6 %.

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(2)

Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' għeluq taż-żmien imminenti (3) tal-miżuri antidumping definittivi fis-seħħ, il-Kummissjoni, fit-18 ta' Settembru 2013, rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami tal-għeluq taż-żmien ta' dawn il-miżuri, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba ġiet ippreżentata mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tat-tubi tal-azzar iwweldjati tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti, f'dan il-każ ta' aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' tubi u pajpijiet iwweldajti.

(3)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(4)

Wara li stabbilixxiet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni fid-19 ta' Diċembru 2013 ħabbret, permezz ta' notifika ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   L-investigazzjoni

4.1.   Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(5)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami” jew “PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieażmi (“il-perjodu kkunsidrat”).

4.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(6)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-Bjelorussja, lir-RPĊ, lir-Russja u lill-Ukraina (“il-pajjiżi kkonċernati”), lill-importaturi mhux relatati u l-utenti magħrufa li se jkunu kkonċernati kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiżi kkonċernati, dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limitu ta' żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu.

(7)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta' smigħ.

4.2.1.   Il-kampjunar fir-rigward tal-produtturi esportaturi

(8)

Fid-dawl tal-għadd apparentament kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ, ir-Russja u l-Ukraina, il-kampjunar ġie previst fin-Notifika ta' Bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar ikunx meħtieġ u, jekk ikun, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u li jipprovdu t-tagħrif mitlub fin-Notifika ta' Bidu lill-Kummissjoni.

(9)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni ma rċevietx tweġibiet ta' kampjunar mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Waslet tweġiba waħda ta' kampjunar minn produttur esportatur wieħed fl-Ukraina. Waslu tliet tweġibiet ta' kampjunar minn produtturi esportaturi fir-Russja. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kampjunar ta' produtturi esportaturi ma kienx meħtieġ.

4.2.2.   Il-kampjunar fir-rigward tal-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni

(10)

Minħabba l-għadd apparentament kbir ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni, il-kampjunar ġie previst fin-Notifika ta' Bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar ikunx meħtieġ u, jekk ikun, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, biex jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u jipprovdu t-tagħrif mitlub fin-Notifika ta' Bidu lill-Kummissjoni. Minħabba li ma waslet l-ebda tweġiba minn importatur mhux relatat, il-kampjunar ma ġiex applikat għal importaturi mhux relatati.

(11)

Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni involuti f'dan il-proċediment, in-Notifika ta' Bidu ħabbret li l-Kummissjoni kienet għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni għad-determinazzjoni tal-ħsara skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Din l-għażla minn qabel kienet saret bl-użu tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni fl-istadju tal-bidu u kienet ibbażata fuq il-volum tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni u l-lok ġeografiku tal-produtturi fl-Unjoni. Il-kampjun ikkorrisponda għall-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni u bejgħ li b'mod raġonevoli seta' jiġi mistħarreġ fiż-żmien disponibbli, li rrappreżenta 52 % tal-produzzjoni totali u l-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fl-UE tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kampjun kien rappreżentattiv fir-rigward tas-sit ġeografiku tal-kumpaniji minħabba li kopra erba' Stati Membri differenti. Il-produtturi tal-UE ġew ikkonsultati dwar il-kampjun propost fid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu. Minħabba li l-ebda produttur addizjonali ma ppreżenta lilu nnifsu u ma waslu l-ebda kummenti dwar il-kampjun, il-kampjun propost ġie kkonfermat.

(12)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara u l-interess tal-Unjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi u lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun. Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi fl-Unjoni:

Arcelor Mittal Karvina, ir-Repubblika Ċeka,

Arcelor Mittal Krakow, il-Polonja,

Arvedi Tubi Acciaio S.p.A., Cremona, l-Italja,

Tata Steel UK Limited, Corby; ir-Renju Unit;

(b)

Il-produttur espotatur fil-Bjelorussja:

Mogilev Metallurgical Works, Mogilev, il-Bjelorussja;

(c)

In-negozjant relatat mal-produttur esportatur fl-Ukraina:

Interpipe Europe SA, Lugano, l-Isvizzera;

(d)

Il-produttur fir-Russja:

Pervouralsk New Pipe Plant, Pervouralsk, ir-Russja;

(e)

Il-produttur fil-pajjiż analogu:

Robor Ltd. Johannesburg, l-Afrika t'Isfel.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(13)

Il-prodott ikkonċernat huwa tubi u pajpijiet iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, b'qatgħa trasversali perpendikolari ċirkolari u b'dijametru estern li ma jaqbiżx il-168,3 mm, esklużi l-pajpijiet tal-linja tat-tip użati fil-pipelines taż-żejt jew tal-gass, casing u tubi tat-tip użati fit-tħaffir għaż-żejt jew il-gass, tubi ta' preċiżjoni u tubi u pajpijiet b'fittings imqabbda adattati biex jgħaddu minnhom gassijiet jew likwidi għall-użu fl-inġenji tal-ajru ċivili, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7306 30 41, ex 7306 30 49, ex 7306 30 72 u ex 7306 30 77, li joriġinaw mill-Bjelorussja, mir-RPĊ, mir-Russja u mill-Ukraina.

(14)

L-investigazzjoni wriet li t-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u bażikament jintużaw għall-istess għanijiet.

2.   Il-prodott simili

(15)

It-tubi u l-pajpijiet iwweldjati prodotti u mibjugħin fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u t-tubi u l-pajpijiet iwweldjati prodotti u mibjugħin fil-pajjiżi kkonċernati u l-pajjiż analogu nstabu li kellhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi bażiċi tat-tubi bħall-pajpijiet u tubi iwweldjati prodotti fil-pajjiż kkonċernati u mibjugħin għall-esportazzjoni lill-Unjoni. Għalhekk jitqiesu simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW IR-RIKORRENZA TA' DUMPING

(16)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tkunx probabbilment se twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mill-erba' pajjiżi kkonċernati.

(17)

L-erba' pajjiżi kollha taħt investigazzjoni esportaw kwantitajiet negliġibbli tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping għall-ebda mill-erba' pajjiżi taħt investigazzjoni. Il-valutazzjoni kienet limitata għall-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping bl-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra. Bħal fl-investigazzjoni preċedenti, l-esportazzjonijiet lejn il-Bjelorussja ma ġewx ikkunsidrati għal dan il-għan.

IL-PAJJIŻI BL-EKONOMIJA MHUX TAS-SUQ

1.   Il-Pajjiż Analogu

(18)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-Bjelorussja u r-RPĊ mhumiex ikkunsidrati bħala pajjiżi bl-ekonomija tas-suq. Fl-investigazzjoni preċedenti, l-Istati Uniti tal-Amerika ntużat bħala pajjjiż analogu biex jiġi stabbilit il-valur normali. Fin-Notifika ta' Bidu l-Istati Uniti tal-Amerika kien previst biex tintuża bħala pajjiż analogu f'dan ir-rieażmi ta' skadenza, kif ġie ssuġġerit mill-applikant.

(19)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Mogilev kif ukoll mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja. Ma waslu l-ebda kummenti mingħand partijiet interessati fir-RPĊ.

(20)

Il-partijiet interessati tal-Bjelorussja argumentaw li l-Istati Uniti tal-Amerika ma kinitx għażla xierqa minħabba rabtiet allegati bejn l-uniku produttur tal-Istati Uniti li kkoopera u l-industrija tal-Unjoni.

(21)

Il-partijiet interessati tal-Bjelorussja ssuġġerew li tintuża r-Russja bħala pajjiż analogu minħabba li l-industrija tal-azzar Russa allegatament hija simili għal dik tal-Bjelorussja minħabba r-rabtiet komuni tagħhom ma' dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika.

(22)

Madankollu, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-valur tal-gass naturali ma kienx rifless sewwa fl-ispiża tal-produzzjoni tal-uniku produttur li kkoopera fir-Russja (ara l-premessa (69) hawn taħt). Barra minn hekk, il-kooperazzjoni minn dan il-produttur fir-Russja ma kinitx biżżejjed (ara l-premessa (61) hawn taħt). Għalhekk, l-għażla tar-Russja ma kinitx meqjusa bħala xierqa.

(23)

Il-Kummissjoni identifikat ukoll pajjiżi terzi oħrajn li jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni kkuntattjat produtturi f'14-il pajjiż magħrufa li huma produtturi tal-azzar. Dawn kienu jinkludu pajjiżi bħal Bosnja Ħerzegovina, il-Brażil, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel u t-Tajwan.

(24)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi tal-Istati Uniti tal-Amerika. Madankollu, il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju mill-produtturi f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fl-Afrika t'Isfel. Minħabba d-daqs sinifikanti tal-bejgħ domestiku tal-produttur tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-produttur fl-Afrika t'Isfel bħala l-aktar għażla xierqa.

IL-BJELORUSSJA

1.   Kumment preliminari

(25)

L-akbar produttur magħruf mill-Bjelorussja, OJSC Mogilev Metallurgical Works (“Mogilev”) ikkoopera fl-investigazzjoni. Madankollu, Mogilev ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għalhekk, informazzjoni dwar prezzijiet probabbli ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni kienet ibbażata fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn, kif indikat fil-premessa (27) hawn taħt.

