This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1585
Commission Decision (EU) 2015/1585 of 25 November 2014 on the aid scheme SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implemented by Germany for the support of renewable electricity and of energy-intensive users) (notified under document C(2014) 8786) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-iskema ta' għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (notifikata bid-dokument C(2014) 8786) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-iskema ta' għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (notifikata bid-dokument C(2014) 8786) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 250, 25.9.2015, p. 122–164
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/122 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1585
tal-25 ta' Novembru 2014
dwar l-iskema ta' għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija)
(notifikata bid-dokument C(2014) 8786)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Permezz ta' lment riċevut f'Diċembru 2011, il-Kummissjoni ġiet informata li l-Ġermanja implimentat l-għajnuna mill-Istat għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u għall-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija (energy-intensive users — “EIU”) permezz ta' limitu massimu fuq is-soprataxxa li tiffinanzja l-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli (EEG-Umlage jew “soprataxxa tal-EEG”). |
(2) |
Permezz tal-ittra datata t-18 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li hija kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward ta' dik l-għajnuna (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”). |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna. |
(4) |
Il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti riċevuti mill-partijiet interessati lill-Ġermanja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti tagħha ġew riċevuti permezz tal-ittri bid-data tal-20 ta' Jannar 2014 u l-14 ta' Novembru 2014. |
(5) |
Permezz tal-ittra datata t-22 ta' Settembru 2014, il-Ġermanja rrinunzjat għad-dritt tagħha skont l-Artikolu 342 tat-Trattat flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1/1958 (3), li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bil-Ġermaniż, u qablet li din id-Deċiżjoni għandha tiġi adottata bl-Ingliż. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA
2.1. L-Att tal-EEG 2012
(6) |
L-Att tal-EEG 2012 (Erneuerbare-Energien-Gesetz) ġie adottat fit-28 ta' Lulju 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012 (4). Huwa ġie sostanzjalment mibdul mill-Att tal-EEG 2014 (5). Il-Kummissjoni approvat l-iskema tal-għajnuna l-ġdida li rriżultat mit-tibdil sostanzjali tat-23 ta' Lulju 2014 (6). |
(7) |
Fl-ewwel livell tas-sistema stabbilita mill-Att tal-EEG 2012, l-operaturi tan-netwerk (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-Operaturi tas-Sistema ta' Distribuzzjoni (Distribution System Operators — “DSOs”) huma obbligati li jixtru l-elettriku prodott fiż-żona tan-netwerk tagħhom minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli (“elettriku SER”) u minn gass estratt mill-minjieri (l-“elettriku SER” u l-elettriku prodott minn gass estratt mill-minjieri ssir referenza għalihom flimkien bħala “elettriku EEG”). Il-prezzijiet tax-xiri huma ffissati mil-liġi (“tariffi garantiti”). Minflok jitolbu l-ħlas tat-tariffi garantiti, il-produtturi tal-elettriku SER u tal-elettriku prodott minn gass estratt mill-minjieri għandhom il-possibbiltà wkoll li jbigħu l-elettriku tagħhom direttament fis-suq (“kummerċjalizzazzjoni diretta”). Meta jagħmlu dan, huma jkunu intitolati li jiksbu primjum tas-suq mill-operatur tan-netwerk. L-ammont ta' dak il-primjum tas-suq huwa ffissat ukoll mil-liġi. |
(8) |
Fit-tieni livell, l-operaturi tan-netwerk iridu jittrasferixxu minnufih l-elettriku tal-EEG lill-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (Transmission System Operators — “TSOs”) rispettivi tagħhom, li minnhom hemm erbgħa fil-Ġermanja, u dawn min-naħa tagħhom għandhom l-obbligu li jikkumpensaw lill-operaturi tan-netwerk għall-ispiża kollha li tirriżulta mit-tariffi garantiti u mill-primjums tas-suq. |
(9) |
L-Att tal-EEG 2012 jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta' ugwalizzazzjoni li permezz tiegħu l-piż finanzjarju li jirriżulta mill-obbligu tal-akkwist jinfirex bejn erba' TSOs, sabiex fl-aħħar mill-aħħar kull TSO jkopri l-ispejjeż ta' kwantità ta' elettriku li tikkorrespondi għas-sehem medju tal-elettriku tal-EEG imqabbel mal-elettriku totali kkunsinjat lill-konsumaturi finali f'kull żona moqdija mit-TSO individwali matul is-sena kalendarja preċedenti (§ 36 tal-Att tal-EEG 2012). Dan huwa t-tielet livell. |
(10) |
It-TSOs huma obbligati li jbigħu l-elettriku tal-EEG fis-suq spot. Huma jistgħu jagħmlu dan weħidhom jew flimkien. Jekk il-prezz miksub fis-suq spot ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri l-piż finanzjarju li jirriżulta mill-obbligi tal-ħlas tagħhom lejn l-operaturi tan-netwerk, it-TSOs huma intitolati bil-liġi li jitolbu lill-fornituri tal-elettriku sabiex iħallsu sehem ta' dan il-piż proporzjonat għall-kwantità rispettiva tal-elettriku kkunsinjat mill-fornituri tal-elettriku lill-konsumaturi finali tagħhom. Is-sehem għandu jiġi ddeterminat b'tali mod li kull fornitur tal-elettriku jġarrab l-istess spejjeż għal kull kilowatt fis-siegħa ta' elettriku kkunsinjat minnu lil konsumatur finali. Għandhom isiru pagamenti bil-quddiem kull xahar għall-ħlas ta' din is-soprataxxa. L-Att tal-EEG 2012 jidentifika espliċitament dan il-ħlas li t-TSO jirkupra mingħand il-fornituri tal-elettriku bħala s-“soprataxxa tal-EEG” (ara § 37(2) tal-Att tal-EEG 2012). L-erba' TSOs huma obbligati li jindikaw il-pagamenti kollha li jkunu rċevew fuq kont konġunt tal-EEG u li jippubblikaw dak il-kont (§ 7 AusglMechV (7)). Dan huwa r-raba' livell. |
(11) |
L-erba' TSOs flimkien għandhom jiddeterminaw is-soprataxxa tal-EEG għas-sena n + 1 f'Ottubru (§ 3 Absatz 2 AusglMechV). Il-metodoloġija li jridu jużaw u l-elementi li fuqhom għandhom jibbażaw il-kalkolu tagħhom huma stabbiliti fl-Ausgleichsmechanismusverordnung (AusglMechV) u fl-Ausgleichsmechanismus-Ausführungsverordnung (AusglMechAV) (8). Dawk it-testi legali ma jħallu l-ebda diskrezzjoni lit-TSO. B'mod partikolari, fit-§ 3 tal-AusglMechV jiġi stabbilit dan li ġej: “§ 3 Soprataxxa tal-EEG
|
(12) |
B'hekk, l-erba' TSOs jiddeterminaw b'mod konġunt is-soprataxxa tal-EEG fuq il-bażi tal-ħtiġijiet finanzjarji mbassrin għall-ħlas tal-primjums u t-tariffi garantiti, id-dħul imbassar mill-bejgħ tal-elettriku EEG fis-suq spot u l-konsum imbassar tal-elettriku. Barra minn hekk, għall-kalkolazzjoni ta' din is-soprataxxa għandhom jiġu kkunsidrati serje ta' rikavati u spejjeż marbuta mal-immaniġġar tal-istess soprataxxa tal-EEG. Għall-2012, is-soprataxxa tal-EEG kienet tammonta għal 3,592 ct/kWh. Fl-2013, din kienet tammonta għal 5,277 ct/kWh. Fl-2014, is-soprataxxa tammonta għal 6,240 ct/kWh. |
(13) |
Barra minn hekk, mid-dispożizzjonijiet deskritti fil-premessa 11 jirriżulta li s-soprataxxa tal-EEG tiżgura li l-ispejjeż addizzjonali kollha li jġarrbu l-operaturi tan-netwerk u t-TSOs bħala riżultat tal-obbligi legali tagħhom skont l-Att tal-EEG 2012 vis-à-vis il-produtturi tal-elettriku tal-EEG u l-operaturi tan-netwerk, rispettivament, jiġu kkumpensati permezz tas-soprataxxa tal-EEG. Jekk, f'sena partikolari, id-dħul mis-soprataxxa tal-EEG jaqbeż l-ispejjeż, l-eċċess jiġi ttrasferit għas-sena ta' wara, u s-soprataxxa tal-EEG titnaqqas kif xieraq; jekk ikun hemm tnaqqis, mela allura s-soprataxxa tal-EEG tiżdied kif xieraq. Dawk l-aġġustamenti huma awtomatiċi u ma jirrikjedu l-ebda intervent ieħor mil-leġiżlatur jew mill-fergħa eżekuttiva. |
2.2. Il-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku
(14) |
Skont § 39 tal-Att tal-EEG 2012, is-soprataxxa tal-EEG titnaqqas għall-fornituri tal-elettriku f'sena kalendarja partikolari b'2 ċenteżmi għal kull kilowatt fis-siegħa (ct/kWh), meta l-elettriku EEG li jikkunsinjaw lill-konsumaturi finali kollha tagħhom jissodisfa ċerti kundizzjonijiet (l-hekk imsejjaħ privileġġ tal-elettriku ekoloġiku). |
(15) |
It-tnaqqis jingħata meta l-fornitur ikun xtara l-elettriku EEG direttament mingħand il-produtturi nazzjonali tal-elettriku EEG skont arranġamenti ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, hekk kif stabbilit fit-tifsira ta' § 33b Nru 2 tal-Att tal-EEG 2012 (jiġifieri arranġamenti ta' kummerċjalizzazzjoni diretta meta l-produttur tal-elettriku EEG ma japplikax għal appoġġ skont l-Att tal-EEG 2012) u meta l-ammont ta' elettriku EEG mixtri jilħaq il-livelli limiti li ġejjin:
|
(16) |
It-tnaqqis ta' 2 ct/kWh se jiġi applikat fuq il-portafoll tal-elettriku kollu. Dan ifisser li jekk fornitur iġib 50 % tal-elettriku tiegħu minn sorsi ta' enerġija konvenzjonali, filwaqt li n-nofs l-ieħor tal-elettriku tiegħu jkun elettriku EEG mixtri skont l-arranġamenti ta' kummerċjalizzazzjoni diretta deskritti fil-premessa 15, il-fornitur jirċievi pagament ta' 4 ct/kWh. Dak il-pagament jista' jingħadda parzjalment jew kollu kemm hu lill-produtturi tal-elettriku EEG. |
(17) |
F'dak ir-rigward, il-Ġermanja spjegat li l-fornituri tal-elettriku li japplikaw għall-privileġġ jirċievu biss it-tnaqqis ta' 2 ct/kWh fuq il-portafoll kollu tagħhom jekk mill-inqas 50 % minnu jkun elettriku EEG. Sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas ir-riskju li għal ftit ma tintlaħaqx il-mira ta' 50 % (li f'dak il-każ is-soprataxxa kollha tal-EEG tkun dovuta fuq il-portafoll kollu), il-fornituri tal-elettriku jakkwistaw l-elettriku EEG b'marġni ta' sigurtà, jiġifieri, jixtru oltre il-50 % meħtieġ, u xi drabi jitilgħu sa 60 %. F'dak il-każ, sabiex jiġi kkalkolat il-vantaġġ tal-ispiża li potenzjalment jista' jingħadda lill-produtturi tal-elettriku EEG, it-tnaqqis tas-soprataxxa tal-EEG miksub għall-portafoll kollu, jiġifieri 2 ct/kWh, għandu jinqasam b'sehem ogħla ta' elettriku EEG. Pereżempju, għal sehem ta' 60 %, il-vantaġġ tal-ispiża reali li jista' jiġi ttrasferit ma jammontax għal 4 ct/kWh, iżda għal 3,3 ct/kWh biss. Bħala medja, il-vantaġġ massimu li jirriżulta mill-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku kien ta' 3,8 ct/kWh fl-2012, 3,2 ct/kWh fl-2013 u 3,9 ct/kWh fl-2014. |
(18) |
Sabiex tiġi ddeterminata l-firxa tad-diskriminazzjoni potenzjali storika skont l-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat, u bil-għan li jinstab rimedju għaliha, il-Ġermanja stmat li, bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Lulju 2014, li huwa l-perjodu meta kien fis-seħħ l-Att tal-EEG 2012, l-importazzjonijiet tal-garanziji tal-oriġini li jikkorrespondu għall-impjanti tal-elettriku EEG li kienu jkunu eliġibbli għall-appoġġ skont l-Att tal-EEG 2012 kienu jammontaw għal 1,3 TWh.
