Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1773

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1773 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE (Statistika dwar l-Enerġija)

    ĠU L 258, 3.10.2015, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1773/oj

    3.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 258/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1773

    tal-1 ta' Ottubru 2015

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE (Statistika dwar l-Enerġija)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 338(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

    (2)

    Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għalhekk għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. SCHNEIDER


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istatistika annwali dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi (ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2015

    ta'

    li temenda l-ANNESS XXI (Statistiċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istatistika annwali dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

    (2)

    L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 26a (ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI hu sostitwit b'dan li ġej:

    32008 R 1099: Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1), kif emendat b'dawn li ġejjin:

    32013 R 0147: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 147/2013 tat-13 ta' Frar 2013 (ĠU L 50, 22.2.2013, p. 1),

    32014 R 0431: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta' April 2014 (ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jiġbor id-data mitluba minn dan ir-Regolament, ħlief għal dejta dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' prodotti tal-enerġija varji u l-produzzjoni tal-elettriku għall-Istatistiċi Annwali dwar l-Enerġija (Anness B).

    (b)

    L-Iżlanda hija eżentata mir-rappurtaġġ tal-aggregati ddefiniti fl-Anness B li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni dettaljata tal-konsum tal-enerġija skont it-tip ta' użu finali (tisħin ta' spazju, tkessiħ ta' spazju, tisħin tal-ilma, tisjir, dawl elettriku u apparati elettriċi, użi finali oħra) tas-settur Residenzjali kif definit fit-Taqsima 2.3 tal-Anness A.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 431/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi…, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji

    għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1.

    (*)  [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


    Top