2.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

2.1.   Determinazzjoni tal-valur normali

(26)

Il-valur normali għall-Bjelorusssja ġie stabbilit skont it-tip tal-prodott għall-prodott simili, abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku lil konsumaturi mhux relatati fil-perkors normali tal-kummerċ fl-Afrika t'Isfel (il-pajjiż analogu). Meta ma sar l-ebda bejgħ ta' tip ta' prodott tal-prodott simili fil-perkors normali ta' kummerċ jew fejn tip ta' prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-Afrika t'Isfel, il-Kummissjoni ħolqot il-valur normali biż-żieda tal-kost tal-produzzjoni tal-bejgħ tal-prodott simili, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-profitt.

2.2.   Id-determinazzjoni tal-prezz probabbli tal-esportazzjoni

(27)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, Mogilev ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-prezz probabbli tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ lejn pajjiżi terzi oħrajn.

2.3.   Tqabbil

(28)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz probabbli tal-esportazzjoni sar abbażi tal-prezz mill-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust tqiesu d-differenzi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(29)

Fejn applikabbli saru konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, ir-rifużjonijiet, l-iskontijiet u l-livell tal-kummerċ.

2.4.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(30)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-marġni ta' dumping probabbli skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ġie stabbilit għal 28,4 %.

3.   L-iżvilupp tal-esportazzjonijiet fil-każ li l-miżuri jitħassru

3.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi

(31)

Il-linji ta' produzzjoni ta' Mogilev ġew utilizzati kemm għall-produzzjoni ta' tubi u pajpijiet iwweldjati kif ukoll għall-produzzjoni ta' profili vojta minn ġewwa (fażi żgħira tal-produzzjoni biss tissepara l-produzzjoni taż-żewġ prodotti). Mogilev ipproduċa volumi sinifikanti ta' profili vojta minn ġewwa u esportahom lejn inter alia l-Unjoni, minħabba li ma hemm l-ebda dazji antidumping fis-seħħ fuq dawn il-prodotti. Barra minn hekk, Mogilev ipproduċa pajpijiet iwweldjati b'dijametru ta' aktar minn 168,3 mm (“pajpijiet kbar”), li mhumiex soġġetti għad-dazji antidumping fl-Unjoni.

(32)

Abbażi ta' din it-taħlita tal-prodott, il-kapaċità żejda ta' Mogilev tiġi kkalkulata għal madwar 20 000 tunnellata, jew madwar 5 % tal-konsum tal-Unjoni.

(33)

Għalhekk, fil-każ li l-miżuri jitħassru, hemm riskju li Mogilev ibigħ kwantitajiet sinifikanti ta' pajpijiet iwweldjati lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(34)

Wara d-divulgazzjoni, Mogilev sostna li l-kapaċità żejda attwali hija inqas b'mod sinifikanti minħabba ostakolu fl-ittestjar idrawliku. Madankollu, l-ittestjar idrawliku huwa biss pass żgħir fil-proċess kollu tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, u tali ostakolu huwa għalhekk relattivament faċli biex jiġi eliminat. Għaldaqstant l-argument biex tiġi stabbilita l-kapaċità żejda tal-impjant abbażi tal-ostakolu fit-tagħmir tal-ittestjar idrawliku ma jistax jiġi aċċettat.

3.2.   L-ispostament tal-produzzjoni minn prodotti oħra magħmula fl-istess faċilitajiet

(35)

Kif indikat fil-premessa (31) hawn fuq, bħalissa jkun jaqbel lil Mogilev li jipproduċi profili vojta minn ġewwa, minħabba li dawn mhumiex soġġetti għal dazji antidumping, filwaqt li l-pajpijiet iwweldjati huma soġġetti għal dazji antidumping fl-Unjoni. Fil-fatt, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-produzzjoni kienet ffukata ħafna fuq prodotti mhux soġġetti għal dazji antidumping fl-Unjoni, li kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza l-kbira ta' prodotti. Fin-nuqqas ta' miżuri fuq pajpijiet iwweldjati, jista' jkun mistenni li Mogilev se jipproduċi taħlita tal-prodott aktar ibbilanċjata, billi jiġu spostati l-kapaċitajiet minn prodotti li bħalissa mhumiex soġġetti għal miżuri għal pajpijiet iwweldjati.

(36)

Għalhekk, hemm riskju sostanzjali li Mogilev se jittrasferixxi mill-inqas parzjalment il-produzzjoni minn prodotti li bħalissa mhumiex soġġetti għal dazji antidumping għal pajpijiet iwweldjati għas-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping fil-każ li l-miżuri jitħassru.

(37)

Wara d-divulgazzjoni, Mogilev argumenta li ma kienx se jaqleb it-taħlita tal-prodott tiegħu immedjatament minn profili vojta ta' tubi u pajpijiet iwweldjati, minħabba li għal numru ta' snin kien ibigħ profili vojta f'ħafna proporzjonijiet ogħla minn tubi u pajpijiet iwweldjati u ma jkunx hemm raġunijiet biex tinbidel din il-prattika.

(38)

F'dan ir-rigward, ta' min jiġbed l-attenzjoni li l-UE hija l-akbar suq ta' Mogilev għal profili vojta u li Mogilev bħalissa ma jbigħx tubi u pajpijiet iwweldjati fis-suq tal-Unjoni. Mogilev ma pprovdiet l-ebda evidenza li jekk il-miżuri jitħassru, il-proporzjon tal-bejgħ lill-UE bejn il-prodotti differenti ma jinbidilx. Għalhekk, il-konklużjoni li jekk il-miżuri jitħassru, Mogilev x'aktarx li jipproduċi taħlita ta' prodotti aktar ibbilanċjata u jagħmel spostament mill-inqas parzjalment tal-produzzjoni minn profili vojta ta' tubi u pajpijiet iwweldjati għas-suq tal-Unjoni tinżamm.

3.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(39)

Kif imsemmi fil-premessa (27) hawn fuq, ma kien hemm l-ebda esportazzjoni mill-Bjelorussja tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għaldaqstant, il-probabbiltà ta' riskju għad-devjazzjoni tal-kummerċ lejn is-suq tal-Unjoni fil-każ li l-miżuri jitħassru għandhom ikunu bbażati fuq dan li ġej:

Il-prezzijiet tal-bejgħ prevalenti lil swieq oħra tal-esportazzjoni;

Il-prezzijiet prevalenti fis-suq tal-Unjoni, kemm tal-industrija tal-Unjoni u ta' sorsi oħra ta' importazzjonijiet; kif ukoll

L-imġiba tal-bejgħ minn Mogilev għal prodotti mhux soġġetti għal dazji antidumping.

(40)

Meta jitqabbel il-prezz medju tal-bejgħ ta' Mogilev lejn pajjiżi oħra ma' dawk fis-suq tal-Unjoni, jista' jinstab livell sinifikanti ta' twaqqigħ tal-prezz. Meta mqabbel ma' prezzijiet medji ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, il-livell ta' twaqqigħ tal-prezz ivarja bejn 30 % u 50 %. Il-prezzijiet ta' Mogilev huma iktar baxxi wkoll minn sorsi oħra ta' importazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni bħalma huma l-Indja u t-Turkija.

(41)

L-attrattività probabbli tas-suq tal-Unjoni tissaħħaħ ukoll mill-fatt li Mogilev diġà għandu mezzi ta' bejgħ eżistenti użati bħalissa għal bejgħ ta' prodotti oħra, li jistgħu jintużaw ukoll biex jinbiegħ il-prodott ikkonċernat fil-każ li l-miżuri jitħassru.

(42)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fil-każ li l-miżuri jitħassru, hemm riskju sinifikanti ta' direzzjoni mill-ġdid tal-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jkunu oġġett ta' dumping minħabba li s-suq tal-Unjoni huwa aktar attraenti f'termini ta' prezzijiet.

(43)

Wara d-divulgazzjoni, Mogilev sostna li ż-żieda sinifikanti tal-bejgħ tiegħu ta' tubi u pajpijiet iwweldjati fis-suq domestiku u fis-suq Russu matul il-perjodu kkunsidrat ma kinitx ġiet ikkunsidrata kif xieraq. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li ż-żieda fil-volumi ta' bejgħ f'dawn is-swieq ġiet ikkonfermata matul l-investigazzjoni. Fil-kummenti tiegħu wara d-divulgazzjoni, Mogilev ikkonferma wkoll li t-tubi u l-pajpijiet iwweldjati jinbiegħu bi prezzijiet li huma aktar baxxi minn prezzijiet tas-suq prevalenti fis-suq tal-UE. Għaldaqstant, il-fatt li l-volumi tal-bejgħ ta' dawn il-prodotti kemm fis-suq domestiku kif ukoll fis-suq Russu kienu qed jiżdiedu matul iż-żmien ma għandux inaqqas jew jelimina r-riskju ta' direzzjoni mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni, minħabba prezzijiet aktar attraenti tal-UE. Id-dikjarazzjoni ta' ġiet għalhekk miċħuda.

4.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

(44)

Il-kapaċità żejda disponibbli fil-Bjelorussja, ir-riskju tat-trasferiment tal-produzzjoni minn prodotti oħra għall-prodott ikkonċernat u l-attrattività tal-livell tal-prezz relattivament fis-suq tal-Unjoni jwasslu għall-konklużjoni li hemm riskju ta' żieda fl-esportazzjonijiet tal-Bjelorussja tal-prodott ikkonċernat fil-każ li l-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

Ir-RPĊ

1.   Kummenti preliminari

(45)

Kif iddikjarat fil-premessa (9) hawn fuq, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda risposta mir-RPĊ. B'hekk, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-analiżi globali, inkluż il-kalkolu tad-dumping, huwa bbażat fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-awtoritajiet Ċiniżi ġew infurmati dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li tibbaża r-riżultati tagħha fuq fatti disponibbli.