|
(19) |
Il-Ġermanja tisħaq illi li kieku dawk l-importazzjonijiet kollha bbenifikaw mill-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku, b'bejn wieħed u ieħor 4 ct/kWh, id-dħul mitluf fil-qafas tas-soprataxxa tal-EEG mill-fornituri tal-elettriku li jkunu xtraw dak l-elettriku kien jammonta għal madwar EUR 50 miljun. Il-Ġermanja impenjat ruħha li terġa' tinvesti dak l-ammont f'interkonnetturi u fi proġetti tal-enerġija Ewropej. |
2.3. Is-soprataxxa limitata tal-EEG għall-intrapriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija
(20) |
L-Att tal-EEG 2012 ma jimponi l-ebda obbligu fuq il-fornituri tal-elettriku sabiex jittrasferixxu s-soprataxxa tal-EEG lill-klijenti. Madankollu, l-Att tal-EEG 2012 jistabbilixxi l-mod kif il-fornitur tal-elettriku għandu jindika s-soprataxxa tal-EEG fuq il-kont tal-elettriku, meta din is-soprataxxa tal-EEG tiġi ttrasferita. Fil-prattika, il-fornituri kollha tal-elettriku jittrasferixxu s-soprataxxa tal-EEG fl-intier tagħha. |
(21) |
§ 40 tal-Att tal-EEG 2012 tillimita l-ammont tas-soprataxxa li tista' tiġi ttrasferita mill-fornituri tal-elettriku lill-EIUs: fuq talba, il-Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (“L-Uffiċċju Ġermaniż għall-Ekonomija u għall-Kontroll tal-Esportazzjoni — BAFA”), awtorità pubblika, toħroġ att amministrattiv li jipprojbixxi lill-fornitur tal-elettriku milli jittrasferixxi s-soprataxxa tal-EEG totali lil utent aħħari meta l-utent aħħari jkun intrapriża fil-qasam tal-manifattura b'konsum għoli tal-elettriku (9). Dik id-dispożizzjoni ssir referenza għaliha bħala r-“regola ta' kumpens speċjali” (Besondere Ausgleichsregelung — “BesAR”). |
(22) |
§ 40 tal-Att tal-EEG 2012 tgħid li l-limitazzjoni hija maħsuba biex tnaqqas l-ispejjeż tal-elettriku għal dawk l-intrapriżi bil-għan li jżommu l-kompetittività internazzjonali tagħhom, sakemm din tkun kompatibbli mal-miri tal-Att tal-EEG 2012 u l-limitu impost jkun għadu kompatibbli mal-interessi tal-utenti tal-elettriku b'mod ġenerali. |
(23) |
§ 41(1) tal-Att tal-EEG 2012 tissottometti l-limitazzjoni tas-soprataxxa tal-EEG għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(24) |
Ir-regola ġenerali f'§ 41(3) Nru 1 hija li, fir-rigward ta' EIU, is-soprataxxa tal-EEG tiġi limitata gradwalment kif ġej:
|
(25) |
Jekk EIU jkollu konsum ta' 'l fuq minn 100 GWh u jekk l-ispejjeż tal-elettriku jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-valur miżjud gross, il-livelli limiti differenti deskritti fil-premessa 24 ma japplikawx u s-soprataxxa tal-EEG tkun limitata għal 0,05 cent/kWh għall-konsum tal-elettriku kollu tal-EIU (§ 41(3) Nru 2). |
(26) |
Id-deċiżjoni tal-BAFA hija vinkolanti mhux biss fuq il-fornitur tal-elettriku, iżda wkoll fuq it-TSO. Dan ifisser li meta l-BAFA tkun iddeċidiet li EIU għandu jħallas biss soprataxxa tal-EEG imnaqqsa lill-fornitur tal-elettriku tiegħu, l-obbligu tal-fornitur tal-elettriku tal-EIU li jħallas is-soprataxxa tal-EEG lit-TSO jitnaqqas kif xieraq. Dan għandu jitteħed f'kunsiderazzjoni meta t-TSO jistabbilixxi s-soprataxxa tal-EEG. Kwalunkwe tilwimiet dwar id-deċiżjoni tal-BAFA għandhom jitressqu quddiem il-qrati amministrattivi, minħabba li dik id-deċiżjoni hija att amministrattiv. Għalhekk, dawk id-deċiżjonijiet huma wkoll immedjatament eżegwibbli. |
2.4. Il-pjan ta' aġġustament
(27) |
Sabiex it-tnaqqis tas-soprataxxa tal-EEG jinġieb f'konformità mad-dispożizzjonijiet fil-punti 196 et seq. tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (10) (“il-Linji Gwida tal-2014”), il-Ġermanja ssottomettiet pjan ta' aġġustament. |
(28) |
Għall-intrapriżi li bbenefikaw mill-BesAR, iżda li ħallsu inqas milli kellhom iħallsu skont ir-regoli stipulati fit-Taqsima 3.7.2 tal-Linji Gwida tal-2014 (notevolment il-kriterji tal-eliġibbiltà fil-punti 185, 186 u 187 u l-kriterji tal-proporzjonalità fil-punti 188 u 189), is-soprataxxa tal-EEG aġġustata għall-2013 ma għandhiex taqbeż il-125 % tas-soprataxxa li effettivament ħallsu matul dik is-sena. Is-soprataxxa aġġustata dovuta għall-2014 ma għandhiex taqbeż il-150 % tal-istess valur bażi, jiġifieri, is-soprataxxa li kienet effettivament imħallsa fl-2013. Sabiex jitħaffef l-irkupru, u billi d-dejta dwar il-konsum għas-snin ikkonċernati għadha mhijiex disponibbli għall-intrapriżi kollha kkonċernati mill-irkupru, bħala l-ewwel pass, il-Ġermanja se tuża l-konsum tal-elettriku li kien sottomess fl-applikazzjonijiet għall-kalkolazzjoni ta' ammont ta' rkupru preliminari, li għandu jiġi rkuprat immedjatament sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' Deggendorf (11). It-tieni pass ikun li l-Ġermanja tapplika d-dejta dwar il-konsum effettiv tas-snin ikkonċernati sabiex tiddetermina l-ammonti ta' rkupru finali u tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura l-irkupru jew ir-ripagament abbażi ta' dawk l-ammonti finali. |
(29) |
Il-mekkaniżmu ta' aġġustament se jibda jiġi mmodifikat mill-2015. Skont §103(3) tal-Att tal-EEG 2014 (12), il-BAFA se tillimita s-soprataxxa tal-EEG li għandha titħallas mill-EIUs fis-snin 2015 sa 2018 b'tali mod li s-soprataxxa tal-EEG għal sena partikolari x ma tkunx tista' taqbeż id-doppju tas-soprataxxa tal-EEG li tħallset fis-sena kummerċjali ta' qabel is-sena tal-applikazzjoni (x — 2). B'hekk, filwaqt li s-soprataxxa tal-EEG ser tiġi aġġustata 'l fuq kull sena, is-soprataxxa li għandha titħallas fl-2015 se tiġi limitata għad-doppju tas-soprataxxa mħallsa fl-2013, l-istess kif japplika għas-soprataxxi fis-snin ta' wara sal-2018. |
2.5. It-trasparenza, il-kont tal-EEG u l-monitoraġġ mill-Istat
(30) |
L-Aġenzija tan-Netwerks Federali (Bundesnetzagentur,“BNetzA”) ġiet fdata b'għadd ta' kompiti ta' kontroll, superviżjoni u infurzar. |
(31) |
Il-produtturi tal-elettriku EEG, l-operaturi tan-netwerk, it-TSOs u l-fornituri tal-elettriku huma obbligati li jqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' xulxin, id-dejta meħtieġa għall-implimentazzjoni korretta tas-sistema EEG. L-Att tal-EEG 2012 jistabbilixxi fid-dettall x'tip ta' informazzjoni għandha tiġi trażmessa b'mod sistematiku lil operaturi oħrajn u f'liema żmien tas-sena. L-operaturi tan-netwerk, it-TSOs u l-fornituri tal-elettriku jistgħu jitolbu li d-dejta tiġi vverifikata minn kontabilist. |
(32) |
L-Att tal-EEG 2012 waqqaf korp għas-soluzzjoni tat-tilwimiet li huwa inkarigat mill-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari bir-responsabbiltà li jikkjarifika l-mistoqsijiet u jsolvi t-tilwimiet bejn il-produtturi tal-elettriku EEG, l-operaturi tan-netwerk, it-TSOs u l-fornituri tal-elettriku (Clearingstelle). |
(33) |
Barra minn hekk, l-operaturi tan-netwerk u t-TSOs huma obbligati, skont l-Att tal-EEG 2012 u d-digrieti ta' implimentazzjoni (l-AusglMechV u l-AusglMechAV) li jippubblikaw ċerta dejta fuq is-siti elettroniċi tagħhom (dwar l-ammont ta' elettriku EEG mixtri u b'liema prezz). It-TSOs għandhom iżommu t-tranżazzjonijiet kollha marbuta mal-Att tal-EEG 2012 separati mill-bqija tal-attivitajiet tagħhom. Huma obbligati li jżommu kontijiet finanzjarji separati għall-flussi finanzjarji kollha relatati mal-Att tal-EEG 2012, u għandu jkun hemm kont bankarju separat, li jkun amministrat b'mod konġunt mill-erba' TSOs, għad-dħul u l-ispejjeż kollha marbutin mal-Att tal-EEG 2012 (§ 5 AusglMechAV). |
(34) |
It-TSOs għandhom l-obbligu li jippubblikaw, fuq sit elettroniku komuni msejjaħ “kont tal-EEG”, id-dħul aggregat fix-xahar li jirriżulta mill-bejgħ tal-elettriku EEG fis-suq spot u mis-soprataxxa tal-EEG u l-ispejjeż aggregati (kumpens lill-operaturi tan-netwerk u spejjeż oħrajn relatati mal-ġestjoni tas-sistema). Huma obbligati wkoll li jippubblikaw minn qabel is-soprataxxa mbassra tal-EEG għas-sena ta' wara. |
(35) |
L-Att tal-EEG 2012 stabbilixxa l-obbligu li l-installazzjonijiet jiġu rreġistrati ma' korp pubbliku. Ir-reġistrazzjoni se tkun kundizzjoni sabiex dawn ikunu intitolati li jirċievu tariffi garantiti. Ir-reġistru għadu ma ġiex stabbilit iżda diġà hemm obbligu separat fis-seħħ li l-installazzjonijiet solari u l-installazzjonijiet tal-bijomassa likwida jridu jiġu rreġistrati sabiex jibbenifikaw minn tariffi garantiti. Il-BNetzA tamministra r-reġistru tal-installazzjonijiet solari u l-Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung tamministra r-reġistru tal-installazzjonijiet tal-bijomassa likwida. |
(36) |
L-operaturi tan-netwerk u t-TSOs għandhom jibagħtu lil BNetzA d-dettalji li jirċievu mingħand l-operaturi tal-installazzjonijiet (il-post fejn tinsab l-installazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, eċċ.), il-livell tan-netwerk (distribuzzjoni jew trażmissjoni) fejn jiġu konnessi l-installazzjonijiet, it-tariffi individwali u aggregati mħallsin lill-installazzjonijiet, il-fatturi finali mibgħuta lill-fornituri tal-elettriku u d-dejta meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni taċ-ċifri pprovduti. Il-fornituri tal-elettriku huma mitluba jikkomunikaw lill-BNetzA l-ammont ta' elettriku fornut lill-klijenti tagħhom u l-kontijiet finali tagħhom. Il-BNetzA għandha wkoll setgħat ta' awditjar fir-rigward tas-sidien tal-installazzjonijiet tal-elettriku EEG sabiex tkun tista' timmonitorja kif l-operaturi tan-netwerk u t-TSOs ikkonformaw mal-obbligi tagħhom. |
(37) |
It-TSOs għandhom jibagħtu wkoll dejta dettaljata lill-BNetzA rigward l-istabbiliment tas-soprataxxa tal-EEG. B'mod partikolari, huma għandhom jipprovdu dejta relatata mal-entrati differenti tad-dħul u tan-nefqa li tintuża għall-kalkolazzjoni tas-soprataxxa tal-EEG, § 7(2) AusglMechV. |
(38) |
Dawk li jibbenifikaw minn soprataxxa limitata tal-EEG għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun jista' jivvaluta jekk l-objettivi taħt § 40 humiex se jintlaħqu. |
(39) |
Il-BNetzA kienet fdata sabiex tiżgura li:
|
(40) |
Fir-rigward tad-determinazzjoni tas-soprataxxa tal-EEG, il-BNetzA għandha għadd numeruż ta' setgħat ta' infurzar u kompiti relatati mal-entrati differenti ta' dħul u nefqa li t-TSOs huma permessi li jinkludu fil-kalkolazzjoni tas-soprataxxa tal-EEG. L-ewwel nett, il-BNetzA għandha s-setgħa li tistabbilixxi, bi qbil mal-ministeri kompetenti (13), ir-regoli għad-determinazzjoni tal-entrati li jitqiesu bħala introjtu jew bħala spejjeż għall-istabbiliment tas-soprataxxa tal-EEG u r-rata ta' imgħax applikabbli. Fuq dik il-bażi, il-BNetzA kompliet tispjega fid-dettall fl-AusglMechAV liema tipi ta' spejjeż jistgħu jiġu kkunsidrati. It-tieni, il-BNetzA għandha tiġi pprovduta bl-elementi u d-dokumenti kollha rilevanti relatati mal-kalkolazzjoni tas-soprataxxa tal-EEG. It-tielet, il-BNetzA tista' titlob informazzjoni addizzjonali, inklużi l-kontijiet (§ 5(3) AusglMechAV). Fl-aħħar nett, it-TSOs għandhom obbligu li juru l-preċiżjoni u n-neċessità ta' ċerti entrati ta' spejjeż, qabel ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati għall-kalkolazzjoni tas-soprataxxa tal-EEG (ara, pereżempju, § 6(2) AusglMechAV). |
(41) |
Il-BNetzA għandha s-setgħa li tagħti struzzjonijiet lit-TSOs u li tistabbilixxi formoli standard għad-dejta li għandhom jittrażmettulha t-TSOs. |
(42) |
Il-BNetzA għandha wkoll is-setgħa li tistabbilixxi rekwiżiti, bi qbil mal-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari, relatati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku EEG mit-TSOs fis-suq spot u li tistabbilixxi inċentivi għall-aqwa kummerċjalizzazzjoni possibbli tal-elettriku. Dan sar permezz tal-AusglMechAV. |
(43) |
Il-BNetzA għandha setgħat ta' infurzar. Hija tista', pereżempju, toħroġ ordnijiet meta t-TSOs ma jistabbilixxux is-soprataxxa tal-EEG b'konformità mar-regoli (ara § 38 Nru 5; § 61(1) Nru 2). Hija tista' wkoll tistabbilixxi l-livell tas-soprataxxa tal-EEG. § 6(3) tal-AusglMechAV tindika li d-differenza bejn is-soprataxxa tal-EEG fl-ammonti miġbura u s-soprataxxa tal-EEG fil-livell awtorizzat mill-BNetzA b'konformità ma' deċiżjoni infurzabbli tal-BNetzA skont § 61(1) Nri 3 u 4 tal-Att tal-EEG 2012 tikkostitwixxi wkoll dħul jew infiq skont it-tifsira ta' § 3(3) u (4) tal-AusglMechV. Kuntrarju għal dak li qiegħda ssostni l-Ġermanja, din hija evidenza li l-BNetzA tista' tieħu deċiżjonijiet infurzabbli sabiex tikkoreġi l-livell tas-soprataxxa. Il-bażi legali għal dan hija § 61, il-paragrafi 1 u 2, flimkien ma' §§ 65 et seq. Energiewirtschaftsgesetz (EnWG) (14), li huma dispożizzjonijiet li jippermettu lill-BNetzA tieħu deċiżjonijiet vinkolanti li japplikaw għall-operaturi privati. Barra minn hekk, il-BNetzA tista' timponi multi (ara § 62(1) u (2) tal-Att tal-EEG 2012). |
(44) |
Il-BNetzA nnifisha hija soġġetta għal ċerti obbligi ta' rapportar u għandha tikkomunika ċerta dejta lill-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari u lill-Ministeru Federali tal-Ekonomija u t-Teknoloġija għal skopijiet ta' statistika u evalwazzjoni. |
(45) |
L-Aġenzija Ambjentali Federali (Umweltbundesamt, “UBA”) iżżomm ir-reġistru tal-garanziji tal-oriġini b'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). F'dak ir-rigward, l-UBA hija responsabbli mill-ħruġ, mit-trasferiment u mill-ikkanċellar tal-garanziji tal-oriġini. |
3. ID-DEĊIŻJONI LI JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
(46) |
Fit-18 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali billi hija kienet tal-fehma li l-Att tal-EEG 2012 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għall-produtturi tal-elettriku EEG, għall-fornituri tal-elettriku li jibbenifikaw mill-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku u għall-EIU u kellha dubji dwar il-kompatibbiltà ta' dik l-għajnuna mas-suq intern. |
(47) |
Fir-rigward tal-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-Att tal-EEG 2012 kien jinvolvi l-għoti ta' vantaġġi ekonomiċi selettivi (i) lill-produtturi tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli (RES) u minn gass estratt minn minjieri, notevolment permezz tat-tariffi garantiti, u (ii) lill-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija, permezz tat-tnaqqis tas-soprataxxi tal-EEG tagħhom. |
(48) |
Il-Kummissjoni waslet ukoll għall-konklużjoni preliminari li dawn il-vantaġġi kienu ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat, b'mod partikolari minħabba (i) li l-leġiżlatur Ġermaniż deher li kien introduċa imposta speċjali maħsuba biex tiffinanzja l-appoġġ għall-produzzjoni tal-elettriku EEG, jiġifieri s-soprataxxa tal-EEG, (ii) li l-leġiżlatur Ġermaniż u l-fergħa eżekuttiva kienu nnominaw lit-TSOs sabiex jamministraw dik is-soprataxxa b'mod kollettiv skont ir-regoli stipulati mill-Istat fl-Att tal-EEG 2012 u fir-regolamenti ta' implimentazzjoni u (iii) li t-TSOs kienu mmonitorjati mill-qrib fl-amministrazzjoni ta' dik ir-riżorsa. |
(49) |
Filwaqt li l-appoġġ għall-elettriku EEG instab li kien kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk it-tnaqqis tas-soprataxxa tal-EEG jistax jitqies bħala kompatibbli abbażi tat-Trattat u, b'mod partikolari, l-Artikolu 107(3)(b) u (c) tat-Trattat. |