(46)

Għalhekk, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping ġiet ivvalutata bl-użu tat-talba għal rieżami tal-iskadenza, flimkien ma' sorsi oħra ta' informazzjoni, bħalma huma l-istatistika dwar il-kummerċ dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (id-dejta tal-esportazzjoni tal-Eurostat u dik Ċiniża) u l-Metal Bulletin.

(47)

In-nuqqas ta' kooperazzjoni affettwat it-tqabbil tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni ta' tipi differenti tal-prodott. Ġie meqjus xieraq li jiġi stabbilit kemm il-valur normali kif ukoll il-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi globali, jiġifieri bbażati fuq valuri medji, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

2.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

2.1.   Determinazzjoni tal-valur normali

(48)

Il-valur normali għar-RPĊ ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku lil konsumaturi mhux relatati fil-perkors normali tal-kummerċ fl-Afrika t'Isfel (il-pajjiż analogu).

2.2.   Determinazzjoni tal-prezz probabbli tal-esportazzjoni

(49)

Fin-nuqqas ta' koperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kellhom jiġu bbażati fuq fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(50)

Il-Kummissjoni l-ewwel analizzat l-istatistika mill-Eurostat. Madankollu, il-kwantitajiet importati tal-prodott importat mir-RPĊ kienu ferm limitati u, b'hekk, il-prezzijiet tagħhom kienu kkunsidrati mhux rappreżentattivi. Għal din ir-raġuni, il-prezz probabbli tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika Ċiniża dwar il-kummerċ tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

2.3.   Tqabbil

(51)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz probabbli tal-esportazzjoni sar abbażi tal-prezz mill-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust tqiesu d-differenzi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(52)

Fejn applikabbli saru konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, spejjeż tal-assigurazzjoni, il-VAT mhux rimborsabbli, il-kostijiet tal-esportazzjoni, ir-rifużjonijiet u l-iskontijiet.

2.4.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(53)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-marġni tad-dumping probabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ġie stabbilit għal 39,3 %.

3.   L-iżvilupp tal-esportazzjonijiet fil-każ li l-miżuri jitħassru

3.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi

(54)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn kull produttur esportatur Ċiniż, ġew użati s-sorsi li ġejjin:

l-informazzjoni mogħtija mill-applikant

il-pubblikazzjonijiet disponibbli (pereżempju l-Metal Bulletin)

l-informazzjoni miġbura fl-investigazzjoni preċedenti

(55)

L-industrija tal-pajpijiet iwweldjati Ċiniżi hija magħrufa bħala li hija l-akbar fid-dinja. Il-Metal Bulletin irrapporta output annwali għal pajpijiet iwweldjati ta' madwar 35 miljun tunnellata fl-2012. L-applikant stima li l-kapaċità tal-produzzjoni ta' pajpijiet iwweldjati fir-RPĊ jaqbeż sew il-45 miljun tunnellata fis-sena. Il-kapaċità żejda totali taqbeż l-10 miljun tunnellata, li jirrappreżentaw 25 darbiet it-total tal-konsum apparenti tal-UE tal-pajpijiet iwweldjati.

(56)

Għalhekk, fil-każ li l-miżuri jitħassru, hemm riskju sostanzjali li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jbigħu kwantitajiet sinifikanti ta' pajpijiet iwweldjati lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

3.2.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(57)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn kull produttur esportatur Ċiniż, ir-riżultati huma bbażati fuq il-fatti disponibbli. Għal dan l-għan, ir-riskju ta' devjazzjoni tal-kummerċ lejn is-suq tal-Unjoni fil-każ li l-miżuri jitħassru huwa bbażat fuq is-sorsi disponibbli għall-pubbliku.

(58)

Sorsi disponibbli pubblikament bħal Metal Bulletin irrapurtaw livell tal-prezzijiet Ċiniżi ferm inqas mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta' EUR 848/tunnellata u l-prezzijiet medji tal-importazzjoni lejn l-Unjoni minn pajjiżi esportaturi ewlenin bħalma huma l-Indja u t-Turkija. Meta mqabbel mal-prezzijiet medji ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, il-livell ta' twaqqigħ tal-prezz ivarja bejn 30 % u 50 %. Dan ċertament juri l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-kapaċità taċ-Ċiniżi li jikkompetu permezz tal-prezzijiet fil-każ li l-miżuri jitħassru.

(59)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li minħabba d-differenza sostanzjali fil-prezz imsemmija hawn fuq, hemm riskju sinifikanti ta' devjazzjoni tal-kummerċ minn pajjiżi terzi bi prezz aktar baxx għas-suq tal-Unjoni li jħalli iktar qligħ fil-każ li l-miżuri jitħasssru.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

(60)

Il-kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ u l-livell tal-prezz attraenti fis-suq tal-Unjoni jwasslu għall-konklużjoni li hemm riskju ta' żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat fil-każ li l-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

IL-PAJJIŻI BL-EKONOMIJA TAS-SUQ

IR-RUSSJA

1.   Kummenti preliminari

(61)

Żewġ produtturi esportaturi Russi li jirrappreżentaw madwar 75 % tal-produzzjoni Russa li ssottomettew tweġibiet tal-kampjunar aktar tard infurmaw lill-Kummissjoni li ma kellhomx l-intenzjoni li jwieġbu għall-kwestjonarju tal-produttur esportatur. Produttur wieħed żgħir biss mingħajr esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u esportazzjonijiet mhux sinifikanti lejn pajjiżi oħra kkoopera fl-investigazzjoni billi wieġeb għall-kwestjonarju u aċċetta li ssir żjara ta' verifika. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni sinifikanti mill-produtturi esportaturi fir-Russja, l-analiżi globali, inkluż il-kalkolu ta' dumping, huwa bbażat fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-produtturi esportaturi Russi li ma kkooperawx kif ukoll l-awtoritajiet Russi ġew infurmati bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li tibbaża r-riżultati tagħha fuq il-fatti disponibbli.

(62)

Għalhekk, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping ġiet ivvalutata bl-użu tat-talba għal rieżami tal-iskadenza, flimkien ma' sorsi oħra ta' informazzjoni, bħalma huma l-istatistika kummerċjali tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet, l-istatistika Russa dwar l-esportazzjonijiet u l-Metal Bulletin.

(63)

In-nuqqas ta' kooperazzjoni sinifikanti affettwat it-tqabbil tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni tat-tipi differenti tal-prodott. Ġie meqjus xieraq li jiġi stabbilit kemm il-valur normali kif ukoll il-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi globali, jiġifieri bbażati fuq valuri medji, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(64)

Il-Kummissjoni nnotat li l-istatistika mill-Eurostat irrapportat xi importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Russja. Madankollu, il-kwantitajiet kienu limitati ħafna u b'hekk il-prezzijiet ta' dawn l-importazzjonijiet kienu kkunsidrati mhux rappreżentattivi. Għalhekk, l-informazzjoni dwar il-prezzijiet probabbli ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni kienet ibbażata fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra, kif indikat fil-premessa (73) hawn taħt.

2.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

2.1.   Determinazzjoni tal-valur normali

(65)

Kif imsemmi fil-premessa (61) hawn fuq, in-nuqqas ta' kooperazzjoni sinifikanti tal-produtturi esportaturi fir-Russja ġiegħlet lill-Kummissjoni li tuża l-fatti disponibbli biex jiġi stabbilit valur normali. Għal dan l-għan, kienet użata l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur Russu li kkoopera.

(66)

Il-valur normali ġie ddeterminat skont l-Artikolu 2(2), l-ewwel sentenza, tar-Regolament bażiku. L-ewwel ġie stabbilit jekk il-kwantità tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni tar-Russja lejn pajjiżi terzi. Il-bejgħ domestiku kien misjub rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ ta' dan il-prodott kien jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-bejgħ Russu għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(67)

Sussegwentement ġie eżaminat jekk it-tip ta' prodott simili kienx inbiegħ fil-perkors normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ domestiku profitabbli lill-konsumaturi indipendenti għat-tip ta' prodott ikkonċernat.

(68)

Sabiex jitwettaq it-test tal-perkors normali tal-kummerċ, ġiet ikkunsidrata l-ispiża medja tal-produzzjoni. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-manifattura, u b'mod partikolari l-ispejjeż tal-enerġija, f'dak li huwa marbut mal-gass, ġie investigat jekk il-prezzijiet tal-gass imħallsa mill-produtturi esportaturi individwali kinux jirriflettu b'mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-gass.

(69)

Instab li l-prezz domestiku tal-gass li tħallas mill-produtturi esportaturi kien madwar 30 % tal-prezz tal-esportazzjoni tal-gass naturali mir-Russja. F'dan ir-rigward, id-dejta kollha disponibbli indikat li l-prezzijiet domestiċi tal-gass fir-Russja kienu prezzijiet regolati, li huma ferm inqas mill-prezzijiet tas-suq imħallsa fis-swieq tal-esportazzjoni li mhumiex regolati għall-gass naturali tar-Russja. Minħabba li l-ispejjeż tal-gass ma kinux riflessi b'mod raġonevoli fir-reġistri tal-produtturi esportaturi kif previst fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, kellhom jiġu aġġustati kif xieraq. Fin-nuqqas ta' prezzijiet mhux mgħawġa tal-gass rappreżentattivi biżżejjed relatati mas-suq domestiku Russu, kien ikkunsidrat xieraq li l-aġġustament ikun ibbażat, skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, fuq informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħra. Il-prezz aġġustat ġie bbażat fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta mibjugħ għall-esportazzjoni fil-fruntiera Ġermaniża/Ċeka (Waidhaus), aġġustat għall-ispejjeż ta' distribuzzjoni lokali. Waidhaus huwa ċ-ċentru ewlieni għall-bejgħ tal-gass Russu lill-UE, li huwa kemm l-ikbar suq għall-gass Russu kif ukoll għandu prezzijiet li jirriflettu l-ispejjeż b'mod raġonevoli. Għaldaqstant, jista' jiġi kkunsidrat bħala suq rappreżentattiv fit-tifsira tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku.

(70)

Konsegwentement, il-Kummissjoni għat-test tal-perkors normali tal-kummerċ użat il-kost medju tal-produzzjoni wara l-aġġustament għall-ispiża tal-gass.

(71)

Għalhekk, il-valur normali ġie stabbilit bħala l-prezz medju tal-bejgħ domestiku profitabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, peress li l-volum tal-bejgħ profitabbli irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum tal-bejgħ totali.

2.2.   Determinazzjoni tal-prezz probabbli tal-esportazzjoni

(72)

In-nuqqas ta' kooperazzjoni sinifikanti mill-produtturi esportaturi fir-Russja ġiegħlet lill-Kummissjoni li tuża l-fatti disponibbli biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. L-informazzjoni mill-uniku produttur Russu li kkoopera ma setgħetx tintuża minħabba li dan il-produttur ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-UE u esporta kwantitajiet żgħar biss lejn pajjiżi terzi oħra.

(73)

Għal din ir-raġuni, u minħabba li l-esportazzjonijiet mir-Russja lejn l-Unjoni ma kinux sinifikanti, il-prezz probabbli tal-esportazzjoni kien stabbilit abbażi tal-istatistika tal-esportazzjoni Russa, bl-użu tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra. Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra saru fi kwantitajiet sinifikanti.

(74)

Minħabba li l-uniku produttur Russu li kkoopera esklussivament ipproduċa l-hekk imsejħa “pajpijiet suwed” (li tfisser pajpijiet mhux galvanizzati), l-unika informazzjoni li tirrigwarda l-pajpijiet is-suwed intużat biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. Skont l-istatistika tal-esportazzjoni Russa, il-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet Russi hija marbuta wkoll ma' pajpijiet suwed.

(75)

Wara d-divulgazzjoni, l-uniku produttur Russu li kkoopera sostna li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu kellhom ikunu użati minħabba li jammontaw għal aktar minn 10 % tal-bejgħ totali tiegħu. Madankollu, dan il-bejgħ jammonta biss għal inqas minn 2 % tal-esportazzjonijiet totali rrapportati skont l-istatistika tal-esportazzjoni Russa. Abbażi ta' dan, il-konklużjoni li l-prezzijiet ta' esportazzjoni ta' dan il-produttur ma jistgħux jintużaw minħabba l-kwantità insinifikanti tagħhom tinżamm.

2.3.   Tqabbil

(76)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz probabbli tal-esportazzjoni sar abbażi tal-prezz mill-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust tqiesu d-differenzi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(77)

Fejn applikabbli saru konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport.

2.4.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(78)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-marġni tad-dumping probabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ġie stabbilit għal 38,7 %.

3.   L-iżvilupp tal-esportazzjonijiet fil-każ li l-miżuri jitħassru

3.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi

(79)

L-applikant stima li l-kapaċità żejda tal-prodott ikkonċernat fir-Russja taqbeż il-konsum totali fis-suq tal-UE. L-applikant ibbaża l-istimi tiegħu fuq l-informazzjoni ppubblikata f'Metal Expert. Barra minn hekk, l-applikant assuma l-użu tal-kapaċità ta' 56 %, li hija kkonfermata mill-informazzjoni sottomessa mill-produttur li kkoopera.

(80)

Għalhekk, fil-każ li l-miżuri jitħassru, hemm riskju sostanzjali li l-produtturi esportaturi Russi jbigħu kwantitajiet sinifikanti ta' pajpijiet iwweldjati lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(81)

Wara d-divulgazzjoni, il-produtturi Russi li ma kkooperawx imsemmija fl-inċiż (61) hawn fuq iddikjaraw li l-Kummissjoni kienet injorat informazzjoni li tikkonċerna l-allegata attrattività ta' swieq oħra inkluż is-suq Russu u l-kapaċitajiet żejda fir-Russja mressqa minn dawn il-produtturi.

(82)

F'dan ir-rigward, għandu jiġi innutat li l-informazzjoni dwar il-kapaċitajiet żejda kkunsidrat firxa tal-prodott akbar, inkluż profili vojta u pajpijiet b'dijametru wiesa'. Din l-informazzjoni għalhekk hija inqas rilevanti mill-informazzjoni pprovduta mill-applikant. Barra minn hekk, anki abbażi ta' 60 % — 70 % tar-rata tal-użu tal-kapaċità mitluba mill-produtturi Russi, il-kapaċità żejda li tirriżulta hija responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-konsum fis-suq tal-UE.

(83)

Fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta minn produtturi Russi li ma kkooperawx dwar attrattività allegata ta' swieq oħra inkluż is-suq Russu, għandu jiġi kkunsidrat qabel kollox li, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, din id-dejta ma setgħetx tiġi vverifikata. It-tieni, informazzjoni bħal din kif stabbilit fil-premessi minn (84) sa (86) hawn taħt, tikkontradixxi l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni, li hija bbażata fuq l-istatistika tal-esportazzjoni Russa uffiċjali u li ma ġietx ikkontestata miż-żewġ produtturi Russi li ma kkooperawx.

3.2.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(84)

Skont l-istatistika Russa dwar il-kummerċ, il-prezz tal-esportazzjonijiet Russi ta' EUR 647/tunnellata huwa ferm inqas mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta' EUR 848/tunnellata u b'konformità mal-prezzijiet medji tal-importazzjoni lejn l-Unjoni minn pajjiżi esportaturi ewlenin bħalma huma l-Indja u t-Turkija.

(85)

Skont l-istess statistika dwar il-kummerċ, 33 % tal-esportazzjonijiet Russi kollha jinbiegħu għall-Azerbajġan, l-ikbar suq tal-esportazzjoni tar-Russja. Il-prezz tal-bejgħ għall-Azerbajġan huwa ta' EUR 586/tunnellata, u għalhekk ferm inqas mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-UE ta' EUR 848/tunnellata, u saħansitra aktar baxx mill-prezzijiet imposti minn esportaturi lejn l-Unjoni ewlenin oħra bħalma huma l-Indja jew it-Turkija. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet Russi lejn l-Azerbajġan huma ekwivalenti għal madwar 15 % tal-konsum tal-UE. Għalhekk, fil-każ li l-miżuri jitħassru, hemm riskju li l-esportazzjonijiet jiġu diretti mill-ġdid lejn l-UE.

(86)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fil-każ li l-miżuri jitħassru, hemm riskju sinifikanti ta' devjazzjoni tal-kummerċ lejn is-suq tal-Unjoni.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

(87)

Il-kapaċità żejda disponibbli fir-Russja u l-livell tal-prezz attraenti fis-suq tal-Unjoni jwasslu għall-konklużjoni li hemm riskju ta' żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet Russi li huma l-oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat fil-każ li l-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

(88)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw li ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ kontra r-Russja u t-temma tal-miżuri fis-seħħ kontra l-Ukraina (ara hawn taħt) jikkostitwixxu diskriminazzjoni, minħabba li r-Russja u l-Ukraina kellhom allegatament kapaċitajiet żejda simili.

(89)

Din id-dikjarazzjoni mhijiex ikkonfermata mis-sejbiet tal-investigazzjoni, li stabbilixxew kapaċitajiet żejda sinifikanti fir-Russja li jirrappreżentaw mill-inqas il-biċċa l-kbira tal-konsum fis-suq tal-UE. Min-naħa l-oħra, għall-Ukraina, ġie stabbilit li l-kapaċitajiet żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha huma limitati. Minħabba din id-differenza sinifikanti fil-kapaċitajiet żejda, il-pretensjoni ta' diskriminazzjoni hija għalhekk miċħuda.

L-UKRAINA

1.   Kummenti preliminari

(90)

L-uniku produttur esportatur tal-Ukraina, il-“Grupp Interpipe” (“Interpipe”), ikkoopera matul l-investigazzjoni. Interpipe jirrappreżenta l-parti sinifikanti tal-produzzjoni tal-Ukraina u kważi t-totalità tal-ftit esportazzjoni mill-Ukraina lejn l-Unjoni. Hemm mill-inqas erba' produtturi magħrufa tal-Ukraina li ma jikkooperawx, iżda skont l-istatistika tal-kummerċ l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE huma ftit wisq.

(91)

Fid-dawl tal-esportazzjonijiet mhux sinifikanti mill-Ukraina lejn l-Unjoni, il-prezz probabbli tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ ta' Interpipe lejn pajjiżi terzi oħra kif deskritt fil-premessa (17) hawn fuq.

2.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

2.1.   Determinazzjoni tal-valur normali

(92)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku għall-uniku produttur esportatur li kkoopera, Interpipe, kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa kkunsidrat rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku irrappreżentax mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali ta' Interpipe tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(93)

Sussegwentament, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti li nbiegħu li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta' prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(94)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' Interpipe għal kull tip ta' prodott li huwa identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv, jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dan it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni irrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-bejgħ f'esportazzjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li għall-maġġoranza tat-tipi ta' prodotti l-bejgħ domestiku sar fi kwantitajiet rappreżentattivi.