(50) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-finanzjament tal-appoġġ għall-elettriku EEG skont l-Att tal-EEG 2012 kienx konformi mal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat, minħabba li minkejja li l-produzzjoni tal-elettriku EEG fil-Ġermanja biss ibbenefikat mis-soprataxxa tal-EEG, din tal-aħħar kienet imposta wkoll fuq il-konsum tal-elettriku EEG importat, li l-produtturi tiegħu setgħu gawdew mill-appoġġ skont l-Att tal-EEG 2012 li kieku kienu jinsabu fil-Ġermanja. |
4. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
(51) |
Il-partijiet interessati ssottomettew l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ u dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 għal din id-Deċiżjoni skont il-punt 248 tal-Linji Gwida tal-2014. |
(52) |
Il-maġġoranza tal-partijiet interessati sostnew li l-Att tal-EEG 2012 ma għandux jitqies bħala li jinvolvi għajnuna mill-Istat, la fil-livell tal-produtturi tal-elettriku EEG u lanqas favur l-EIUs. Huma tal-opinjoni li l-Istat Ġermaniż sempliċiment organizza sistema bbażata fuq pagamenti (suċċessivi) bejn operaturi privati, meta dawn l-operaturi jużaw ir-riżorsi finanzjarji tagħhom stess. Is-sempliċi fatt li s-sistema toriġina mil-leġiżlazzjoni tal-Istat (l-Att tal-EEG 2012 u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu), jew inkella l-involviment tal-BNetzA, tal-Bundesanstalt für Ernährung und Landwirtschaft, tal-UBA u tal-BAFA, li l-attribuzzjonijiet tagħhom huma allegatament limitati, ma jistgħux, fil-fehma tagħhom, ibiddlu n-natura inerentement privata tas-sistema. Din l-analiżi hija bbażata l-aktar fuq is-sentenzi tal-Qorti fil-Kawżi PreussenElektra (16) u Doux Élevage (17). Jekk minkejja kollox, hemm xi tip ta' għajnuna, il-partijiet interessati jsostnu li din għandha titqies bħala għajnuna eżistenti fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar skema Ġermaniża preċedenti fil-Kawża NN 27/2000 (18). |
(53) |
Barra minn hekk, il-partijiet interessati sostnew li t-tnaqqis fis-soprataxxa tal-EEG huwa kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) jew tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. L-Att tal-EEG 2012 huwa deskritt minn dawn il-partijiet bħala li għandu objettiv doppju li jappoġġja l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-elettriku EEG u li jippreserva l-bażi industrijali tal-Ġermanja u tal-Unjoni. Il-partijiet interessati jsostnu li kull għajnuna involuta fl-Att tal-EEG 2012 hija mezz xieraq u proporzjonat sabiex jintlaħaq dan l-objettiv doppju. Fi kwalunkwe każ, huma jgħidu li l-Kummissjoni ma għandhiex tapplika l-Linji Gwida tal-2014 għal dan il-każ, minħabba li tali applikazzjoni tkun retroattiva. Hija għandha toqgħod lura wkoll minn kull irkupru minħabba li jeħtieġ li jiġu mħarsal-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji li l-għajnuna ngħatat b'mod leċitu. |
(54) |
B'kuntrast ma' dan, l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Konsumaturi tal-Enerġija (Bund der Energieverbraucher), li għall-ewwel kienet ilmentat mal-Kummissjoni dwar l-Att tal-EEG 2012, saħqet li t-tnaqqis fis-soprataxxa tal-EEG jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, lill-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija u li jagħmel ħsara lil dawk l-intrapriżi u konsumaturi Ġermaniżi li jkollhom iħallsu soprataxxa tal-EEG ogħla mingħajr ma jibbenefikaw minn tnaqqis simili. L-Assoċjazzjoni żiedet tgħid li t-tnaqqis ma jistax jinstab kompatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Dawn l-argumenti saru wkoll minn bosta ċittadini Ġermaniżi. |
(55) |
L-argumenti sottomessi mill-partijiet interessati huma indirizzati f'aktar dettall fit-Taqsima 7. |
5. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ U DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET TERZI
(56) |
Il-Ġermanja tirrimarka li l-maġġoranza ta' dawk involuti fis-sistema stabbilita mill-Att tal-EEG 2012 huma privati, hekk kif kien il-każ ukoll fil-Kawża PreussenElektra, u li dawn mhumiex parti mill-amministrazzjoni pubblika. L-uniku involviment mill-Istat huwa fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-kontroll strett tal-implimentazzjoni tagħha. L-awtoritajiet pubbliċi involuti, notevolment il-BNetzA u l-BAFA, jitqiesu bħala li jikkonformaw strettament mal-attribuzzjonijiet limitati tagħhom, mingħajr ma jamministaw xi fondi. Skont il-Ġermanja, dawn l-awtoritajiet ma għandhom l-ebda diskrezzjoni. Barra minn hekk, il-Ġermanja tinnota li s-soprataxxa tal-EEG bħala tali ma tiġix stabbilita mill-Istat, iżda hija bbażata fuq mekkaniżmu tas-suq, minħabba li hija tiddependi fuq id-dħul li jsir mill-bejgħ tal-elettriku EEG fis-suq spot. Finalment, il-Ġermanja tenfasizza li l-Att tal-EEG 2012 ma jitlobx lill-fornituri sabiex jgħaddu din is-soprataxxa lill-konsumaturi, li jfisser li l-għażla li jsir it-trasferiment tirriżulta mill-politika tal-ipprezzar tal-fornituri tal-elettriku. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-operaturi involuti fis-sistema ma għandu setgħat speċjali li joriġinaw mil-liġi pubblika; pjuttost, huma jridu jistrieħu fuq il-qrati ċivili sabiex jinfurzaw it-talbiet għall-ħlas tagħhom kontra xulxin. |
(57) |
Il-Ġermanja għamlet l-argumenti legali li ġejjin, li huma simili għal dawk sottomessi mill-partijiet interessati, jiġifieri
|
(58) |
L-argumenti tal-Ġermanja huma eżaminati u kkontestati f'aktar dettall fit-Taqsima 7. |
6. IMPENJI PPROVDUTI MILL-ĠERMANJA
(59) |
Kif issemma' aktar 'il fuq fil-premessa 19, il-Ġermanja pprovdiet l-impenn li ġej fir-rigward tal-investiment mill-ġdid ta' EUR 50 miljun f'interkonnetturi u fi proġetti tal-enerġija Ewropej: “Għall-EEG 2012, tista' tinstab soluzzjoni globali kemm għall-Grünstromprivileg kif ukoll għall-kwistjoni tal-Artikolu 30/110. Is-soluzzjoni tkun tikkonsisti fl-investiment mill-ġdid f'interkonnetturi jew fi proġetti tal-enerġija Ewropej simili tal-ammont stmat tal-allegata diskriminazzjoni. L-investiment mill-ġdid jista' jsir b'mod parallel għall-progress tal-proġett rilevanti. Abbażi taċ-ċifri kkomunikati mill-Ġermanja, l-investiment mill-ġdid għandu jammonta għal EUR 50 miljun għall-perjodu Jannar 2012–Lulju 2014. Għal darba oħra, il-Ġermanja toffri dan l-impenn billi tissalvagwardja l-pożizzjoni legali tagħha (l-ebda diskriminazzjoni).” |
(60) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja pprovdiet l-impenn li ġej fir-rigward tal-pjan ta' aġġustament imsemmi fil-premessi 27 et seq.: “L-irkupru [l-ammont rikuperabbli] fir-rigward ta' intrapriża partikolari jirriżulta mid-differenza tal-ispejjeż rilevanti tal-EEG kif iddeterminati abbażi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (‘il-Linji Gwida tal-2014’) u tal-ispejjeż tal-EEG kif iddeterminati abbażi tal-Att tal-EEG 2012. F'dak ir-rigward, il-pjan ta' aġġustament jillimita l-pagament li jrid isir abbażi tal-Linji Gwida tal-2014 għal massimu ta' 125 % (għas-sena 2013) u għal massimu ta' 150 % (għas-sena 2014) tal-pagament magħmul fir-rigward tas-sena 2013 skont l-Att tal-EEG 2012. L-ammonti ta' rkupru negattivi ma jiġux ikkunsidrati.” |
7. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
7.1. L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat
(61) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, “ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
(62) |
Meta tiġi biex tiddetermina jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji li ġejjin: il-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat u tinvolvi riżorsi tal-Istat, għandha tagħti vantaġġ lil ċerti intrapriżi jew setturi li jwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni u tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.1. L-eżistenza ta' vantaġġi selettivi li jaffettwaw il-kummerċ u l-kompetizzjoni
(63) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni sabet li l-Att tal-EEG 2012 kien jinvolvi żewġ tipi ta' vantaġġi selettivi li jaffettwaw il-kummerċ u l-kompetizzjoni. |
(64) |
L-ewwel vantaġġ kien ikkonferit fuq il-produtturi tal-elettriku EEG. Tabilħaqq, il-Kummissjoni sabet li l-primjums u t-tariffi garantiti assiguraw lill-produtturi tal-elettriku EEG prezz ogħla mill-prezz tas-suq għall-elettriku li jipproduċu. L-istess kien jgħodd għall-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-elettriku EEG li rriżultat fi dritt għal soprataxxa tal-EEG imnaqqsa skont § 39 tal-Att tal-EEG 2012, billi dik id-dispożizzjoni ppermettiet lill-produtturi tal-elettriku EEG jiksbu prezz ogħla mill-prezz tas-suq għall-elettriku tagħhom. Il-miżura kienet selettiva minħabba li minnha bbenefikaw biss il-produtturi tal-elettriku EEG. Barra minn hekk, is-suq tal-elettriku kien ġie liberalizzat u l-produtturi tal-elettriku kienu attivi f'setturi fejn seħħ kummerċ bejn l-Istati Membri (il-premessa 76 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
(65) |
It-tieni vantaġġ kien jikkonsisti fit-tnaqqis tas-soprataxxa tal-EEG għal ċerti EIUs skont il-BesAR. Il-Kummissjoni sabet li l-EIUs fis-settur tal-manifattura gawdew minn vantaġġ minħabba li s-soprataxxa tal-EEG tagħhom kienet limitata. §§ minn 40 sa 41 tal-Att tal-EEG 2012 ħelsuhom minn piż li normalment kien ikollhom iġorru huma. Tabilħaqq, il-limitu massimu pprevjena lit-TSOs u lill-fornituri tal-elettriku milli jirkupraw l-ispejjeż addizzjonali għas-sostenn tal-elettriku EEG mill-EIUs. Il-miżura kienet meqjusa wkoll bħala selettiva minħabba li l-EIUs mis-settur tal-manifattura biss setgħu jibbenifikaw minnha. Fl-aħħar nett, il-miżura setgħet twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li l-benefiċjarji kienu produtturi ta' oġġetti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija (pereżempju produtturi ta' metall tal-ħadid jew mhux tal-ħadid, industriji tal-karti, industriji ta' sustanzi kimiċi, produtturi tas-siment) u kienu attivi f'setturi fejn seħħ kummerċ bejn l-Istati Membri (il-premessi minn 77 sa 80 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
(66) |
Il-Ġermanja hija tal-fehma li ma jeżisti l-ebda vantaġġ ekonomiku, la fil-livell tal-produtturi tal-elettriku EEG u lanqas fil-livell tal-EIUs li jibbenefikaw mill-BesAR, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(67) |
Xi partijiet interessati kkontestaw is-sejbiet li s-soprataxxa tal-EEG kienet tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku li seta' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Minflok, intqal li l-miżura kienet qiegħda treġġa' lura l-kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fl-Unjoni, minħabba li l-ispejjeż tal-elettriku industrijali kienu ogħla fil-Ġermanja milli fi bnadi oħra. Barra minn hekk, xi partijiet interessati jirrimarkaw li l-benefiċjarji li jikkonsmaw aktar minn 10 GWh fis-sena jġarrbu spejjeż finanzjarji assoċjati mal-awditi obbligatorji tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. |
(68) |
Il-Ġermanja u l-partijiet interessati kkontestaw ukoll is-sejba li l-vantaġġi ekonomiċi huma selettivi u li jistgħu jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-kummerċ, notevolment minħabba li jingħad li l-BesAR tapplika għall-intrapriżi kollha fl-industrija tal-manifattura u għall-intrapriżi ta' kull daqs. Xi partijiet interessati jsostnu li t-tnaqqis mhuwiex selettiv, billi l-benefiċjarji mhumiex f'sitwazzjoni komparabbli ma' intrapriżi oħrajn, u dan minħabba li l-kriterji tal-eliġibbiltà prinċipali huma l-intensità elettrika u l-konsum tal-elettriku u minħabba li l-intrapriżi b'konsum intensiv ta' elettriku jiffaċċjaw theddida ferm akbar mis-soprataxxa tal-EEG mill-intrapriżi mingħajr konsum daqstant intensiv. Barra minn hekk, huma jiddikjaraw li anki li kieku s-soprataxxi mnaqqsin kienu prima facie selettivi, dawn ikunu inerenti għan-natura u għal-loġika tas-sistema ta' appoġġ għall-elettriku EEG: mingħajr it-tnaqqis, l-appoġġ għall-elettriku EEG ma jkunx jista' jiġi ffinanzjat minħabba li l-EIU jispiċċa jiċċaqlaq 'il barra mill-Ġermanja. |
(69) |
L-argumenti sottomessi mill-Ġermanja u mill-partijiet interessati mhumiex konvinċenti. |
7.1.1.1.
(70) |
L-ewwel nett, il-fatt li intrapriża tiġi kkumpensata għall-ispejjeż jew imposti li diġà tkun ġarrbet, fil-prinċipju ma jeskludix l-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku (25). L-eżistenza ta' vantaġġ lanqas ma tista' tiġi eskluża mis-sempliċi fatt li intrapriżi kompetituri fi Stati Membri oħrajn jinsabu f'pożizzjoni aktar favorevoli (26), minħabba li l-kunċett ta' vantaġġ huwa bbażat fuq analiżi tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' intrapriża fil-kuntest legali u fattwali tagħha kemm bil-miżura partikolari kif ukoll mingħajrha. Madankollu, jekk wieħed jeskludi t-taxxi u l-imposti, bħala medja, il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi industrijali fil-Ġermanja huma aktar baxxi milli fi Stati Membri oħrajn. |
(71) |
Riċentement, il-Qorti Ġenerali reġgħet ikkonfermat il-prinċipju li l-eżistenza ta' vantaġġ għandha tiġi vvalutata, irrispettivament mill-kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fi Stati Membri oħrajn (27). Il-Qorti Ġenerali sabet li n-natura stess tat-tariffa preferenzjali, jiġifieri, il-fatt li Alcoa Transformazioni ġiet irrimborżata d-differenza bejn il-prezzijiet tal-elettriku mitluba minn ENEL u r-rata pprovduta mid-digriet tal-1995, huwa biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-intrapriża kkonċernata ma kinitx qiegħda ġġorr l-imposti kollha li normalment kienu jkunu ta' piż fuq il-baġit tagħha (28). Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet ukoll li l-eżistenza ta' vantaġġ tirriżulta mid-deskrizzjoni sempliċi tal-mekkaniżmu ta' divrenzjar tal-prezzijiet, jiġifieri, mekkaniżmu ta' kumpens, li l-iskop tiegħu huwa li jeżonera kumpanija milli tħallas parti mill-prezz għall-elettriku meħtieġ għall-produzzjoni tal-oġġetti li jinbigħu fit-territorju tal-Unjoni (29). Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali fakkret (30) fil-prinċipju li l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi vvalutata skont il-merti tagħha u mhux fir-rigward tal-objettivi tagħha, bħar-rimedju ta' kompetizzjoni imperfetta f'suq partikolari. |
(72) |
Bl-istess mod, it-tnaqqis tas-soprataxxa tal-EEG mogħti skont il-BesAR itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-benefiċjarji billi jtaffilhom mill-piż ta' spiża li kien ikollhom iġorru f'kundizzjonijiet normali. Tabilħaqq, li kieku ma kienx għall-BesAR u d-deċiżjoni tal-BAFA, huma kien ikollhom iħallsu s-soprataxxa tal-EEG sħiħa bħal kwalunkwe konsumatur tal-elettriku ieħor. Il-Ġermanja enfasizzat il-ħtieġa tat-tnaqqis sabiex tiġi sostnuta l-kompetittività tal-benefiċjarji, meta mqabbla mal-EIUs fi Stati Membri u pajjiżi terzi oħrajn. Meta tagħmel dan, il-Ġermanja tkun qiegħda tirrikonoxxi impliċitament li l-benefiċjarji jirċievu trattament ekonomikament vantaġġuż. |
7.1.1.2.