(95)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon ta' bejgħ profitabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(96)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott irrispettivament jekk dan il-bejgħ huwiex profitabbli u sew jekk mhuwiex, jekk:

(a)

il-volum ta' bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-ispiża kkalkolata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta' bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; kif ukoll

(b)

il-prezz tal-bejgħ medju peżat ta' dak it-tip ta' prodott huwa daqs jew ogħla mill-ispiża ta' produzzjoni għal kull unità.

(97)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(98)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku profitabbli biss tat-tipi ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, jekk:

(a)

il-volum ta' bejgħ profitabbli tat-tip ta' prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta' bejgħ ta' dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju peżat ta' dan it-tip ta' prodott huwa anqas mill-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità.

(99)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li l-valur normali ġie kkalkulat bħala medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami jew medja peżata tal-bejgħ profittabbli biss skont it-tip ta' prodott.

(100)

Fejn ma kienx hemm bejgħ ta' tip ta' prodott simili fil-perkors normali tal-kummerċ, jew fejn tip ta' prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħolqot il-valur normali maħdum, skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(101)

Il-valur normali inħoloq billi ġew miżjuda dawn li ġejjin mal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott simili ta' Interpipe matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami:

l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi tal-bejgħ mġarrba minn Interpipe fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami; kif ukoll

il-profitt realizzat minn Interpipe fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

2.2.   Il-kalkolu tal-prezz probabbli tal-esportazzjoni

(102)

Fin-nuqqas ta' esportazzjonijiet sinifikanti mill-Ukraina lejn l-Unjoni, il-prezz probabbli tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ ta' Interpipe lejn pajjiżi terzi oħra kif deskritt fil-premessa (17) hawn fuq, li sar fi kwantitajiet żgħar.

(103)

Il-bejgħ kollu ta' Interpipe sar direttament lil konsumaturi mhux relatati fil-pajjiżi terzi. Il-prezz tal-bejgħ kien għaldaqstant stabbilit abbażi tal-prezzijiet imħallsa minn dawn il-konsumaturi indipendenti.

2.3.   Tqabbil

(104)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz probabbli tal-esportazzjoni sar abbażi tal-prezz mill-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust tqiesu d-differenzi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(105)

Fejn applikabbli saru konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport u tal-kreditu

2.4.   Dumping probabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

(106)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-marġni tad-dumping probabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku kien 16 %.

(107)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet kontinwazzjoni tad-dumping għall-Ukraina f'livell ta' 16 %. Madankollu, din id-dikjarazzjoni hija mingħajr bażi minħabba li tidher li hija bbażata fuq nuqqas ta' ftehim. Tabilħaqq, kif imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq, il-pajjiżi kollha inkluża l-Ukraina esportat kwantitajiet żgħar tal-prodott lejn l-UE matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għaldaqstant, l-ebda konklużjonijiet raġjonevoli ma jistgħu jsiru minn dawk il-kwantitajiet u l-ebda kontinwazzjoni ta' dumping ma ġiet stabbilita fir-rigward tal-Ukraina. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni hija miċħuda.

3.   L-iżvilupp tal-esportazzjonijiet fil-każ li l-miżuri jitħassru

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi

(108)

Fl-investigazzjoni preċedenti, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-kapaċità tal-produzzjoni fl-Ukraina qabżet l-400 000 tunnellata fis-sena. Madankollu, minn din l-investigazzjoni tnejn mill-produtturi magħrufa ma baqgħux jipproduċu pajpijiet iwweldjati, jiġifieri Lugansk Tube Plant u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant, waħda mill-faċilitajiet tal-Grupp Interpipe. Billi ma hemmx żidiet ikkonfermati fil-kapaċità tal-produzzjoni fl-Ukraina minn dak iż-żmien, il-kapaċitajiet attwali huma ferm aktar baxxi milli matul l-investigazzjoni preċedenti.

(109)

Fir-rigward tal-użu tal-kapaċità msemmija fil-premessa (108) hawn fuq, Interpipe wriet li topera bi kważi użu sħiħ tal-kapaċità matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta jiġu kkunsidrati l-limitazzjonijiet tekniċi tal-impjant.

(110)

Aspett importanti ieħor huwa l-post ġeografiku tal-impjanti tal-Ukraina. Dawn jinsabu fil-parti l-kbira fil-Lvant tal-Ukraina u huma affettwati jew direttament inkella indirettament minn din is-sitwazzjoni ta' sigurtà f'dik il-parti tal-pajjiż. Għalhekk huwa inċert sa liema punt dawn il-kumpaniji jistgħu jużaw b'mod sħiħ il-kapaċitajiet tagħhom ta' produzzjoni.

(111)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw li parti mhux negliġibbli tal-produzzjoni tal-Ukraina tinsab barra ż-żona affettwata minn din is-sitwazzjoni tas-sigurtà. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li anki kumpaniji barra din iż-żona huma indirettament affettwati mis-sitwazzjoni ta' sigurtà, pereżempju permezz ta' provvisti qosra ta' materja prima. Huwa għalhekk konkluż li ħafna impjanti tal-Ukraina huma direttament jew indirettament affettwati minn din is-sitwazzjoni tas-sigurtà. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni hija miċħuda.

(112)

Fl-istess ħin, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tal-Ukraina wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, jista' jkun mistennija li n-negozju tal-kostruzzjoni jassorbi l-kapaċitajiet żejda fis-suq domestiku wara li s-sitwazjoni ta' sigurtà tiġi għan-normal. Il-prodott simili huwa użat ukoll għal skopijiet ta' kostruzzjoni, pereżempju għall-ġarr ta' tagħbija, l-istekkat, il-mezzi ta' protezzjoni u l-armar tat-twavel.

(113)

Minħabba t-tnaqqis fil-kapaċità ta' produzzjoni u d-domanda domestika li mistennija tkompli tikber, jiġi konkluż li l-kapaċitajiet żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha huma limitati.

(114)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw li hemm kapaċità żejda sostanzjali fl-Ukraina. Madankollu, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux appoġġati b'evidenza attwali u għalhekk ġew miċħuda.

(115)

Il-partijiet interessati sostnew ukoll li Interpipe ħabbret li se żżid sostanzjalment l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-UE b'madwar 60 %, li jikkontradixxi l-argument dwar kapaċitajiet żejda Ukrajni limitati disponibbli għall-esportazzjoni. Madankollu din id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. Interpipe ħabbar informazzjoni dwar il-kumpanija b'mod ġenerali u mhux b'mod speċifiku mal-prodott ikkonċernat. Anki jekk din kienet rilevanti għall-prodott ikkonċernat, iż-żieda sostanzjali ta' madwar 60 % tirriżulta f'sehem fis-suq fl-UE ta' madwar 0,5 %, li huwa xorta waħda kkunsidrat bħala negliġibbli. Dan l-argument għalhekk ma jikkontradixxix il-konklużjoni li l-kapaċitajiet żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha huma limitati.

(116)

L-istess partijiet interessati argumentaw li l-kapaċitajiet żejda m'għandhomx jintużaw bħala element fl-analiżi tad-dumping, minħabba li l-użu tal-kapiċità mhuwiex meqjus bħala indikatur sinifikanti ta' ħsara fl-analiżi tal-ħsara, kif jissemma fil-premessa (139) hawn taħt.

(117)

Din id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. L-għan ta' dawn iż-żewġ valutazzjonijiet hija differenti. Fl-analiżi tal-ħsara, jiġi vvalutat jekk l-użu baxx tal-kapaċità jistax jiġi kkunsidrat bħala sinjal ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni, li ma huwiex neċessarjament il-każ meta l-kapaċità li jifdal tista' tintuża għall-produzzjoni ta' prodotti oħra. L-analiżi tad-dumping tiffoka dwar il-kapaċità żejda innifisha, jiġifieri l-kapaċità mhux utilizzata li ma tintużax għall-produzzjoni ta' xi prodotti u għalhekk tkun faċilment disponibbli għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

(118)

Il-kapaċità żejda disponibbli limitata fl-Ukraina u r-riskju limitat għal bdil fid-direzzjoni tal-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping iwasslu għall-konklużjoni li ma hemm l-ebda riskju ta' żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping tal-Ukraina tal-prodott ikkonċernat fil-każ li l-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu. Huwa għalhekk improbabbli li l-iskadenza tal-miżuri antidumping kontra l-Ukraina se twassal għal rikorrenza ta' dumping fi kwantitajiet sinifikanti fit-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku.

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(119)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prodott simili kien manifatturat minn madwar 20 produttur fl-Unjoni. Il-prodott ta' dawn il-produtturi (stabbilit abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-produtturi li kkooperaw u fuq id-dejta mit-talba ta' rieżami għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni) huwa għalhekk meqjus li jikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni. Dawn il-produtturi kollha jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(120)

Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (11), minħabba l-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni, intgħażel kampjun. Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

L-elementi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-prezzijiet medji tal-unità, id-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mill-effetti ta' dumping tal-passat) ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija tal-Unjoni, abbażi tat-tagħrif miġbur mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni, fuq stima bbażata fuq id-dejta mit-talba tar-rieżami.

L-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (stokkijiet, pagi, profittabbilità, dħul mill-investimenti, fluss tal-likwidità, possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-investimenti) saret għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun abbażi tat-tagħrif tagħhom.