(73) |
Sa fejn huma kkonċernati l-allegazzjonijiet tan-nuqqas ta' selettività tal-BesAR, għandu jiġi mfakkar li “la l-għadd kbir ta' intrapriżi eliġibbli u lanqas id-diversità u d-daqs tas-setturi li għalihom jappartjenu dawk l-intrapriżi ma jipprovdu raġunijiet sabiex jiġi konkluż li inizjattiva Statali tikkostitwixxi miżura ġenerali ta' politika ekonomika” (31), sakemm setturi oħrajn, bħal pereżempju dak tas-servizzi, jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-benefiċjarji. Dan diġà huwa l-każ hawnhekk, hekk kif is-settur tal-manifattura biss jibbenifika mill-għajnuna (mingħajr ma hemm bżonn li l-Kummissjoni teżamina r-raġunijiet ulterjuri għas-selettività). Għalhekk, it-tnaqqis fis-soprataxxa tal-EEG ma japplikax għall-intrapriżi li jinsabu f'sitwazzjoni komparabbli mal-benefiċjarji. Barra minn hekk, it-tnaqqis differenti fis-soprataxxa tal-EEG, skont il-konsum, jirriżulta f'divrenzjar bejn l-entitajiet fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali, jiġifieri, l-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija, u minnu nnifsu huwa selettiv. |
(74) |
Fir-rigward tal-argument li l-kamp ta' applikazzjoni tal-BesAR u d-divrenzjar huma ġustifikati min-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema, għandu jiġi mfakkar li “miżura li toħloq eċċezzjoni għall-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa ġenerali tista' tkun ġustifikata jekk tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida ta' dik is-sistema tat-taxxa. F'dak il-kuntest, għandha ssir distinzjoni bejn, min-naħa l-waħda, l-objettivi attribwiti lil sistema tat-taxxa partikolari u li huma estrinsiċi għaliha u, min-naħa l-oħra, il-mekkaniżmi inerenti fis-sistema tat-taxxa nnifisha, li huma neċessarji għall-kisba ta' tali objettivi” (32). Madankollu, la l-ħarsien ambjentali u lanqas il-preservazzjoni tal-kompetittività tal-industrija ma jikkwalifikaw bħala prinċipji bażiċi jew ta' gwida inerenti għas-sistema tas-soprataxxa. Għall-kuntrarju, dawn huma objettivi esterni attribwiti għal dik is-sistema. Bħal f'każijiet preċedenti oħrajn (33), fil-każ inkwistjoni, l-objettiv tal-ħarsien ambjentali ma jistax ibiddel is-sejba li t-tnaqqis fis-soprataxxa tal-EEG jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-ewwel nett, il-preservazzjoni tal-kompetittività lanqas biss hija elenkata fost l-objettivi tal-liġi f'§ 1 tal-Att tal-EEG 2012. Għall-kuntrarju, f'§ 40, it-tieni sentenza, fil-verità hemm speċifikat li l-preservazzjoni tal-kompetittività hija soġġetta għall-kundizzjoni li hija ma tipperikolax l-objettivi stabbiliti f'§ 1 tal-Att tal-EEG 2012. |
7.1.1.3.
(75) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-Ġermanja li s-soprataxxa tas-SER minnha nnifisha ma tikkostitwixxi l-ebda vantaġġ lill-produtturi tal-elettriku EEG, il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri ta' appoġġ itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-elettriku EEG lil hinn minn dak li jkunu jistgħu jakkwistaw meta jbigħu l-elettriku tagħhom bil-prezz tas-suq. Is-soprataxxa tal-EEG isservi biex tiffinanzja dawk il-miżuri ta' appoġġ. Għall-kuntrarju ta' dak li tafferma l-Ġermanja, il-fatt li t-tariffi garantiti jistgħu jiġu jew ma jiġux influwenzati mil-livell tas-soprataxxa tal-EEG huwa irrilevanti għad-determinazzjoni ta' jekk dawk it-tariffi jikkostitwixxux vantaġġ ekonomiku jew le. |
(76) |
Il-Ġermanja sostniet li l-appoġġ għall-produtturi tal-elettriku EEG jikkostitwixxi kumpens adegwat għat-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku skont il-ġurisprudenza Altmark. |
(77) |
Fil-Kawża Altmark, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li miżura tal-Istat ma tiġix koperta mill-Artikolu 107(1) tat-Trattat, meta l-miżura kellha titqies “bħala kumpens għas-servizzi pprovduti mill-intrapriżi benefiċjarji bil-għan li jwettqu l-obbligi ta' servizz pubbliku, b'tali mod li dawk l-intrapriżi ma gawdew mill-ebda vantaġġ finanzjarju reali u, b'hekk, il-miżura ma kellhiex l-effett li tpoġġihom f'pożizzjoni kompetittiva aktar favorevoli mill-intrapriżi li kienu qed jikkompetu magħhom” (34). |
(78) |
Madankollu, dik is-sejba kienet soġġetta għal erba' kundizzjonijiet (35):
|
(79) |
Il-Ġermanja ssostni li l-appoġġ għall-produtturi tas-SER jissodisfa l-ewwel kundizzjoni minħabba l-eżistenza ta' objettiv ta' interess komuni, kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/28/KE, rigward il-promozzjoni tal-użu ta' enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) juri li l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli tista' tkun is-suġġett tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq l-intrapriżi li joperaw fis-settur tal-elettriku. |
(80) |
Il-Ġermanja tqis li t-tieni kriterju ta' Altmark ġie ssodisfat ukoll. Skont il-Ġermanja, il-parametri għall-kumpens tal-produtturi tal-elettriku EEG ġew stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti fl-Att tal-EEG 2012. |
(81) |
Il-Ġermanja hija tal-fehma li t-tielet kriterju ġie ssodisfat minħabba li l-Kummissjoni kkonkludiet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha li l-produtturi tal-elettriku EEG mhumiex se jiġu kkumpensati żżejjed. |
(82) |
Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ssostni li l-livell ta' appoġġ lill-produtturi tal-elettriku EEG kien iddeterminat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li kien ikollha ġġarrab intrapriża tipika, immexxija sewwa u ssussidjata b'mod adegwat sabiex twettaq l-obbligi tagħha. F'dak ir-rigward, il-Ġermanja tirreferi għall-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-miżuri ta' appoġġ mogħtija lill-produtturi tal-elettriku EEG għandhom effett ta' inċentiv u huma proporzjonati. Dawn iż-żewġ fatti allegatament juru li l-benefiċjarji tat-tariffi garantiti huma mmexxija sewwa. |
(83) |
Il-Kummissjoni tqis li dawn l-argumenti mhumiex konvinċenti. |
(84) |
L-ewwel kriterju ta' Altmark jitlob li l-fornitur tas-servizz pubbliku għandu jiġi fdat b'obbligu ta' servizz pubbliku. |
(85) |
Skont l-Att tal-EEG 2012, il-produtturi mhumiex obbligati li jipproduċu, iżda qegħdin jirreaġixxu għal inċentiv ekonomiku pprovdut mill-Istat Ġermaniż. |
(86) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ewwel kriterju ta' Altmark mhuwiex issodisfat. |
(87) |
Billi l-kriterji ta' Altmark huma kumulattivi, mingħajr ma għandha għalfejn teżamina jekk it-tieni, it-tielet u r-raba' kriterji humiex issodisfati, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-argumenti tal-Ġermanja li t-tariffi garantiti għall-produtturi tal-elettriku SER jikkostitwixxu kumpens adegwat għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku skont il-ġurisprudenza Altmark ma jistgħux jiġu aċċettati. |
7.1.1.4.
(88) |
Fir-rigward tat-tnaqqis mis-soprataxxa tal-EEG skont il-BesAR, il-Ġermanja u xi partijiet interessati kkwotaw is-sentenza tal-Qorti fil-Kawża Van der Kooy u s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali f'Danske Busvognmænd u Hotel Cipriani sabiex isostnu li t-tnaqqis ma jikkostitwixxi l-ebda vantaġġ ekonomiku (37). |
(89) |
Fil-Kawża Van der Kooy, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tariffa preferenzjali għall-gass naturali mogħtija lill-impriżi involuti fl-ortikultura tas-serer ma tikkostitwixxi l-ebda għajnuna jekk kienet, “fil-kuntest tas-suq inkwistjoni, ġustifikata b'mod oġġettiv minn raġunijiet ekonomiċi bħall-ħtieġa li ssir reżistenza għall-kompetizzjoni fl-istess suq minn sorsi oħrajn ta' enerġija, li l-prezz tagħhom kien kompetittiv” (38). Madankollu, għall-kuntrarju tal-affermazzjonijiet tal-Ġermanja u tal-partijiet interessati l-oħrajn, il-kwistjoni kkonċernata, li saret referenza għaliha mill-Qorti, kienet il-kompetizzjoni fl-istess suq bejn karburanti differenti u l-mod kif kumpanija li tbigħ tali karburanti tista' tiffissa t-tariffi tagħha b'konformità ma' dan, jiġifieri, l-applikazzjoni tat-test tal-investituri privati f'ekonomija tas-suq. Il-mistoqsija li riedet issir kienet jekk il-kumpaniji tas-serer għandhomx jaqilbu għall-faħam minħabba l-prezzijiet ogħla tal-gass u jekk it-tariffi preferenzjali jistgħux għalhekk jikkostitwixxu mġiba ekonomika razzjonali min-naħa tal-kumpanija tal-gass. Fil-każ inkwistjoni, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-Ġermanja aġixxiet bħal investitur privat u, il-Ġermanja qatt ma sostniet li t-tnaqqis mis-soprataxxa tal-EEG mogħti lill-EIUs għandu jitqies bħala li jissodisfa t-test tal-investituri privati. |
(90) |
Barra minn hekk, l-obiter dicta fis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi Danske Busvognmænd (39) u Hotel Cipriani (40) sadanittant ġew annullati mill-Qorti tal-Ġustizzja u minn sentenzi aktar riċenti mogħtija mill-Qorti Ġenerali. Fil-Comitato “Venezia vuole vivere” (41), il-Qorti għamlitha ċara li miżura titqies bħala li ma tikkostitwixxi l-ebda vantaġġ biss meta miżura tal-Istat tkun tirrappreżenta kumpens għas-servizzi pprovduti mill-impriżi fdati bl-eżekuzzjoni ta' servizz fl-interess pubbliku ġenerali sabiex iwettqu obbligi ta' servizz pubbliku, jekk dawk l-impriżi ma jgawdu mill-ebda vantaġġ finanzjarju reali u jekk il-miżura ma jkollhiex l-effett li tpoġġihom f'pożizzjoni kompetittiva aktar favorevoli mill-impriżi li jikkompetu magħhom (42). Il-Qorti żiedet tgħid li l-fatt li Stat Membru jfittex li japprossima, permezz ta' miżuri unilaterali, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni f'settur partikolari tal-ekonomija għal dawk prevalenti fi Stati Membri oħrajn, ma jistax iċaħħad lill-miżuri inkwistjoni mill-karattru tagħhom ta' għajnuna (43). Barra minn hekk, il-miżuri maħsuba biex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi possibbli li jistgħu jkunu esposti għalihom l-impriżi stabbiliti f'reġjun partikolari ta' Stat Membru jistgħu jikkostitwixxu vantaġġi selettivi (44). |
(91) |
Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali sabet li l-ġurisprudenza fil-Kawża Danske Busvognmænd ma tapplikax meta l-imposti li normalment ikunu ta' piż għall-baġit ta' impriża jittaffew mill-Istat. Il-Qorti Ġenerali tenniet il-prinċipju li l-kamp ta' applikazzjoni tal-kumpens, jiġifieri, it-tneħħija ta' żvantaġġi kompetittivi, ma jneħħix il-karattru tiegħu ta' għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (45). |
(92) |
F'sentenza li ngħatat aktar tard, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet li l-objettiv tal-għoti ta' kumpens għall-iżvantaġġi kompetittivi tal-impriżi, segwit mit-tnaqqis f'ċerti kontribuzzjonijiet, ma setax ineħħi minn dawk il-vantaġġi l-karattru tagħhom bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għalhekk, miżura maħsuba biex tpaċi żvantaġġ strutturali ma tistax taħrab mill-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat, sakemm il-kriterji stabbiliti fil-kawża Altmark (46) ikunu ġew issodisfati. |
(93) |
Għalhekk, il-linja ta' argumentazzjoni mqajma mill-Ġermanja u minn ċerti partijiet interessati ma tistax tiġi aċċettata. |
(94) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tinvolvi vantaġġi selettivi lill-produtturi ta' elettriku EEG li x'aktarx jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.2. Imputabbiltà
(95) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni sostniet li l-vantaġġi kienu imputabbli lill-Istat Ġermaniż, minħabba li l-primjums u t-tariffi garantiti, is-soprataxxa tal-EEG u l-limitu massimu ta' dik is-soprataxxa rriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Istat u mid-digrieti ta' implimentazzjoni, kif ukoll minħabba li l- limitu massimu għas-soprataxxa ġie stabbilit biss wara li l-BAFA, korp pubbliku, kienet ivverifikat li l-kundizzjonijiet legali ġew issodisfati. |
(96) |
Il-Ġermanja u l-partijiet terzi kkontestaw l-imputabbiltà fuq il-bażi li l-Istat kien sempliċiment ippromulga l-leġiżlazzjoni u li l-operaturi tan-netwerk qed jaġixxu minn jeddhom. |
(97) |
Il-kwistjoni tal-imputabbiltà tista' tirrikjedi valutazzjoni bir-reqqa fejn tkun ikkonċernata biss l-imġiba tal-intrapriżi pubbliċi. Madankollu, ma hemm l-ebda dubju dwar il-fatt li l-azzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istat u tal-leġiżlatur huma dejjem imputabbli lill-Istat (47). |
7.1.3. L-eżistenza tar-riżorsi tal-Istat
(98) |
Fir-rigward tal-appoġġ għall-produtturi tal-elettriku EEG, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li, skont l-Att tal-EEG 2012, it-TSOs kienu nnominati mill-Istat sabiex jamministraw is-soprataxxa tal-EEG u li d-dħul mis-soprataxxa tal-EEG kien jikkostitwixxi riżorsa tal-Istat (il-premessa 138). |
(99) |
L-Istat mhux biss iddefinixxa lil min għandu jingħata l-vantaġġ, il-kriterji tal-eliġibbiltà u l-livell ta' appoġġ, iżda pprovda wkoll ir-riżorsi finanzjarji li jkopru l-ispejjeż tal-appoġġ għall-elettriku EEG. Għall-kuntrarju ta' kif kien il-każ f'Doux Élevage (48), is-soprataxxa tal-EEG tinħoloq u tiġi imposta mil-leġiżlatura, jiġifieri, l-Istat, u mhijiex sempliċement inizjattiva privata tat-TSOs li l-Istat renda f'waħda obbligatorja bil-għan li jipprevjeni l-parassitiżmu. L-Istat iddefinixxa l-iskop u d-destinazzjoni tas-soprataxxa: hija sservi sabiex tiffinanzja politika ta' appoġġ żviluppata mill-Istat u mhijiex azzjoni deċiża mit-TSOs. It-TSOs mhumiex liberi li jistabbilixxu s-soprataxxa kif iridu u huma mmonitorjati strettament bil-mod ta' kif is-soprataxxa tiġi kkalkolata, imposta u ġestita. Il-mod kif huma jbigħu l-elettriku EEG huwa mmonitorjat ukoll mill-Istat. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istabbiliment tas-soprataxxa tal-EEG jiżguraw li s-soprataxxa tipprovdi kopertura finanzjarja suffiċjenti sabiex tagħmel tajjeb għall-appoġġ għall-elettriku EEG, kif ukoll għall-ispejjeż li joriġinaw mill-ġestjoni tas-sistema. Dawk id-dispożizzjonijiet ma jippermettux il-ġbir ta' dħul addizzjonali lil hinn mill-kopertura ta' dawk l-ispejjeż. It-TSOs mhumiex permessi li jużaw is-soprataxxa tal-EEG sabiex jiffinanzjaw kwalunkwe tip ieħor ta' attività, u l-flussi finanzjarji għandhom jinżammu f'kontijiet separati (il-premessa 137 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
(100) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kemm il-vantaġġi li jingħataw direttament mill-Istat, kif ukoll dawk li jingħataw minn korp pubbliku jew privat innominat jew stabbilit mill-Istat huma inklużi fil-kunċett ta' riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (49). Għalhekk, is-sempliċi fatt li l-vantaġġ mhuwiex iffinanzjat direttament mill-baġit tal-Istat mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi eskluża l-possibbiltà li jiġu involuti r-riżorsi tal-Istat (50). Barra minn hekk, in-natura oriġinarjament privata tar-riżorsi ma tipprevjenihomx milli jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (51). Il-fatt li r-riżorsi mhumiex, fi kwalunkwe ħin, il-proprjetà tal-Istat, lanqas ma jipprevjenihom milli jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat, jekk huma jkunu taħt il-kontroll tal-Istat (52) (ara l-premessi 82, 83 u 84 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