E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum tal-Unjoni

(121)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni stess maħsuba għas-suq tal-Unjoni u d-dejta tal-volumi tal-importazzjoni fis-suq tal-Unjoni miksuba mill-istatistika tal-Eurostat.

(122)

Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-konsum tal-UE naqas bi 28 %. Naqas b'6 % fl-2011, bi 8 punti perċentwali fl-2012 u b'10 punti perċentwali oħra fil-perjodu tal-investigazzoni ta' rieżami. Ix-xejra ta' tnaqqis tista' tiġi parzjalment spjegata minn ċertu grad ta' sostituzzjoni teknika fir-rigward tal-pajpijiet tal-ilma hemm xejra li jiġi sostitwit il-pajp tal-azzar bi prodotti alternattivi bħal ram, plastik jew azzar inossidabbli.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-konsum totali tal-UE (f'tunnellati)

561 955

528 191

460 847

404 394

Indiċi (2010 = 100)

100

94

82

72

(123)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati sostnew li l-konsum tal-UE kien baxx wisq b'mod sinifikanti. Madankollu, dawn il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza affidabbli biex jappoġġaw id-dikjarazzjoni tagħhom, li għalhekk ma tistax tiġi aċċettata.

2.   Importazzjonijiet mill-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja

(124)

Minħabba li l-investigazzjoni stabbilixxiet li ma hemmx probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping mill-Ukraina (ara l-premessa (17) u (118) hawn fuq), il-ftit importazzjonijiet minn dan il-pajjiż ma tqiesux flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati fl-analiżi hawn taħt.

(125)

Sabiex issir valutazzjoni dwar il-kumulazzjoni tal-importazzjonijiet mill-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni individwali tat-tliet pajjiżi fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(126)

Fir-rigward tal-kwantitajiet u l-marġni tad-dumping u meta jitqies il-volum baxx tal-importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-Kummissjoni wettqet analiżi prospettiva tal-volumi probabbli tal-esportazzjoni u marġini ta' dumping għal kull pajjiż, fil-każ li l-miżuri jitħassru. Din żvelat li l-volumi x'aktarx jiżdiedu għal livelli ogħla minn dawk milħuqa fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u ċertament jaqbżu l-limitu ta' negliġibbiltà, fil-każ li l-miżuri jitħassru (ara l-premessi (33), (56) u (80) hawn fuq). Bl-istess mod, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-marġnijiet probabbli ta' dumping ikunu sinifikanti, fil-każ li jitħasssru l-miżuri (ara l-premessi (30), (53) u (78) hawn fuq).

(127)

Fir-rigward tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni, il-kwantitajiet negliġibbli tal-importazzjonijiet ma jistgħux jintużaw biex jintlaħqu riżultati konklussivi.

(128)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-operaturi rilevanti kienu simili. L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat importat mill-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja u l-prodott simili prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni kienu jixxiebhu fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzjali kollha tagħhom.

(129)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati fir-rigward tal-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja. Għaldaqstant l-importazzjonijiet minn dawn it-tliet pajjiżi ġew eżaminati b'mod kumulattiv.

(a)   Il-volum

(130)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja lejn l-Unjoni naqas b'60 % minn madwar 7 000 tunnellata fl-2010 għal madwar 2 900 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Naqas b'31 % fl-2011, qabel ma naqas bi 62 punti perċentwali fl-2012 u bi 28 punti perċentwali oħra fil-perjodu tal-investigazzoni ta' rieżami.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Bjelorussja

25

55

0,1

Indiċi (2010 = 100)

100

222

0

0

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Bjelorussja

0 %

0 %

0 %

0 %

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Bjelorussja (EUR/tunnellata)

677

1 246

600

Indiċi (2010 = 100)

100

184

89

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

712

375

458

118

Indiċi (2010 = 100)

100

53

64

17

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

0,1 %

0,1 %

0,1 %

0,0 %

Il-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/tunnellata)

636

1 052

1 347

2 102

Indiċi (2010 = 100)

100

165

212

330

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja

6 396

8 937

4 440

2 790

Indiċi (2010 = 100)

100

140

69

44

Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja

1,1 %

1,7 %

1,0 %

0,7 %

Il-prezz tal-importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata)

470

506

513

462

Indiċi (2010 = 100)

100

108

109

98

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

7 133

9 367

4 898

2 908

Indiċi (2010 = 100)

100

131

69

41

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

1,3 %

1,8 %

1,1 %

0,7 %

Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati (EUR/tunnellata)

488

532

591

528

Indiċi (2010 = 100)

100

109

121

111

Sors: Comext

(b)   Is-sehem mis-suq

(131)

Is-sehem mis-suq korrispondenti miżmum mill-esportaturi mill-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja fis-suq tal-Unjoni naqas minn 1,3 % fl-2010 għal 0,7 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Fid-dettall, is-sehem mis-suq żdied minn 1,3 % fl-2010 għal 1,8 % fl-2011 qabel ma naqas għal 1,1 % fl-2012 u kompla jonqos għal 0,7 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(c)   Il-prezzijiet

(i)   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet

(132)

Bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prezz medju tal-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina fil-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja żdied bi 11 %, minn EUR 488/tunnellata fl-2010 għal EUR 528/tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod speċifiku, il-prezzijiet żdiedu b'9 % fl-2011 u bi 12 % fl-2012, qabel ma naqsu b'10 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(ii)   It-twaqqigħ tal-prezz

(133)

Il-ftit bejgħ tal-prodott konċernat mir-RPĊ u mir-Russja lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami ma jistax jintuża bħala bażi biex fuqu ssir konklużjoni siewja. Għalhekk sar tqabbil bejn il-prezzijiet tal-prodott simili ffabbrikat u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni u dawk tal-prodott taħt l-investigazzjoni prodott fil-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja u mibjugħ lill-bqija tad-dinja. Dan it-tqabbil wera twaqqigħ tal-prezz sinifikanti.

3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

 

2010

2011

2012

PIR

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indja

25 720

48 704

58 619

53 007

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja

4,6 %

9,2 %

12,7 %

13,1 %

Il-volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija

83 654

83 753

98 742

69 757

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija

14,9 %

15,9 %

21,4 %

17,2 %

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukraina

956

573

944

1 147

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ukraina

0,2 %

0,1 %

0,2 %

0,3 %

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

34 948

42 714

38 518

30 374

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

6,2 %

8,1 %

8,4 %

7,5 %

(134)

L-importazzjonijiet mit-Turkija u l-Indja żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ukraina baqgħu f'livell baxx ħafna. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

(135)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw li t-telf ta' 12 % fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ġie kważi kompletament assorbit miż-żieda fis-sehem mis-suq tal-Indja u t-Turkija meħudin flimkien u li l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indja u t-Turkija se jkunu probabbliment ir-raġunijiet prinċipali għas-sitwazzjoni dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, għandu jiġi innutat li l-għan ta' din l-investigazzjoni kien li teżamina jekk fil-każ li jitneħħew il-miżuri fis-seħħ kontra t-tliet pajjiżi li għalihom ġiet stabbilita probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping x'aktarx li jwassal għal rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Matul l-investigazzjoni, ġie kkonfermat li kien hemm twaqqigħ tal-prezz sinifikanti rigward il-bejgħ ta' prodotti mill-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja lejn il-bqija tad-dinja. Għalhekk, fil-każ li jitħassru l-miżuri, l-esportazzjoni oġġett ta' dumping minn dawn il-pajjiżi lejn l-UE x'aktarx li terġa' sseħħ, b'żieda probabbli ta' ħsara tal-industrija tal-UE bħala konsegwenza. Il-fatt li l-importazzjonijiet mit-Turkija u l-Indja setgħu żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat ma jaffettwax din il-valutazzjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping u ta' ħsara.

4.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(136)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

4.1.   L-elementi makroekonomiċi

(a)   Il-produzzjoni

(137)

Minn livell ta' madwar 437 000 tunellata fl-2010, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'37 % matul il-perjodu kkunsidrat. Speċifikament, naqset b'14 % fl-2011, b'19-il punt perċentwali fl-2012 u kompliet tonqos b'erba' punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzoni ta' rieżami. It-tnaqqis fil-produzzjoni kien marbut ma' tnaqqis fil-konsum, iżda kien akbar minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Indja u t-Turkija.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-produzzjoni (tunnellati)

437 492

376 106

294 260

277 483

Indiċi (2010 = 100)

100

86

67

63

(b)   Il-kapaċità u r-rati tal-użu tal-kapaċità

(138)

Il-kapaċità tal-produzzjoni kienet iktar minn 1 700 000 tunnellata fl-2010 u naqset b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis kien dovut għall-fatt li xi produtturi tal-UE naqqsu l-għadd ta' xiftijiet ta' produzzjoni ta' kuljum.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

1 761 677

1 621 386

1 318 459

1 485 339

Indiċi (2010 = 100)

100

92

75

84

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità

25 %

23 %

22 %

19 %

Indiċi (2010 = 100)

100

93

90

75

Sors: Investigazzjoni

(139)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet 25 % fl-2010. Naqset għal 23 % fl-2011, għal 22 % fl-2012 u kompla jonqos għal 19 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Ir-rati baxxi tal-użu tal-kapaċità jiġu spjegati prinċipalment mill-fatt li l-prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din l-investigazzjoni (primarjament profili vojta) jistgħu jiġu prodotti fuq l-istess makkinarju ta' produzzjoni użat għall-pajpijiet u t-tubi wweldjati. Għalhekk, ir-rati tal-użu tal-kapaċità mhumiex neċessarjament indikatur sinifikanti għal din l-industrija partikolari.

(c)   Il-volum tal-bejgħ

(140)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-produzzjoni tagħha stess lil konsumaturi mhux relatati fl-UE naqas b'16 % fl-2011, b'21 punt perċentwali fl-2012 u kompla jonqos għal tliet punti perċentwali oħra matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'kollox, bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, dan il-bejgħ naqas b'madwar 40 %. Dan kien minħabba t-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Indja u t-Turkija.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-volum tal-bejgħ tal-UE lil konsumaturi mhux relatati (tunnellati)

409 544

343 080

259 127

247 201

Indiċi (2010 = 100)

100

84

63

60

Sors: L-investigazzjoni

(d)   Is-sehem mis-suq

(141)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien 73 % fl-2010. Naqas għal 65 % fl-2011 u kompla jonqos għal 56 % fl-2012, qabel ma żdied għal 61 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'kollox, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat naqas bi 12-il punt perċentwali.

 

2010

2011

2012

PIR

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

73 %

65 %

56 %

61 %

Indiċi (2010 = 100)

100

89

77

84

Sors: L-investigazzjoni

(e)   It-tkabbir

(142)

Bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, meta l-konsum tal-Unjoni naqas bi 28 %, il-volum tal-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fl-UE naqas b'40 %. Dan wassal għal 12-il punt perċentwali tat-telf mis-sehem mis-suq għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, ma kienx hemm tkabbir għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(f)   L-impjiegi

(143)

In-numru tal-impjegati fl-industrija tal-UE naqas bi 13 % fl-2011, b'27 punt perċentwali fl-2012 u kompla jonqos għal tliet punti perċentwali oħra matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'kollox, l-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 43 % tul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri minn madwar 1 600 persuna għal madwar 1 000 persuna.

 

2010

2011

2012

PIR

L-impjiegi (persuni)

1 655

1 446

991

939

Indiċi (2010 = 100)

100

87

60

57

Sors: L-investigazzjoni

(g)   Il-produttività

(144)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (f'tunnellati) għal kull persuna impjegata għal kull sena, li tibda minn livell ta' 264 tunnellata għal kull impjegat, l-ewwel naqset bi ftit bi 2 % fl-2011. Imbagħad żdiedet b'14-il punt perċentwali fl-2012 u baqgħet stabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'kollox, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-produttività (tunnellata għal kull impjegat)

264

260

297

296

Indiċi (2010 = 100)

100

98

112

112

Sors: L-investigazzjoni

(h)   Il-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ

(145)

Il-prezzijiet tal-unità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati żdiedu b'5 % fl-2011 u b'punt perċentwali fl-2012 qabel ma naqsu b'erba' punti perċentwali oħra fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'kollox, dawn il-prezzijiet żdiedu bi 2 % tul il-perjodu kkunsidrat minn livell ta' EUR 833/tunnellata għal EUR 848/tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-prezz ta' unità fis-suq tal-UE (EUR/tunnellata)

833

871

881

848

Indiċi (2010 = 100)

100

105

106

102

Sors: L-investigazzjoni

(i)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(146)

L-investigazzjoni stabbilixxiet probabilità ta' rikorrenza ta' dumping f'marġini sinifikanti li d-daqs tagħha ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli għall-Bjelorussja, ir-RPĊ u r-Russja.

(147)

Kif indikat hawn fuq, il-Kummissjoni ma sabitx probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' rikorrenza ta' dumping għall-Ukraina.

(j)   L-irkupru minn dumping tal-passat

(148)

Il-makroindikaturi eżaminati hawn fuq juru li, minkejja li l-miżuri antidumping kisbu parzjalment ir-riżultat mistenni minnhom jiġifieri li jneħħu l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni, l-industrija xorta waħda għadha f'sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli. Fil-fatt, matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni naqas b'37 %, il-volum tal-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fl-UE naqas b'40 % u l-impjiegi naqsu bi 43 %. Barra minn hekk, is-sehem tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE naqas minn 73 % fl-2010 għal 61 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għalhekk, ma setax jiġi stabbilit ebda rkupru attwali mid-dumping tal-passat u huwa meqjus li l-industrija tal-Unjoni tibqa' vulnerabbli ħafna għall-effetti ta' ħsara ta' kull importazzjoni oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni.

4.2.   L-elementi mikroekonomiċi

(a)   il-ħażna tal-istokkijiet

(149)

Il-livell tal-ħażna tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kien kważi stabbli sal-2011. Żdied b'14-il punt perċentwali fl-2012 qabel ma naqas b'10 punti perċentwali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-livell tal-istokkijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kien 5 % ogħla minn dak ta' matul l-2010.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-ħażna tal-istokkijiet (tunnellati)

13 892

14 039

16 012

14 556

Indiċi (2010 = 100)

100

101

115

105

Sors: L-investigazzjoni

(b)   Il-pagi

(150)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-ispejjeż tax-xogħol naqsu b'29 %. Naqsu speċifikament bi 2 % fl-2011, b'19-il punt perċentwali fl-2012 u komplew jonqsu għal 12-il punt perċentwali fil-perjodu tal-investigazzoni ta' rieżami. It-tnaqqis globali matul il-perjodu kkunsidrat jinħoloq mit-tnaqqis fl-impjiegi.

 

2010

2011

2012

PIR

L-ispiża tax-xogħol annwali (EUR)

20 602 275

20 266 132

17 140 089

14 578 317

Indiċi (2010 = 100)

100

98

83

71

Sors: L-investigazzjoni

(151)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-ispejjeż tax-xogħol għal kull impjegat żdiedu b'25 %. Din hija x'aktarx sitwazzjoni temporanja marbuta mal-ispejjeż tas-sensji kkawżati mit-tnaqqis sinifikanti tal-impjegati.

 

2010

2011

2012

PIR

L-ispiża annwali tax-xogħol għal kull impjegat (EUR)

12 449

14 015

17 296

15 525

Indiċi (2010 = 100)

100

113

139

125

(c)   Il-profittabilità u r-redditu fuq l-investimenti

(152)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbilità tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-UE, espressa bħala perċentwali tal-bejgħ nett, tjiebet minn telf ta' iktar minn 7 % fl-2010 għal profitt ta' kważi 1 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod aktar speċifiku, it-telf tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqas minn 7,3 % fl-2010 għal 5 % fl-2011 u għal 0,6 % fl-2012, qabel ma sar ftit profittabbli f'livell ta' 0,8 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-profittabilità tal-UE (% ta' bejgħ nett)

– 7,3 %

– 5,0 %

– 0,6 %

0,8 %

Indiċi (2010 = 100)

– 100

– 69

– 8

12

ROI (Redditu fuq l-Investiment) (profitt f'% tal-valur kontabilistiku nett tal-investiment)

– 19,2 %

– 11,8 %

0,5 %

4,3 %

Indiċi (2010 = 100)

– 100

– 62

3

22

Sors: L-investigazzjoni

(153)

Iż-żieda fil-profittabilità hija spjegata mill-fatt li l-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat żdiedu bi 2 % filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni (fil-biċċa l-kbira kolji llaminati bis-sħana li jammontaw għal aktar minn 60 % tal-ispiża tal-produzzjoni) naqsu b'6 % matul l-istess perjodu, flimkien mat-tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż annwali tax-xogħol. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu f'pożizzjoni li progressivament japplikaw prezzijiet profittabbli lill-konsumaturi tagħhom fis-suq tal-UE.

(154)

Ir-redittu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-profitt bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti, segwa b'mod wiesa' t-tendenza tal-profittabilità. Dan mar għall-aħjar minn telf ta' 19,2 % fl-2010 għal telf ta' 11,8 % fl-2011 u mbagħad għal profitt ta' 0,5 % fl-2012 u profitt ta' 4,3 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(d)   Il-fluss ta' flus u l-ħila li jinġabar il-kapital

(155)

Il-fluss nett tal-flus minn attivitajiet operatorji kien madwar – EUR 44 miljun fl-2010. Żdied għal madwar – EUR 7 miljun fl-2011, għal kważi EUR 17 miljun fl-2012 u għal madwar EUR 20 miljun matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma indika li sab xi diffikultajiet biex jiġbor il-kapital. It-titjib jista' jkun ir-riżultat tat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni u l-ispejjeż tax-xogħol u ż-żieda baxxa fil-prezzijiet.

 

2010

2011

2012

PIR

Il-fluss tal-flus (il-marka tal-produttur u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (EUR)

– 44 322 891

– 7 033 547

16 927 597

20 202 074

Indiċi (2010 = 100)

– 100

– 16

38

46

Sors: L-investigazzjoni

(e)   L-investimenti

(156)

L-investimenti annwali tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b'34 % fl-2011, żdiedu b'90 punt perċentwali fl-2012 u finalment naqsu b'59 punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investiment, li kien maħsub għall-manutenzjoni u t-tiġdid tat-tagħmir eżistenti u mhux għal raġunijet ta' żieda tal-kapaċità, naqas bi 3 %.