(101) |
B'hekk, f'diversi kawżi, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-kontribuzzjonijiet imposti mill-operaturi privati jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat minħabba li korp partikolari kien innominat jew stabbilit speċifikament sabiex jamministra dawk il-kontribuzzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat (53) (ara l-premessi minn 85 sa 89 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). Tabilħaqq, “billi l-fondi inkwistjoni huma ffinanzjati permezz ta' kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat u billi, kif juri dan il-każ, huma ġestiti u mqassma skont id-dispożizzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni, huma għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat skont it-tifsira ta' [l-Artikolu 107], anke jekk huma amministrati minn istituzzjonijiet distinti mill-awtoritajiet pubbliċi.” (54) |
(102) |
Għalhekk, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet, billi għamlet referenza għas-sejbiet tal-Qorti Ġenerali (55), li l-kriterju rilevanti għall-valutazzjoni ta' jekk ir-riżorsi kinux pubbliċi, irrispettivament mill-oriġini inizjali tagħhom, kien dak tal-grad ta' intervent tal-awtorità pubblika fid-definizzjoni tal-miżuri inkwistjoni u l-metodi ta' finanzjament tagħhom. |
(103) |
Filwaqt li l-Qorti eskludiet l-eżistenza tar-riżorsi tal-Istat fil-Kawżi PreussenElektra u Doux Élevage, dan kien dovut għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dawk il-kawżi. Fil-Kawża PreussenElektra (56), la kien hemm soprataxxa jew kontribuzzjoni u lanqas korp stabbilit jew maħtur sabiex jamministra l-fondi, billi l-obbligi imposti fuq l-operaturi privati kellhom jiġu ssodisfati minnhom bi flushom stess. Fil-Kawża Doux Élevage, kien hemm tabilħaqq kontribuzzjoni li saret obbligatorja mill-Istat, iżda l-organizzazzjoni privata kienet libera li tuża d-dħul minn dik il-kontribuzzjoni skont kif kienet tqis li huwa xieraq. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda element ta' kontroll mill-Istat fuq il-fondi miġbura. |
(104) |
Meta ġiet biex tapplika dawn il-prinċipji għas-sistema ta' appoġġ stabbilita mill-Att tal-EEG 2012, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet preliminari li ġejjin: |
(105) |
Permezz tal-Att tal-EEG 2012, l-Istat introduċa imposta speċjali, is-soprataxxa tal-EEG, u ddefinixxa l-iskop tagħha, li huwa l-finanzjament tad-differenza bejn l-ispejjeż li jġarrbu t-TSOs fix-xiri tal-elettriku EEG u d-dħul illi jiġġeneraw mill-bejgħ ta' dan l-elettriku. Il-metodu ta' kalkolazzjoni għad-determinazzjoni tal-livell tas-soprataxxa huwa stabbilit ukoll fl-Att tal-EEG 2012, l-istess bħall-prinċipju li d-defiċits u s-surpluses jiġu kkoreġuti fis-sena ta' wara. Dan jiżgura li t-TSOs ma jġarrbu l-ebda telf, iżda jimplika wkoll li huma ma jistgħux jużaw id-dħul mis-soprataxxa għal xi ħaġa oħra minbarra l-finanzjament tal-EEG. Il-Kummissjoni kkonkludiet li, għall-kuntrarju ta' li ġara fil-Kawża PreussenElektra, l-Istat ipprovda lil dawk l-impriżi bir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex jiffinanzjaw l-appoġġ għall-elettriku EEG (ara l-premessi minn 97 sa 103 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
(106) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sostniet li t-TSOs kienu nnominati sabiex jamministraw is-soprataxxa. Huma għandhom:
|
(107) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-TSOs kienu qegħdin jiġu mmonitorjati strettament mill-Istat fl-amministrazzjoni tas-soprataxxa (il-premessi minn 110 sa 113 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). Il-monitoraġġ jitwettaq minn BNetzA, li wkoll għandha s-setgħat ta' infurzar neċessarji. B'mod partikolari, il-BNetzA timmonitorja l-mod kif it-TSOs ibigħu l-elettriku EEG li għalih jitħallsu tariffi garantiti fis-suq spot, li t-TSOs jiddeterminaw, jiffissaw u jippubblikaw is-soprataxxa tal-EEG kif suppost, li t-TSOs jitolbu ħlas xieraq lill-fornituri tal-elettriku għas-soprataxxa tal-EEG, li jintalbu primjums u tariffi garantiti xierqa lit-TSOs u li s-soprataxxa tal-EEG titnaqqas biss għall-fornituri tal-elettriku li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' § 39 tal-Att tal-EEG 2012. Il-BNetzA tirċievi wkoll informazzjoni mingħand it-TSOs dwar l-appoġġ għall-elettriku EEG u dwar il-ħlasijiet li jintalbu lill-fornituri. Fl-aħħar nett, il-BnetzA tista' tistabbilixxi multi u tadotta deċiżjonijiet, inklużi deċiżjonijiet li jinfluwenzaw il-livell tas-soprataxxa tal-EEG. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-BAFA, entità tal-Istat, tagħti l-intitolamenti għal soprataxxa tal-EEG limitata għall-EIUs wara l-applikazzjoni mill-benefiċjarji potenzjali. |
(108) |
Il-Ġermanja tikkontesta l-involviment tar-riżorsi tal-Istat. L-ewwel nett, hija tgħid li l-mekkaniżmu ta' appoġġ tal-EEG jinvolvi biss lill-impriżi privati, kemm jekk ikunu l-operaturi ta' impjanti tal-elettriku EEG, l-operaturi tan-netwerk, it-TSOs jew il-fornituri tal-elettriku, fejn kull kategorija minnhom hija taħt proprjetà predominantement privata, anki jekk il-korpi pubbliċi jew Statali jżommu s-sjieda ta' għadd sinifikanti minn dawk l-impriżi. Meta jimponi obbligi fuqhom, l-Att tal-EEG 2012 ma jagħmilx differenza fuq il-bażi ta' jekk l-impriżi humiex taħt proprjetà pubblika jew privata. Sa fejn jiġu involuti korpi pubbliċi fil-proċess (BNetzA, BAFA, UBA), allegatament huma la jikkontrollaw il-ġbir u lanqas l-użu tar-riżorsi, iżda huma limitati għar-rwol ta' superviżjoni tal-legalità u tal-funzjonament tas-sistema. |
(109) |
It-tieni, il-Ġermanja tenfasizza li l-livell tas-soprataxxa tal-EEG ma jiġix iddeterminat la mill-Att tal-EEG 2012 u lanqas minn korp pubbliku. Il-livell tas-soprataxxa tal-EEG jiġi ddeterminat mill-operat tas-suq, fid-dawl tal-fatt li t-TSOs l-ewwel ibigħu l-elettriku EEG fis-suq spot u mbagħad jiddeterminaw l-ispejjeż li jifdal, li jkunu jridu jiġu koperti mis-soprataxxa tal-EEG. |
(110) |
Bosta partijiet interessati qablu mal-analiżi tal-Ġermanja li l-Att tal-EEG 2012 ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, huma jikkontestaw is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni li s-soprataxxa tal-EEG hija amministrata minn korpi privati nnominati mill-Istat. Huma jsostnu wkoll li BNetzA, aktar milli teżerċita kontroll fuq id-dħul li joriġina mis-soprataxxa tal-EEG jew mil-livell tas-soprataxxa nnifisha, qiegħda sempliċement timmonitorja l-legalità mingħajr ma jkollha influwenza fuq il-ġestjoni tal-fondi. Fl-aħħar nett, filwaqt li t-tnaqqis tas-soprataxxa tal-EEG huwa bbażat fuq l-Att tal-EEG 2012 u huwa implimentat mill-BAFA, dan allegatament ma jistax ibiddel in-natura privata tal-fondi, minħabba li l-pagamenti jsiru bejn impriżi privati u fl-ebda punt ma jħallu s-settur privat, għalhekk l-Istat ma jistax jeżerċita kontroll fuqhom. Minbarra dan, qiegħed jiġi sostnut li t-trasferiment tas-soprataxxa tal-EEG mingħand it-TSOs lill-fornituri tal-elettriku u, sussegwentement, mingħand il-fornituri tal-elettriku lill-konsumaturi tal-elettriku jitħalla għad-diskrezzjoni tat-TSOs u tal-fornituri tal-elettriku rispettivament, u dan irendi lis-soprataxxa element tal-politika tal-ipprezzar tal-impriżi privati u bl-ebda mod ma jagħmilha ħlas impost mill-Istat. |
(111) |
Madankollu, dawn l-argumenti ma jistgħux ibiddlu l-konklużjoni preliminari milħuqa fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
7.1.3.1.
(112) |
Fir-rigward tal-argument tal-Ġermanja li s-soprataxxa tal-EEG qatt ma tidħol jew tgħaddi mill-baġit tal-Istat, huwa biżżejjed li jiġi mfakkar, kif diġà sar fil-premessa 100, li s-sempliċi fatt li l-vantaġġ mhuwiex iffinanzjat direttament mill-baġit tal-Istat mhuwiex biżżejjed sabiex jeskludi li huma involuti riżorsi tal-Istat, sakemm l-Istat ikun innomina jew stabbilixxa korp sabiex jamministra l-fondi. |
(113) |
Il-Ġermanja enfasizzat li l-pagamenti tas-soprataxxa tal-EEG li jridu jagħmlu l-fornituri tal-elettriku lit-TSOs huma ta' natura privata, minħabba li t-TSOs ma għandhom l-ebda awtorità jew setgħat li joriġinaw minn liġi pubblika li tinforza t-talba tagħhom għal kumpens kontra l-fornituri. Minflok, bħal kwalunkwe impriża privata oħra, huma għandhom jistrieħu fuq il-qrati ċivili. Madankollu, din l-analiżi tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni li l-pagamenti kkonċernati mhumiex ibbażati fuq kuntratti nnegozjati liberament bejn il-partijiet ikkonċernati, iżda fuq obbligi legali (gesetzliche Schuldverhältnisse) li l-Istat impona fuqhom. Għalhekk, it-TSOs huma marbutin bil-liġi li jirkupraw is-soprataxxa tal-EEG mingħand il-fornituri tal-elettriku. |
(114) |
F'dak ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita (57) li l-entitajiet innominati sabiex jamministraw l-għajnuna jistgħu jkunu korpi pubbliċi jew privati. Għalhekk, il-fatt li t-TSOs huma operaturi privati ma jistax, bħala tali, jeskludi l-eżistenza ta' riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, il-Qorti sabet li “[d]-distinzjoni bejn l-għajnuna mogħtija mill-Istat u l-għajnuna mogħtija permezz ta' riżorsi tal-Istat isservi sabiex tinkludi fid-definizzjoni ta' għajnuna mhux biss l-għajnuna mogħtija direttament mill-Istat, iżda wkoll l-għajnuna mogħtija minn korpi pubbliċi jew privati nnominati jew stabbiliti mill-Istat” (58). Fil-Kawża Sloman Neptun (59) , il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li r-riżorsi tal-Istat ikunu involuti meta s-sistema kkonċernata tfittex, permezz tal-għan u l-istruttura ġenerali tagħha, li toħloq vantaġġ li jikkostitwixxi piż addizzjonali għall-Istat jew għall-korpi privati nnominati jew stabbiliti mill-Istat (60). Għalhekk, huwa biżżejjed li l-vantaġġ inaqqas ir-riżorsi li huwa intitolat għalihom korp privat sabiex ikunu involuti r-riżorsi tal-Istat. Is-soprataxxa tal-EEG imnaqqsa li għandha titħallas mill-EIUs għandha eżattament dan l-effett li tnaqqas l-ammonti miġbura mingħand l-EIUs mill-fornituri tal-elettriku. |
(115) |
Il-fatt li l-fornituri tal-elettriku mhumiex obbligati li jgħaddu s-soprataxxa tal-EEG lill-konsumaturi tal-elettriku ma jwassalx għas-sejba li r-rikavati miġbura huma privati, sakemm il-fornituri tal-elettriku nfushom ikollhom l-obbligu, li joriġina mill-Att tal-EEG 2012, li jħallsu s-soprataxxa lit-TSOs. Għal darb'oħra, dan l-obbligu mhuwiex ibbażat fuq kuntratt li l-operaturi jistgħu jidħlu fih liberament, iżda huwa obbligu legali (gesetzliches Schuldverhältnis) li joriġina direttament mil-leġiżlazzjoni tal-Istat. Barra minn hekk, kif ġie ddikjarat fil-premessa 100, in-natura oriġinarjament privata tar-riżorsi ma twaqqafhomx milli jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat. Għall-kuntrarju ta' li ġara fil-Kawża PreussenElektra, fejn l-operaturi privati kellhom jużaw ir-riżorsi tagħhom stess sabiex iħallsu l-prezz tax-xiri għal prodott, it-TSOs kienu nnominati b'mod kollettiv sabiex jamministraw soprataxxa li l-fornituri tal-elettriku huma obbligati li jħallsu, mingħajr ma jirċievu xejn ekwivalenti għaliha. |
(116) |
Skont il-Ġermanja, xi qrati nazzjonali eżaminaw is-soprataxxa tal-EEG u l-flus li nġabru permezz tagħha u effettivament ikkonkludew li l-Istat ma għandu l-ebda kontroll fuqhom. F'kawża waħda partikolari li qiegħda tirreferi għaliha l-Ġermanja (61), il-qorti nazzjonali nnotat li permezz tal-ħolqien ta' sistema awtosuffiċjenti għall-eżerċitar ta' objettiv ta' politika pubblika, l-Istat Ġermaniż, sa ċertu punt, kellu jesternalizza l-finanzjament tal-appoġġ għas-SER lill-operaturi privati. Għal din ir-raġuni, il-qorti nazzjonali kienet tal-fehma li s-soprataxxa tal-EEG ma kinitx tikkostitwixxi kontribuzzjoni speċjali (Sonderabgabe) skont it-tifsira tal-liġi kostituzzjonali Ġermaniża, minħabba li r-rikavati mis-soprataxxa tal-EEG ma kinux allokati għall-baġit tal-Istat u minħabba li l-awtoritajiet pubbliċi ma kellhomx il-fondi għad-dispożizzjoni tagħhom, lanqas indirettament. Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li l-konklużjoni tal-qorti nazzjonali kienet limitata għall-applikazzjoni tal-liġi kostituzzjonali nazzjonali u, b'mod partikolari, għall-interpretazzjoni tal-kunċett legali tal-“kontribuzzjoni speċjali”. Il-qorti nazzjonali ma indirizzatx il-kwistjoni dwar jekk l-Att tal-EEG 2012 kienx jinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Filwaqt li jista' jkun hemm similaritajiet bejn it-test applikat mill-qorti nazzjonali għall-finijiet tal-liġi kostituzzjonali Ġermaniża u l-valutazzjoni li trid twettaq il-Kummissjoni skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ma hemmx bżonn li r-riżorsi jidħlu fil-baġit tal-Istat jew ikunu jappartjenu lill-Istat sabiex jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat. Minħabba li r-riżorsi tal-Istat jistgħu jkunu preżenti wkoll meta jiġi stabbilit jew jinħatar korp pubbliku jew privat sabiex jamministrahom, il-kunċett ta' riżorsi tal-Istat huwa usa' mill-kriterju applikat fit-test tal-qorti nazzjonali skont il-liġi kostituzzjonali Ġermaniża (62). |
7.1.3.2.
(117) |
Il-Ġermanja tikkontesta s-sejba tal-Kummissjoni li t-TSOs kienu nnominati b'mod kollettiv sabiex jamministraw riżorsa tal-Istat. Skont il-Ġermanja, it-TSOs mhuma soġġetti għall-ebda inkarigu mill-Istat. Minflok, l-operaturi differenti li huma koperti mill-Att tal-EEG 2012, bħall-operaturi kollha fl-ekonomija, sempliċement jirranġaw bejniethom il-pretensjonijiet privati li jirriżultaw mid-drittijiet offruti lilhom mil-liġi. |
(118) |
Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Att tal-EEG 2012 evidentement jinkariga lit-TSOs b'serje ta' obbligi u kompiti ta' monitoraġġ fir-rigward tas-sistema EEG li tagħmilhom il-punt ċentrali fil-funzjonament tas-sistema (ara l-premessa 106). Kull wieħed mill-erba' TSOs Ġermaniżi jiċċentralizza, għaż-żona tiegħu, l-elettriku EEG kollu u l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-akkwist tal-elettriku EEG u mill-ħlas tal-primjums tas-suq, kif ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw mill-amministrazzjoni tas-soprataxxa tal-EEG. Kull wieħed minnhom jiċċentralizza wkoll ir-rikavati tas-soprataxxa tal-EEG għaż-żona tiegħu. Għalhekk, jidher ċar li t-TSOs mhux biss isolvu l-pretensjonijiet privati bejniethom, iżda qegħdin jimplimentaw l-obbligi legali tagħhom skont l-Att tal-EEG 2012. |
7.1.3.3.
(119) |
Il-Ġermanja u l-partijiet interessati jsostnu wkoll li l-attribuzzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari l-BNetzA u l-BAFA, huma limitati wisq biex jagħtuhom xi miżura sinifikanti ta' kontroll fuq is-soprataxxa tal-EEG. Il-BNetzA u l-BAFA jissorveljaw biss il-legalità tal-azzjonijiet tal-operaturi privati involuti u, jekk ikun hemm bżonn, jimponu sanzjonijiet amministrattivi (BNetzA) jew jaċċertaw id-dritt tal-EIUs li jibbenifikaw minn soprataxxa mnaqqsa (BAFA). Huma la jistgħu jinfluwenzaw il-flussi finanzjarji u lanqas ma jistgħu jiddeċiedu x'għandu jkun il-livell tas-soprataxxa tal-EEG. Skont il-Ġermanja, il-fatt li l-Att tal-EEG 2012 jistabbilixxi l-metodu għall-kalkolazzjoni tas-soprataxxa u r-rekwiżiti tat-trasparenza, kif ukoll is-superviżjoni mwettqa mill-BNetzA, huma mmirati biss lejn il-prevenzjoni tal-arrikkiment inġust minn wieħed mill-operaturi privati tul il-linja tal-ħlas. Madankollu, dan imbagħad ikun irid jiġi infurzat mill-operaturi privati billi jressqu l-każ quddiem il-qrati ċivili. |
(120) |
Kuntrarjament għall-affermazzjonijiet tal-Ġermanja u tal-partijiet interessati, il-BAFA toħroġ deċiżjoni amministrattiva meta tistabbilixxi l-intitolamenti għal soprataxxa tal-EEG limitata għall-EIUs wara l-applikazzjoni mill-benefiċjarji potenzjali. Dik id-deċiżjoni tista' tiġi kkontestata biss quddiem il-qrati amministrattivi Ġermaniżi u mhux quddiem il-qrati ċivili, u teżegwixxi lilha nnifisha. Barra minn hekk, il-BNetzA għandha setgħat ta' infurzar importanti fil-qafas tal-EnWG, li hija tista' tuża sabiex tagħti multa lill-operaturi kollha involuti fis-sistema u biex tinforza l-konformità mal-Att tal-EEG 2012. |
(121) |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja dan l-aħħar ikkonfermat fil-Kawża Elcogás li r-riżorsi tal-Istat ikunu involuti anki meta l-korp Statali, li jkun ġie fdat bid-distribuzzjoni tal-ammonti miġbura, ma jkun igawdi mill-ebda diskrezzjoni f'dan ir-rigward (63). |
(122) |
B'mod aktar speċifiku, għall-kuntrarju ta' dak li l-Kummissjoni sostniet fil-premessa 134 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Ġermanja u l-partijiet interessati jsostnu li l-BNetzA ma tistax tistabbilixxi l-livell tas-soprataxxa tal-EEG. Madankollu, kif kien diġà stabbilit fil-premessa 43, § 6(3) AusglMechAV turi li l-BNetzA tista' tieħu deċiżjonijiet infurzabbli sabiex tikkoreġi l-livell tas-soprataxxa. Barra minn hekk, il-firxa sa fejn il-BNetzA eżerċitat is-setgħat tagħha hija irrilevanti sakemm hija kellha tali setgħat. Jista' jkun li l-BNetzA sempliċement dehrilha li ma kienx neċessarju li tieħu deċiżjonijiet infurzabbli. |
7.1.3.4.
(123) |
Il-Ġermanja u bosta partijiet interessati kkritikaw lill-Kummissjoni talli allegatament ikkunsidrat indebitament il-passi u r-relazzjonijiet differenti fis-sistema EEG inġenerali bil-għan li ssostni li s-sistema kienet taħt kontroll mill-Istat. Huma jsostnu li, li kieku l-Kummissjoni eżaminat il-passi separatament u ffukat biss fuq sett wieħed ta' relazzjonijiet kull darba (produttur tal-elettriku EEG — DSO/TSO; TSO — BNetzA; TSO — fornitur; fornitur — konsumatur), il-Kummissjoni kien ikollha tikkonkludi li ma kien hemm l-ebda kontroll mill-Istat. Allegatament, ir-rwol tal-BAFA huwa limitat għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà, u l-BAFA ma għandha l-ebda kapaċità sabiex teżerċita diskrezzjoni f'dan ir-rigward. |
(124) |
Għall-kuntrarju, huma l-Ġermanja u l-partijiet interessati li jiżbaljaw billi jadottaw fehma frammentata tas-sistema tal-finanzjament stabbilita mill-Att tal-EEG 2012. Fil-Kawża Bouygues, il-Qorti sostniet: “Billi l-interventi Statali jieħdu forom differenti u għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-effetti tagħhom, ma jistax jiġi eskluż […] li bosta miżuri konsekuttivi ta' intervent Statali għandhom, għall-finijiet tal- Artikolu 107(1) TFUE, jitqiesu bħala intervent wieħed.” (64) Il-Qorti kompliet billi ddikjarat li dan “jista' jkun partikolarment il-każ meta interventi konsekuttivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-kronoloġija tagħhom, l-għan tagħhom u s-sitwazzjoni tal-impriża fil-mument ta' dawk l-interventi, ikunu tant marbutin mill-qrib ma' xulxin illi jkunu inseparabbli minn xulxin (65)”. Din hija preċiżament is-sitwazzjoni tas-sistema EEG. L-Att tal-EEG 2012, u s-setgħat u l-azzjonijiet ta' BNetzA, BAFA, UBA u Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung huma tant interkonnessi mill-qrib u dipendenti fuq xulxin illi jistgħu jitqiesu biss bħala inseparabbli. |
(125) |
Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-Kummissjoni żbaljat meta ddeduċiet kontroll mill-Istat mill-mod kif is-surpluses u d-defiċits huma amministrati fil-kont tal-EEG. L-ewwel nett, il-Ġermanja tinnota li ma hemm l-ebda konnessjoni bejn il-kont tal-EEG u l-baġit tal-Istat: l-Istat la jikkumpensa għal defiċit fil-kont tal-EEG u lanqas — kif kien il-każ fil-Kawża Essent — ma jiġu allokati surpluses fil-baġit tal-Istat. Kemm id-defiċits kif ukoll is-surpluses jiddeterminaw il-livell tas-soprataxxa tal-EEG fis-sena ta' wara. Għalhekk, huma jinqasmu b'mod indaqs bejn l-operaturi privati involuti. L-Istat ma jintervjenix f'dan ir-rigward. |
(126) |
Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kontroll mill-Istat fuq ir-riżorsi ma jfissirx li għandu jkun hemm flussi minn u lejn il-baġit tal-Istat (66) li jinvolvu r-riżorsi rispettivi. Sabiex l-Istat ikun jista' jeżerċita kontroll fuq ir-riżorsi, huwa biżżejjed li jirregola b'mod sħiħ dak li suppost jiġri fil-każ ta' defiċit jew surplus fil-kont tal-EEG. L-element deċiżiv huwa li l-Istat ħoloq sistema fejn l-ispejjeż imġarrba mill-operaturi tan-netwerk jiġu kkumpensati b'mod sħiħ mis-soprataxxa tal-EEG u fejn il-fornituri tal-elettriku jingħataw is-setgħa li jgħaddu s-soprataxxa lill-konsumaturi. |
(127) |
Il-Ġermanja tirrimarka wkoll li r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-flussi tal-flus privati weħidhom ma jistgħux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Il-Ġermanja tqabbel is-sistema stabbilita mill-Att tal-EEG 2012 ma' oqsma oħrajn ta' regolamentazzjoni ekonomika, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi fis-settur bankarju, l-obbligu tas-sewwieqa li jissottoskrivu għal polza ta' assigurazzjoni għall-vettura tagħhom, jew ir-regolamentazzjoni tal-prezzijiet fl-oqsma tat-telekomunikazzjoni u tas-saħħa. Il-Ġermanja ssostni li r-regolamentazzjoni ta' attività ekonomika privata bħala tali ma tinvolvi l-ebda kontroll mill-Istat. Skont il-Ġermanja, il-BNetzA ma tagħmel xejn aktar għajr li tiżgura l-protezzjoni tal-konsumaturi. Madankollu, hemm differenza sinifikanti bejn dawk l-oqsma fejn l-Istat jipprovdi biss qafas protettiv għall-konsumaturi u s-sitwazzjoni inkwistjoni. Hawnhekk, l-Istat ippromulga biċċa leġiżlazzjoni separata, jiġifieri l-Att tal-EEG 2012, li l-għan primarju tiegħu mhuwiex il-protezzjoni tal-konsumaturi. Hawnhekk, l-Istat jiżgura fluss kontinwu ta' flus fis-settur kollu sabiex iservi l-miri politiċi ta' dik il-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita (67) li l-fondi ffinanzjati permezz tal-imposti obbligatorji imposti mil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, ġestiti u maqsuma fi proporzjonijiet b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni, għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, anki jekk jiġu ġestiti minn entitajiet separati mill-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk, l-Att tal-EEG 2012 ma jistax jitqabbel ma' miżuri tal-Istat li l-istess Stat ma jinfluwenzax jew li għalihom ma jiggarantixxi l-ebda finanzjament. |
(128) |
Skont il-Ġermanja, is-sitwazzjoni hija komparabbli ma' dik fil-Kawża Doux Élevage. F'Doux Élevage, il-Qorti sabet li d-dħul miġbur mill-kontribuzzjonijiet ma għaddiex mill-baġit tal-Istat, li l-Istat ma ċediex id-dħul, li l-fondi baqgħu privati f'kull ħin u li l-każijiet ta' nuqqas ta' pagamenti kellhom jitressqu quddiem il-qrati ċivili (68). Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet ma kinux “kontinwament taħt kontroll pubbliku” u ma kinux “disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istat (69)” u, l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux permessi li jeżerċitaw kontroll fuq il-kontribuzzjonijiet “ħlief biex jivverifikaw il-validità u l-legalità tagħhom” (70). Minkejja l-affermazzjonijiet tal-Ġermanja, il-każ inkwistjoni mhuwiex komparabbli ma' Doux Élevage. Id-differenza tinsab fil-fatt li, f'Doux Élevage,“hija l-organizzazzjoni interprofessjonali li tiddeċiedi kif għandha tuża r-riżorsi, li huma totalment iddedikati sabiex jilħqu l-objettivi ddeterminati minn dik l-organizzazzjoni” (71). Fil-każ inkwistjoni, l-għan tas-soprataxxa tal-EEG kien ġie stabbilit mill-Istat u l-implimentazzjoni hija kkontrollata kompletament mill-Istat. Barra minn hekk, filwaqt li f'Doux Élevage, l-awtoritajiet Franċiżi llimitaw ruħhom li jrendu kontribuzzjoni volontarja pre-eżistenti f'waħda obbligatorja għall-operaturi kollha fis-snajja' rilevanti, fil-każ inkwistjoni, l-Istat stabbilixxa l-mekkaniżmu kollu tal-kalkolazzjoni u l-ugwalizzazzjoni tal-ispejjeż bejn l-operaturi privati. |
(129) |
Meta tiġi biex tivvaluta l-kontroll mill-Istat, il-Ġermanja ssostni li l-użu tal-kelma “Stat” mill-Kummissjoni huwa ambigwu. Kif muri fil-Kawża Doux Élevage, it-terminu “Stat” għandu primarjament jinkorpora l-eżekuttiv, jiġifieri, l-aġenziji governattivi u amministrattivi, iżda mhux il-leġiżlazzjoni applikabbli b'mod ġenerali li tkun ġiet approvata mill-Parlament. Is-sempliċi fatt li l-Istat illeġiżla favur l-AusglMechV ma jikkostitwixxix kontroll mill-Istat. |
(130) |
Madankollu, il-kriterju ta' “Stat” għandu jinftiehem b'mod wiesa'. L-ewwel nett, il-Qorti sostniet ripetutament li l-kunċett tal-Istat naturalment jinkludi wkoll lil-leġiżlatur (72). Barra minn hekk, kif issemma fil-premessa 124, il-kontroll mill-Istat jiġi eżerċitat permezz ta' serje ta' miżuri regolatorji u ta' kontroll li ma għandhomx jiġu vvalutati fuq bażi awtonoma. Fil-każ inkwistjoni, il-leġiżlazzjoni rilevanti tidħol f'tant dettall li s-sistema tiżgura kontroll mill-Istat mingħajr il-ħtieġa ta' involviment ulterjuri mill-awtoritajiet tal-Istat. Barra minn hekk, il-BNetzA għandha setgħat sinifikanti sabiex tinfluwenza l-proċess. |
(131) |
B'kuntrast ma' dan, il-Ġermanja ssostni li l-Att tal-EEG 2012 ivarja b'mod sinifikanti mis-sitwazzjoni fil-Kawża Essent. F'din tal-aħħar, il-livell tal-imposta kien definit mil-liġi, irrispettivament mill-ispejjeż li kellhom jiġu koperti. Barra minn hekk, is-surpluses li jmorru oltre NLG 400 miljun ġew ittrasferiti għall-baġit tal-Istat. B'kuntrast ma' dan, il-livell tas-soprataxxa tal-EEG jiġi ddeterminat mit-TSOs abbażi tal-bejgħ fis-suq spot, u l-Istat ma għandu ebda possibbiltà li jinfluwenza dan. Barra minn hekk, is-surpluses tal-kont tal-EEG jinżammu fis-sistema, minħabba li huma jinfluwenzaw is-soprataxxa fis-sena ta' wara. |
(132) |
Kif muri fil-premessa 126, il-kontroll mill-Istat fuq ir-riżorsi ma jfissirx li għandu jkun hemm flussi minn u lejn il-baġit tal-Istat (73) li jinvolvu r-riżorsi rispettivi. Barra minn hekk, fil-każ inkwistjoni, il-livell tas-soprataxxa tal-EEG jiġi kkalkolat b'konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji u billi jiġi kkunsidrat il-prezz tas-suq miksub mit-TSOs. Kif ġie spjegat fil-premessa 13 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-mod kif it-TSOs jikkalkolaw is-soprataxxa tal-EEG, wara li jsiru jafu l-prezz miksub fis-suq spot, huwa rregolat b'mod sħiħ u stipulat fl-Att tal-EEG 2012. |
(133) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li filwaqt li fil-Kawża Essent kien hemm korp speċifiku wieħed li kien fdat bl-amministrazzjoni tal-imposta, l-Att tal-EEG 2012 effettivament jimponi obbligi fuq għadd indefinit ta' operaturi privati, jiġifieri, operaturi tan-netwerk, TSOs u fornituri tal-elettriku, u dawk l-obbligi huma definiti b'mod ġenerali. Dan mhuwiex inkarigu u dan l-għadd kbir ta' operaturi privati ma jistgħux jitqiesu bħala li ġew innominati mill-Istat sabiex jamministraw imposta. Kif intqal fil-premessa 118, it-TSOs, u mhux operaturi oħrajn, huma l-entitajiet innominati sabiex jamministraw is-soprataxxa tal-EEG. Barra minn hekk, ma jidhirx li hemm bażi legali li tipprojbixxi lil Stat Membru milli jinkariga aktar minn entità waħda bl-amministrazzjoni tar-riżorsi tal-Istat. |
(134) |
Il-Ġermanja u l-partijiet interessati jenfasizzaw ukoll l-allegati differenzi bejn l-Att tal-EEG 2012 u s-sentenza riċenti fil-Kawża Vent de colère (74): Fi Franza, il-kontribuzzjoni rilevanti nġabret mingħand il-konsumaturi permezz ta' fond immexxi mill-Istat, filwaqt li fil-Ġermanja, it-TSOs privati jiġbru s-soprataxxa tal-EEG mingħand il-fornituri privati, li mbagħad ikunu jistgħu jgħadduha lill-konsumaturi. Fi Franza, il-livell tal-kontribuzzjoni kien iddeterminat minn digriet ministerjali, filwaqt li fil-Ġermanja, din il-kontribuzzjoni tiġi kkalkolata mit-TSOs abbażi tal-ispejjeż attwali tagħhom. Fi Franza, fl-eventwalità ta' defiċit, ikun l-Istat li jintervjeni, filwaqt li fil-Ġermanja, defiċit ikollu jitħallas mit-TSOs qabel jiġi kkumpensat permezz ta' żieda fis-soprataxxa fis-sena ta' wara. |
(135) |
Il-Ġermanja tkun qiegħda tinterpreta l-ġurisprudenza b'mod żbaljat meta ssostni li r-riżorsi tal-Istat ikunu preżenti biss jekk l-eżekuttiv tal-Istat ikollu l-fondi għad-dispożizzjoni tiegħu. Kif ġie spjegat fil-premessa 130, il-kunċett tal-Istat mhuwiex limitat għall-eżekuttiv, billi dan jinkludi wkoll lil-leġiżlatur, u lanqas mhuwa meħtieġ li l-Istat ikun jista' jiddisponi mill-fondi bħallikieku kienu parti mill-baġit tiegħu stess. Kif muri fil-premessa 114, huwa irrilevanti jekk l-entità li tamministra r-riżorsi tal-Istat tkunx privata jew pubblika. Barra minn hekk, it-TSOs jikkalkolaw is-soprataxxa tal-EEG abbażi tal-ispejjeż tagħhom b'mod li huwa stipulat fl-Att tal-EEG 2012 u l-fatt li l-Istat introduċa mekkaniżmu tas-suq fis-sistema ma jaffettwax l-eżistenza ta' riżorsi tal-Istat. L-Istat jiddetermina wkoll x'għandu jsir fl-eventwalità ta' defiċit. Tabilħaqq, l-Istat ma jħallasx għad-defiċit huwa stess, iżda jirregola u jikkontrolla l-mod kif jiġi kopert id-defiċit, fl-aħħar mill-aħħar anke permezz tas-soprataxxa tal-EEG. |