 

2010

2011

2012

PIR

L-investimenti netti (EUR)

1 149 094

757 750

1 789 210

1 111 661

Indiċi (2010 = 100)

100

66

156

97

Sors: L-investigazzjoni

5.   Il-konklużjoni dwar id-dannu

(157)

Għadd ta' indikaturi, b'mod partikolari l-indikaturi finanzjarji, tjiebu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Il-profittabilità tjiebet minn telf ta' iktar minn 7 % għal profitt ta' 0,8 % li għadu madankollu taħt il-profitt fil-mira ta' 5 % mill-investigazzjoni preċedenti. Ir-redditu fuq l-investiment mar għall-aħjar minn telf ta' iktar minn 19 % għal profitt ta' aktar minn 4 % u l-livell ta' fluss ta' flus żdied minn – EUR 44 miljun sa EUR 20 miljun. Dawn il-fatturi jissuġġerixxu li l-industrija kienet kapaċi tirkupra parzjalment.

(158)

Min-naħa l-oħra, uħud mill-indikaturi esperjenzaw żvilupp negattiv bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-volum tal-produzzjoni naqas b'37 %, l-użu tal-kapaċità naqas b'25 %, il-volum tal-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fl-UE naqas b'40 %, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12-il punt perċentwali u l-impjiegi naqsu bi 43 %.

(159)

Il-miżuri antidumping laħqu parzjalment l-objettiv tagħhom billi neħħew ftit mill-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni bħala konsegwenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati. L-industrija tal-Unjoni reġgħet saret ftit profitabbli, iżda għad-detriment tas-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha billi ffavorixxiet il-prezzijiet minflok il-volumi. Għaldaqstant huwa ċar li l-industrija tal-Unjoni għadha ma rkupratx b'mod sħiħ mill-effetti ta' dumping tal-passat, u għadha f'sitwazzjoni fraġli, u għalhekk vulnerabbli ħafna għal kull rikorrenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(160)

Anki jekk is-sitwazzjoni fraġli tal-industrija tal-Unjoni ġiet ikkwalifikata bħala ħsara materjali, dan ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. It-tliet pajjiżi kkonċernati (għall-Ukraina, l-investigazzjoni stabbilixxiet li ma hemmx probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' rikorrenza ta' dumping) jirrappreżentaw sehem mis-suq kumulattiv ta' inqas minn 1 % fis-suq tal-UE. Fin-nuqqas ta' kull pressjoni tal-prezzijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm il-prezzijiet f'livell li huwa suffiċjenti biex isir profitt, għalkemm ferm taħt il-profitt fil-mira.

F.   IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA

1.   L-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-Bjelorussja u r-Russja

(161)

Abbażi tax-xejriet ta' hawn fuq jidher li l-miżuri tal-antidumping kisbu r-riżultat mistenni minnhom b'mod parzjali jiġifieri li jneħħu l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, kif muri mill-iżvilupp negattiv ta' għadd ta' indikaturi ta' ħsara, l-industrija xorta għadha f'sitwazzjoni fraġli ħafna.

(162)

Kif imsemmi hawn fuq, l-esportaturi f'kull wieħed mit-tliet pajjiżi kkonċernati għandhom il-kapaċità żejda biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom b'pass mgħaġġel ħafna. Minħabba li l-prezzijiet fis-suq tal-UE jġibu aktar qligħ meta mqabbla ma' xi swieq ta' pajjiżi terzi, huwa probabbli li l-kwantitajiet sinifikanti attwalment esportati lejn dawn il-pajjiżi se jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-UE f'każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu. Din iż-żieda ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li żżid il-pressjoni fuq is-suq tal-Unjoni, u b'hekk is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li hija diġà fraġli tmur għall-agħar. Dan it-tip ta' żvilupp għal għarrieda kien diġà ġie osservat fl-investigazzjoni preċedenti, meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-UE mit-tliet pajjiżi ttrippla fi tliet snin u nofs biss, jiġifieri minn 6,2 % fl-2004 għal 18,7 % fil-PI (mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007). Għaldaqstant il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Bjelorussja u r-Russja diġà wrew il-kapaċità tagħhom li jżidu malajr il-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(163)

Għalhekk, abbażi ta' dan ta' hawn fuq, wieħed jista' jikkonkludi li hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara f'każ li l-miżuri jitħassru.

2.   L-importazzjonijiet mill-Ukraina

(164)

Filwaqt li tiġi kkunsidrata l-konklużjoni ta' nuqqas ta' kontinwazzjoni ta' probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping mill-Ukraina, ma hija meħtieġa l-ebda analiżi ulterjuri f'dan il-każ dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(165)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod globali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi involuti varji kollha. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(166)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għadha fraġli ħafna. Il-miżuri antidumping laħqu parzjalment l-objettiv tagħhom billi neħħew ftit mill-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni bħala konsegwenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati. L-industrija tal-Unjoni reġgħet saret ftit profitabbli, iżda għad-detriment tas-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha billi ffavorixxiet il-prezzijiet minflok il-volumi minħabba l-miżuri fis-seħħ. It-tmiem tal-miżuri se jżid il-pressjoni tal-prezzijiet fuq is-suq tal-Unjoni u dan jerġa' jwassal għal telf. Għalhekk, huwa fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li l-miżuri jitħallew.

2.   L-interess tal-importaturi u l-utenti

(167)

Il-Kummissjoni kkuntattjat aktar minn 100 importatur u utent mhux relatati fl-Unjoni sabiex tfittex kooperazzjoni li l-ebda minnhom ma rrispondew għaliha. Dan jista' jiġi spjegat b'volumi żgħar ħafna ta' esportazzjoni ta' kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati lejn is-suq tal-Unjoni. F'kull każ, ma hemm l-ebda fattur li jissuġġerixxi li l-importaturi jew l-utenti jkunu affettwati b'mod sproporzjonat fil-każ li l-miżuri jiġu estiżi.

(168)

Għaldaqstant fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq huwa kkunsidrat li s-sitwazzjoni tal-importaturi u l-utenti fl-Unjoni x'aktarx li mhijiex se tkun affettwata mill-estenzjoni tal-miżuri proposti.

3.   Ir-riskju ta' nuqqas ta' provvista/kompetizzjoni fis-suq tal-UE

(169)

Il-konsum tal-UE naqas bi 28 % matul il-perjodu kkunsidrat, u laħaq madwar 400 000 tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kompliet taqbeż id-domanda tal-UE matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqet livell ta' madwar 1 500 000 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Hemm biżżejjed kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-UE. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni qed topera b'rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċita ta' 19 % biss matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, minħabba li tipproduċi prodotti differenti (il-prodott ikkonċernat u prodotti oħra bħal profili vojta minn ġewwa) bl-istess tagħmir ta' produzzjoni. Għaldaqstant, fil-każ ta' domanda akbar, l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità żejda biex tkompli żżid il-produzzjoni tagћha billi tinbidel it-taħlita tal-produzzjoni tagħha. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra li mhumiex soġġetti għall-miżuri, b'mod partikolari l-Indja u t-Turkija jistgħu wkoll jissodisfaw parti mid-domanda.

(170)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, ma jistax jiġi konkluż li ż-żamma tal-miżuri antidumping x'aktarx tirriżulta f'nuqqas ta' provvista fis-suq tal-UE jew f'restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-UE.

4.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(171)

Dan ta' hawn fuq jindika li l-effetti negattivi ta' kontinwazzjoni tal-miżuri jkunu limitati u fl-ebda każ sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji tal-estensjoni tal-miżuri għall-industrija tal-Unjoni.

H.   IL-MIŻURI ANTIDUMPING

(172)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dik id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

(173)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw mill-Bjelorussja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja għandhom jinżammu. Jitfakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f'dazju ad valorem b'rati differenti.

(174)

Fir-rigward tal-Ukraina, abbażi tar-riżultati ta' nuqqas ta' kontinwazzjoni ta' probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping (ara l-premessi (17) u (118) hawn fuq), il-miżuri għandhom jitħassru u l-proċediment jintemm.

(175)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(176)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (5). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpannija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, notifika li tinforma dwar il-bidla fl-isem tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(177)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, b'qatgħa trasversali perpendikolari ċirkolari u b'dijametru estern li ma jaqbiżx il-168,3 mm, esklużi l-pajpijiet tal-linja tat-tip użati fil-pipelines taż-żejt jew tal-gass, kejsing u tubi tat-tip użati fit-tħaffir għaż-żejt jew il-gass, tubi ta' preċiżjoni u tubi u pajpijiet b'fittings imqabbda adattati biex jgħaddu minnhom gassijiet jew likwidi għall-użu fl-inġenji tal-ajru ċivili, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7306 30 41, ex 7306 30 49, ex 7306 30 72 u ex 7306 30 77 (kodiċi TARIC 7306304120, 7306304920, 7306307280 u 7306307780) u li joriġinaw mill-Bjelorussja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Russja.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji ta' hawn taħt tkun kif ġej:

Il-pajjiż

Il-Kumpanija

Dazju antidumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Il-kumpaniji kollha

90,6 %

Ir-Russja

TMK Group (Seversky Pipe Plant Open Joint Stock Company u Joint Stock Company Taganrog Metallurgical Works)

16,8 %

A892

OMK Group (Open Joint Stock Company vyksa Steel Works u Joint Stock Company almetjvesk Pipe Plant)

10,1 %

A893

Il-kumpaniji l-oħra kollha

20,5 %

A999

IL-BJELORUSSJA

Il-kumpaniji kollha

38,1 %

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fl-Ukraina huwa b'dan terminat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 343, 19.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU C 136, 15.5.2013, p. 25.

(4)  ĠU C 372, 19.12.2013, p. 21.

(5)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


Top