(136) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li l-Kawża Vent de colère titlob setgħa diskrezzjonarja tal-Istat sabiex jiddisponi mir-riżorsi finanzjarji fi kwalunkwe ħin, filwaqt li fl-Att tal-EEG 2012, l-Istat, li sempliċement ippromulga l-leġiżlazzjoni, ma għandu l-ebda setgħa diskrezzjonarja bħal din. Skont il-Ġermanja, il-Kummissjoni ma għamlitx biżżejjed distinzjoni bejn il-mezzi veri tal-kontroll eżekuttiv u s-sempliċi attività leġiżlattiva. Kontroll mill-Istat jimplika l-fatt li l-Istat għandu setgħa diskrezzjonarja sabiex jiddisponi mir-riżorsi finanzjarji. F'Vent de colère, il-paragrafu 21, il-Qorti terġa' tikkonferma din is-sejba. |
(137) |
Skont il-Ġermanja, in-nuqqas ta' kontroll mill-Istat huwa muri wkoll mill-fatt li l-Istat ma jistax jiddetermina l-livell tas-soprataxxa tal-EEG. Minħabba li l-livell tas-soprataxxa jiddependi fuq id-dħul li jiġġeneraw it-TSOs mill-bejgħ tal-elettriku EEG fis-suq spot, huwa jiġi ddeterminat kompletament mis-suq. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Istat mhux dejjem jiddetermina l-livell eżatt tas-soprataxxa tal-EEG, iżda huwa jiddetermina l-mod li bih għandu jiġi kkalkolat, billi jieħu inkunsiderazzjoni l-prezz tal-bejgħ tal-elettriku. Barra minn hekk, l-Istat jista' jintroduċi mekkaniżmi tas-suq fis-sistema ta' finanzjament, mingħajr ma jabbanduna l-kontroll fuq il-finanzjament. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni ma tara l-ebda differenza bejn imposta pubblika ffissata mill-awtoritajiet tal-Istat u obbligu legali impost mill-Istat permezz ta' leġiżlazzjoni. Fiż-żewġ każijiet, l-Istat jorganizza trasferiment tar-riżorsi finanzjarji permezz tal-leġiżlazzjoni u jistabbilixxi għal liema finijiet jistgħu jintużaw dawn ir-riżorsi finanzjarji. |
(138) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni l-valutazzjoni tagħha li l-appoġġ għall-produtturi tal-elettriku SER u għall-produzzjoni tal-elettriku minn gass estratt mill-minjieri permezz ta' tariffi garantiti huwa ffinanzjat minn riżorsi tal-Istat. |
7.1.4. Effett distortiv fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
(139) |
Fl-aħħar nett, kemm il-vantaġġi għall-produtturi tal-elettriku EEG kif ukoll dawk għall-EIUs jidhru li jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u li jaffettwaw il-kummerċ, ġaladarba l-benefiċjarji joperaw f'setturi fejn is-swieq ġew liberalizzati u fejn isir kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.5. Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat
(140) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Att tal-EEG 2012 jinvolvi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-Trattat kemm għall-benefiċċju tal-produtturi tal-elettriku EEG, kif ukoll, fil-qafas tal-BesAR, għall-benefiċċju tal-EIUs. |
7.2. L-għajnuna eżistenti/għajnuna ġdida u l-legalità tal-għajnuna
(141) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni qalet li l-liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2000 (“l-Att tal-EEG 2000”), il-prekursur tal-Att tal-EEG 2012, kienet meqjusa mill-Kummissjoni bħala li ma tinvolvi l-ebda għajnuna mill-Istat (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 27/2000) (75). Madankollu, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-bidliet introdotti mill-Att tal-EEG 2012 kienu sostanzjali u li l-għajnuna mogħtija fuq il-bażi tal-Att tal-EEG 2012 kienet tikkostitwixxi għajnuna ġdida, mhux koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni preċedenti (il-premessa 150 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
(142) |
Dan kien ikkontestat mill-Ġermanja u minn bosta partijiet interessati. |
(143) |
Il-Ġermanja u l-partijiet interessati jsostnu li l-bidliet suċċessivi li seħħew bejn il-verżjoni inizjali tal-Att tal-EEG 2000 u l-Att tal-EEG 2012 ma biddlux l-iskema ta' għajnuna b'mod sostanzjali, biex b'hekk l-Att tal-EEG 2012 jikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti. |
(144) |
Madankollu, il-Ġermanja tammetti li hemm żewġ differenzi bejn l-Att tal-EEG 2012 u l-Att tal-EEG 2000:
|
(145) |
Minbarra dawn iż-żewġ differenzi, skont il-Ġermanja, il-mekkaniżmu deskritt fil-premessi 7, 8 u 9 huwa identiku għal dak li kien stipulat fl-Att tal-EEG 2000. B'mod partikolari, hija ssostni li l-karatteristika essenzjali tiegħu, jiġifieri li l-fornituri tal-elettriku jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali tat-TSOs mix-xiri tal-elettriku EEG bl-użu tar-riżorsi finanzjarji tagħhom stess, kienet diġà parti mill-Att tal-EEG 2000. |
(146) |
Il-Kummissjoni ssostni s-sejba tagħha li l-għajnuna mill-Istat involuta fl-Att tal-EEG 2012 tikkostitwixxi għajnuna ġdida, minħabba li l-Att tal-EEG 2012 jikkostitwixxi tibdil sostanzjali meta mqabbel mal-Att tal-EEG 2000. |
(147) |
Tabilħaqq, il-bidliet rikonoxxuti mill-Ġermanja, jiġifieri l-bidla fil-mekkaniżmu ta' ugwalizzazzjoni u l-introduzzjoni tal-BesAR, jikkostitwixxu tibdil sostanzjali. |
7.2.1. Bidla fil-mekkaniżmu ta' ugwalizzazzjoni
(148) |
Bħala rimarka preliminari, il-Kummissjoni tirrimarka li, filwaqt li fl-2002 hija kienet tal-fehma li l-Att tal-EEG 2000 ma kienx jinvolvi t-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, din il-valutazzjoni kienet saret ftit wara li ngħatat is-sentenza fil-Kawża PreussenElektra. Madankollu, deċiżjonijiet ulterjuri tal-Qorti sadanittant ikkjarifikaw u saħansitra rrestrinġew il-Kawża PreussenElektra: Abbażi tad-deċiżjonijiet fil-Kawżi Essent, Vent de colère u Elcogás, jidher li skont il-mekkaniżmu ta' ugwalizzazzjoni inizjali, it-TSOs diġà kienu fdati mill-Istat bl-amministrazzjoni ta' skema ta' għajnuna, li kienet iffinanzjata permezz ta' soprataxxa imposta mill-fornituri tal-elettriku. |
(149) |
Il-punt deċiżiv huwa li l-mekkaniżmu ta' ugwalizzazzjoni nbidel sostanzjalment. Huwa ma għadux kompost minn katina ta' obbligi għax-xiri tal-elettriku fiżiku (l-operaturi tan-netwerk mingħand produtturi tal-elettriku EEG; it-TSOs mingħand l-operaturi tan-netwerk; il-fornituri tal-elettriku mingħand it-TSOs). Bħalissa, it-trasferiment fiżiku huwa interrott fil-livell tat-TSOs, li għandhom jikkummerċjalizzaw l-elettriku EEG. Dik il-kummerċjalizzazzjoni kienet diżakkoppjata mill-mekkaniżmu ta' ugwalizzazzjoni. Dan tal-aħħar jikkonċerna purament l-allokazzjoni finanzjarja tal-ispejjeż bejn l-operaturi differenti. It-TSOs ingħataw ir-responsabbiltà mill-Istat li jiċċentralizzaw u jikkalkulaw dawk l-ispejjeż u li jiġbruhom mingħand il-fornituri tal-elettriku. |
(150) |
Barra minn hekk, l-Att tal-EEG 2000 ma kienx jitkellem dwar jekk il-konsumaturi tal-elettriku għandhomx jiġu obbligati wkoll li jipparteċipaw fl-ispejjeż għall-produzzjoni tal-elettriku EEG. Dik id-deċiżjoni tħalliet għar-regolatur kompetenti, li dak iż-żmien kien għad għandu s-setgħa li jirregola l-prezzijiet tal-elettriku għall-klijenti finali. L-Att tal-EEG 2012 jippermetti espliċitament lill-fornituri sabiex jgħaddu l-ispejjeż lill-klijenti tagħhom u, huma kollha jagħmlu dan. |
(151) |
Barra minn hekk, il-BNetzA, li ma kellha l-ebda rwol skont l-Att tal-EEG 2000, qiegħda tingħata setgħat sabiex timmonitorja dawk il-flussi finanzjarji u sabiex tinforza l-konformità mal-Att tal-EEG 2012, b'mod partikolari għall-finijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Il-BAFA, li wkoll ma kellha l-ebda rwol skont l-Att tal-EEG 2000, tieħu d-deċiżjoni li tagħti tnaqqis mis-soprataxxa tal-EEG lil ċerti intrapriżi abbażi tal-kriterji stipulati fl-Att tal-EEG 2012. |
7.2.2. Il-Besondere Ausgleichsregelung (BesAR)
(152) |
Il-korollarju loġiku għall-inklużjoni tal-konsumaturi tal-elettriku fil-kondiviżjoni tal-piżijiet huwa t-tnaqqis fis-soprataxxa mogħti lill-intrapriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija. Skont l-Att tal-EEG 2012, il-BAFA, li ma kellha l-ebda rwol partikolari skont l-Att tal-EEG 2000, hija responsabbli sabiex tiċċertifika, permezz ta' deċiżjonijiet amministrattivi, li l-EIUs jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-BesAR. Xi partijiet interessati sostnew li s-sempliċi fatt li xi konsumaturi tal-elettriku jibbenifikaw minn soprataxxa limitata ma jistax jaffettwa n-natura privata tar-riżorsi finanzjarji kontribwiti minnhom. Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-eżistenza tal-BesAR tikkostitwixxi evidenza addizzjonali għall-fatt li l-Att tal-EEG 2012 ma għadux ibbażat fuq obbligi ta' xiri li jinvolvu riżorsi privati, iżda fuq sistema komprensiva ta' allokazzjoni tal-ispejjeż li, sa ċertu punt, hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta' ġustizzja distributtiva, organizzata mill-Istat u mmonitorjata mill-awtoritajiet tal-Istat. |
(153) |
Bħala konklużjoni, id-differenzi numerużi bejn l-Att tal-EEG 2000 u l-Att tal-EEG 2012 huma miġbura fil-qosor fit-tabella li ġejja. Huma juru li l-Att tal-EEG 2012 ikkostitwixxa sistema għalkollox ġdida.
|
(154) |
Minħabba li l-Att tal-EEG 2012 japplika biss għat-tnaqqis fis-soprataxxa tal-EEG mogħti għas-snin 2013 u 2014, it-tnaqqis mogħti f'dawk is-sentejn biss kien jinvolvi għajnuna mill-Istat (76). |
7.3. Il-kompatibbiltà mas-suq intern
(155) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna mill-Istat għall-produtturi tal-elettriku EEG tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern. Madankollu, hija qajmet dubji dwar jekk l-għoti ta' din l-għajnuna jistax jiġi vvalutat indipendentement mill-mekkaniżmu ta' finanzjament tagħha, jiġifieri, is-soprataxxa tal-EEG. Hija waslet ukoll għall-konklużjoni preliminari li s-soprataxxa tal-EEG tmur kontra l-Artikolu 30 jew l-Artikolu 110 tat-Trattat. |
(156) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji dwar jekk il-BesAR tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat. |
7.3.1. Il-bażi legali u l-kamp ta' applikazzjoni għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-BesAR
(157) |
Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tkopri biss l-għajnuna ġdida mogħtija abbażi tal-Att tal-EEG 2012. Il-pagamenti mnaqqsin tas-soprataxxa tal-EEG li seħħew fl-2012 kellhom il-bażi legali tagħhom fl-att amministrattiv maħruġ mill-BAFA fi tmiem l-2011. Għalhekk, huma koperti mill-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (77). |
(158) |
Din id-Deċiżjoni ma tkoprix il-pagamenti mnaqqsin tas-soprataxxa tal-EEG mill-impriżi ferrovjarji. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tivvaluta § 42 tal-Att tal-EEG 2012 fi proċedura separata. |
(159) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-kompatibbiltà tal-BesAR mas-suq intern abbażi tat-Taqsimiet 3.7.2 u 3.7.3 tal-Linji Gwida tal-2014. |
(160) |
Il-Kummissjoni applikat il-Linji Gwida tal-2014 mill-1 ta' Lulju 2014. Dawk il-Linji Gwida jinkludu r-regoli sostantivi għall-valutazzjoni tat-tnaqqis fil-finanzjament tal-appoġġ għall-enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, inkluż tnaqqis li ngħata qabel l-1 ta' Lulju 2014 (il-punt 248). Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat li qiegħda tiġi eżaminata għandha tiġi vvalutata abbażi tal-Linji Gwida tal-2014. |
(161) |
Skont il-ġurisprudenza, fil-qasam speċifiku tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hija marbuta bil-linji gwida u bl-avviżi maħruġa minnha, sakemm dawn ma jmorrux lil hinn mir-regoli fit-Trattat u jiġu aċċettati mill-Istati Membri. (78) Il-Linji Gwida tal-2014 ġew aċċettati mill-Ġermanja fil-31 ta' Lulju 2014. L-ebda waħda mill-partijiet ma sostniet li l-Linji Gwida jmorru lil hinn mir-regoli stipulati fit-Trattat. |
(162) |
Madankollu, il-partijiet interessati kkontestaw il-legalità tal-punt 248. Huma jqisu li l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 għall-għajnuna li ngħatat qabel l-1 ta' Lulju 2014 tikser diversi prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jiġifieri l-prinċipju taċ-ċertezza legali u l-prinċipju tan-non-retroattività ta' miżuri detrimentali (79), kif ukoll il-prinċipju li l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi vvalutata abbażi tar-regoli applikabbli meta tiġi introdotta l-iskema ta' għajnuna. |
(163) |
Madankollu, il-partijiet interessati jiżbaljaw meta jqisu li t-tieni paragrafu tal-punt 248 jikkostitwixxi applikazzjoni retroattiva. Skont il-ġurisprudenza, il-liġi tal-Unjoni tagħmel differenza bejn l-applikazzjoni immedjata ta' regola ġdida għall-effetti futuri ta' sitwazzjoni li għadha għaddejja (80) u l-applikazzjoni retroattiva tar-regola l-ġdida għal sitwazzjoni li kienet saret definittiva qabel id-dħul fis-seħħ tagħha (li ssir referenza għaliha wkoll bħala sitwazzjoni eżistenti) (81). Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni li l-operaturi ma jistgħux jilħqu aspettattivi leġittimi qabel ma l-istituzzjonijiet jadottaw att li jagħlaq il-proċedura amministrattiva u li jkun sar definittiv. (82) |
(164) |
Kif iddeċidiet il-Qorti, l-għajnuna illeċita mill-Istat tikkostitwixxi sitwazzjoni li għadha għaddejja. Ir-regoli li jirregolaw l-applikazzjoni tal-liġi fil-ħin jgħidu li l-applikazzjoni immedjata ta' regoli ġodda ta' kompatibbiltà għal għajnuna illeċita ma tikkostitwixxi l-ebda applikazzjoni retroattiva ta' dawk ir-regoli ġodda (83). |
(165) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni hija mitluba li tivvaluta l-BesAR abbażi tal-Linji Gwida tal-2014. Hija ma għandha l-ebda diskrezzjoni sabiex tiddevja minn dawk il-Linji Gwida fil-valutazzjoni tagħha. Billi d-Deċiżjoni tal-Ftuħ kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali qabel l-1 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 għall-każ inkwistjoni. |
7.3.1.1.
(166) |
Bosta partijiet interessati sostnew li l-Linji Gwida tal-2014 ma għandhomx japplikaw għas-soprataxxi tal-EEG limitati, iżda pjuttost jemmnu li l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-kompatibbiltà abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) jew tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
(167) |
L-ewwel nett, dawk il-partijiet sostnew li t-tnaqqis fis-soprataxxa tal-EEG jista' jinstab bħala li huwa kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hekk kif dan jippromwovi l-eżekuzzjoni ta' proġett importanti ta' interess Ewropew komuni (il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli kif mitlub mid-Direttiva 2009/28/KE) jew, jekk jonqos milli jagħmel dan, li jkun maħsub biex jirrimedja taqlib serju fl-ekonomija tal-Ġermanja (it-theddida ta' deindustrijalizzazzjoni bħala riżultat tal-ispejjeż tas-SER). |
(168) |
Il-partijiet interessati sostnew ukoll li t-tnaqqis jista' jinstab bħala li huwa kompatibbli abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, għar-raġuni li huwa għandu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp ta' enerġija rinnovabbli filwaqt li jipprevjeni r-rilaxx tal-karbonju u li jippreserva bażi industrijali fl-Unjoni. F'dak ir-rigward, il-partijiet interessati kkonċernati jsostnu li l-BesAR hija l-istrument xieraq għar-rikonċiljazzjoni tal-aspetti differenti ta' tali għanijiet multipli. Huma jgħidu wkoll li dak l-istrument huwa proporzjonat minħabba li l-benefiċjarji tal-BesAR xorta waħda qegħdin jikkontribwixxu għall-finanzjament. Huma jsostnu wkoll li l-miżura hija proporzjonata fuq il-bażi li t-taxxi tal-elettriku u s-soprataxxa tal-EEG huma essenzjalment simili (billi t-tnejn huma imposti għall-konsum tal-elettriku) u li r-rata minima ta' tassazzjoni fuq l-elettriku kkonsmat min-negozji, kif iddeterminata mill-Unjoni u stipulata fit-Tabella C tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (84), hija ta' 0,05 ct/kWh, jiġifieri, l-istess bħas-soprataxxa tal-EEG minima. Fl-aħħar nett, il-partijiet interessati jsostnu li l-Att tal-EEG 2012 ma jikkawża l-ebda distorsjoni għall-kompetizzjoni jew għall-kummerċ, minħabba li huwa ma jinnewtralizzax kompletament id-distorsjoni kkawżata fl-ewwel lok mis-soprataxxa tal-EEG ogħla mħallsa mill-impriżi Ġermaniżi, meta mqabbla ma' taxxi jew imposti ekwivalenti li jiffaċċjaw l-impriżi fi Stati Membri oħrajn. |
(169) |
Rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 107(3)(b) u 107(3)(c), saru argumenti komparabbli mill-Ġermanja fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-Kummissjoni. |
(170) |
It-tieni, il-partijiet interessati jsostnu li l-Kummissjoni ma tistax teżamina t-tnaqqis separatament taħt bażi legali distinta, għall-finijiet ta' kompatibbiltà, minn dik li ntużat għall-eżaminazzjoni tal-appoġġ għall-elettriku EEG. Minflok, il-Kummissjoni suppost li kellha tivvaluta (u tapprova) it-tnaqqis, bħala parti mill-finanzjament, b'mod konġunt mal-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Dan huwa spjegat b'referenza għall-ġurisprudenza tal-Qorti, li tgħid li l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-metodu ta' finanzjament tal-għajnuna f'każ fejn dak il-metodu jkun jifforma parti integrali mill-miżura (85). |
(171) |
It-tielet, anki li kieku kellhom jiġu applikati l-Linji Gwida tal-2014, il-partijiet interessati jsostnu li, fid-dawl tal-punti 248 u 250 tal-Linji Gwida tal-2014, dawk il-Linji Gwida jistgħu japplikaw b'mod retroattiv biss għall-għajnuna illeċita, iżda mhux għall-għajnuna eżistenti. Madankollu, anki li kieku s-soprataxxi tal-EEG limitati kellhom jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat (li hija kkontestata), dawn ikollhom jitqiesu bħala għajnuna eżistenti minħabba l-approvazzjoni impliċita tagħhom mill-Kummissjoni fil-Kawża NN 27/2000 (86). |
(172) |
Ir-raba', il-partijiet interessati jsostnu li l-Linji Gwida tal-2014, b'mod partikolari r-regoli li jikkonċernaw il-pjanijiet ta' aġġustament fit-Taqsima 3.7.3, għandhom jiġu interpretati b'mod li jissalvagwardja l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji: fi kliem ieħor, l-aġġustament progressiv fis-snin 2013 u 2014 għandu jkun żgħir biżżejjed biex tiġi eskluża kwalunkwe possibbiltà ta' rkupru. Skont dawk il-partijiet, tali aspettattivi leġittimi rriżultaw mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 27/2000. |
7.3.1.2.
(173) |
Dawn l-argumenti ma jistgħux ibiddlu l-valutazzjoni f'din id-Deċiżjoni dwar l-applikabbiltà tal-Linji Gwida tal-2014 ippreżentati fil-premessi minn 157 sa 165. |
(174) |
L-ewwel nett, sa fejn hija kkonċernata l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, il-punt 10 tal-Linji Gwida tal-2014 jgħid li, f'dawk il-Linji Gwida speċifiċi, “il-Kummissjoni tistipula l-kundizzjonijiet li taħthom l-għajnuna għall-enerġija u l-ambjent tista' titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat”. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “il-Kummissjoni tista' tadotta politika dwar kif se teżerċita d-diskrezzjoni tagħha fil-forma ta' miżuri bħal linji gwida, sa fejn dawk il-miżuri jinkludu regoli li jindikaw l-approċċ li l-istituzzjoni għandha tieħu u ma jwarrbux ir-regoli tat-Trattat” (87). Hekk kif il-Linji Gwida tal-2014 jistabbilixxu ex ante, b'mod ġenerali u trasparenti, il-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà għall-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, il-Kummissjoni hija marbuta li tapplika dawk il-Linji Gwida. |
(175) |
Ma hemmx lok għall-applikazzjoni b'analoġija tar-regoli dwar it-tassazzjoni tal-elettriku, minħabba li l-Linji Gwida tal-2014 jinkludu sett komplut ta' regoli għall-valutazzjoni tat-tnaqqis tas-soprataxxi tas-SER. |
(176) |
Sa fejn huma kkonċernati d-derogi fl-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, il-Linji Gwida tal-2014 ma jinkludu l-ebda kriterju dwar kif il-Kummissjoni teżerċita d-diskrezzjoni tagħha fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b). Huwa minnu li l-Kummissjoni adottat komunikazzjoni dwar il-“Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat maħsuba biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta' proġetti importanti ta' interess Ewropew komuni” (88), li bdiet tiġi applikata mill-1 ta' Lulju 2014. Madankollu, skont il-punt 52 ta' dik il-komunikazzjoni, “fil-każ ta' għajnuna mhux notifikata, il-Kummissjoni tapplika din il-komunikazzjoni jekk l-għajnuna tkun ingħatat wara li tkun daħlet fis-seħħ, u r-regoli fis-seħħ fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna għall-każijiet l-oħrajn kollha”. Dan ifisser li l-kriterji stipulati fil-komunikazzjoni ma jistgħux jiġu applikati għat-tnaqqis tas-soprataxxa li huwa eżaminat f'din id-Deċiżjoni. Minflok, il-Kummissjoni trid tapplika r-regoli stipulati fil-Linji Gwida tal-2008 (89). |
(177) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-BesAR tistax tinstab bħala li hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat b'konformità mal-punti minn 147 sa 150 tal-Linji Gwida tal-2008. Dawk id-dubji tqajmu b'mod partikolari minħabba li t-tnaqqis ma kienx jidher li huwa relatat ma' proġett u a fortiori mhux proġett li jkun “speċifiku u definit b'mod ċar fir-rigward tat-termini tal-implimentazzjoni tiegħu”. Barra minn hekk, xorta waħda baqa' dubjuż jekk tali proġett jistax jitqies bħala li huwa “ta' interess Ewropew komuni”, jiġifieri, fejn il-vantaġġ ipprovdut jiġi estiż għall-Unjoni kollha kemm hi. Fl-aħħar nett, kien dubjuż jekk l-għajnuna inkwistjoni, jiġifieri t-tnaqqis fis-soprataxxa tal-EEG, “tippreżentax inċentiv għall-eżekuzzjoni tal-proġett” (il-premessi 211 u 212 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). |
(178) |
Dawk id-dubji ma ttaffewx. Il-Ġermanja ssostni li kemm il-kisba tal-miri tas-SER kif ukoll il-preservazzjoni tal-kompetittività industrijali jridu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu proġett wieħed, jekk mhux bosta proġetti, ta' interess Ewropew komuni. Il-Ġermanja tirreferi għall-istrateġija “Ewropa 2020” tal-Kummissjoni, li telenka “l-promozzjoni ta' ekonomija aktar effikaċi fl-użu tar-riżorsi, aktar ekoloġika u aktar kompetittiva” bħala prijorità (90). Madankollu, daqskemm jistgħu jkunu importanti l-miri politiċi, l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-promozzjoni tal-kompetittività ma jistgħux jitqiesu bħala proġetti speċifiċi fis-sens litterali. Se jkun saħansitra inqas possibbli li tali proġetti jiġu definiti f'termini tal-implimentazzjoni tagħhom, inklużi l-parteċipanti, l-objettivi u l-effetti tagħhom, kif kien mitlub fil-punt 147(a) tal-Linji Gwida tal-2008. Li kieku l-proġetti ta' interess Ewropew komuni kellhom jiġu interpretati bħala li jinkorporaw sempliċi miri politiċi bħala tali, il-limiti tal-Artikolu 107(3)(b) jiġu estiżi lil hinn mill-formulazzjoni tagħhom, u r-rekwiżit tal-immirar ta' proġett speċifiku u definit sewwa jispiċċa insinifikanti. Dan imur kontra “l-ħtieġa ta' interpretazzjoni dejqa tad-derogi mill-prinċipju ġenerali li l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq komuni” (91). |
(179) |
Aktar importanti minn hekk, kif ikkjarifikat il-Qorti Ġenerali fil-Kawża Hotel Cipriani, “miżura ta' għajnuna tista' tibbenefika mid-deroga prevista fl-[Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat] biss jekk minnha ma jibbenefikawx prinċipalment l-operaturi ekonomiċi ta' Stat Membru wieħed minflok il-Komunità b'mod ġenerali”. Dan il-kriterju ma jiġix issodisfat meta l-iskema ta' għajnuna nazzjonali sempliċement tfittex li ttejjeb il-kompetittività tal-impriżi kkonċernati (92). Tabilħaqq, il-BesAR hija maħsuba biss sabiex tħaffef il-piż tal-ispejjeż tal-impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija fil-Ġermanja u, b'hekk, sabiex ittejjeb il-kompetittività tagħhom. |
(180) |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-ħtieġa ta' interpretazzjoni dejqa tad-derogi mill-prinċipju ġenerali li l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq intern, imsemmija fil-premessa 178, is-sempliċi fatt li l-ispejjeż tal-elettriku jiżdiedu għal numru kbir ta' utenti industrijali ma jistax jitqies bħala taqlib serju fl-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. |
(181) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tapprova l-BesAR skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
(182) |
It-tieni, fir-rigward tal-argument spjegat fil-qosor fil-premessa 170, l-għajnuna mogħtija lill-intrapriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija permezz ta' tnaqqis fis-soprataxxi tal-EEG hija evidentement distinta u separabbli mill-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli. Il-benefiċjarji ta' dan tal-aħħar huma grupp differenti, meta mqabbel mal-grupp ta' benefiċjarji tal-ewwel. Barra minn hekk, it-tnaqqis ma jservix immedjatament l-għan tal-finanzjament tal-appoġġ għall-enerġija rinnovabbli, iżda għall-kuntrarju, imur kontra dak l-għan minħabba li l-effett immedjat tiegħu huwa li jnaqqas id-dħul disponibbli għall-finanzjament tas-SER. Dan huwa muri mill-fatt li s-soprataxxa tal-EEG kellha tiżdied għall-utenti mhux privileġġati l-oħrajn kollha sabiex tissalvagwardja l-finanzjament. |
(183) |
It-tielet, fir-rigward tal-argument spjegat fil-qosor fil-premessa 171, il-BesAR għandha titqies bħala li tikkostitwixxi għajnuna illeġittima li taqa' taħt il-mandat tal-punt 248 tal-Linji Gwida tal-2014: Tabilħaqq, kif ġie spjegat diġà fil-premessi 141 et seq., l-Att tal-EEG 2012 biddel sostanzjalment l-iskema ta' għajnuna approvata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata fil-Kawża NN 27/2000. |
(184) |
Ir-raba' argument li jikkonċerna l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji jkompli jiġi eżaminat f'aktar dettall fil-premessa 257, minħabba li huwa relatat biss mal-irkupru. |
7.3.1.3.
(185) |
F'diversi okkażjonijiet u kuntrarju għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali esprimiet il-fehma li l-għajnuna illeġittima għandha tiġi vvalutata abbażi tar-regoli fis-seħħ fiż-żmien meta tingħata. Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni alternattiva skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat abbażi tal-Linji Gwida tal-2008. |
(186) |
Ir-riżultat huwa li l-Kummissjoni jkollha tiddikjara l-għajnuna operattiva mogħtija abbażi tal-BesAR bħala inkompatibbli fl-intier tagħha, għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi 187 et seq. |
(187) |
Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tgħid li fiż-żmien tal-adozzjoni tagħha, ma kien hemm ebda regola speċifika ta' għajnuna mill-Istat li kienet tirrikonoxxi li l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis mill-imposti li jservu sabiex jiffinanzjaw l-appoġġ għas-SER setgħu jitqiesu bħala neċessarji sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' interess komuni u, għalhekk, jiġu awtorizzati abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
(188) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni pprojbixxiet għajnuna operattiva simili nnotifikata mill-Awstrija fl-2011 (93). Dik il-projbizzjoni hija konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti, li tgħid li l-għajnuna operattiva, bħala tali, taffettwa l-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni u, għalhekk, ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern (94). F'dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni spjegat ukoll għaliex ma tista' ssir ebda analoġija għar-regoli dwar it-tassazzjoni tal-elettriku. |
(189) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni lanqas ma setgħet tawtorizza l-għajnuna inkwistjoni skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat abbażi tar-regoli sostantivi li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. |
7.3.2. Spejjeż li jirriżultaw mill-appoġġ għall-enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli
(190) |
Skont il-punt 184 tal-Linji Gwida tal-2014, it-tnaqqis jista' jingħata biss fir-rigward tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli. |
(191) |
Madankollu, kif stabbilixxiet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha fil-Kawża SA.38632 (2014/N) dwar l-Att tal-EEG 2014 (id-“Deċiżjoni tal-EEG 2014”), is-soprataxxa tal-EEG isservi wkoll sabiex tiffinanzja l-appoġġ għall-produzzjoni tal-elettriku minn gass li jiġi estratt mill-minjieri. Il-gass estratt mill-minjieri mhuwiex sors ta' enerġija rinnovabbli skont it-tifsira tal-punt 19(5) tal-Linji Gwida tal-2014. It-tnaqqis mis-soprataxxi, li huwa maħsub sabiex jiffinanzja l-appoġġ għal sorsi oħrajn ta' enerġija, mhuwiex kopert mit-Taqsima 3.7.2 tal-Linji Gwida tal-2014 (95). |
(192) |
F'dak ir-rigward, il-Ġermanja indikat fil-kuntest tal-proċedura ta' notifika fil-Kawża SA.38632 (2014/N) illi mhux se jkun hemm tnaqqis fil-finanzjament tal-appoġġ għall-elettriku prodott minn gass li jiġi estratt mill-minjieri minħabba li, skont l-Att tal-EEG 2014, l-impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija jridu jħallsu s-soprataxxa sħiħa għall-ewwel GWh ta' konsum f'kull punt ta' konsum ikkonċernat. Tabilħaqq, id-dħul mis-soprataxxa sħiħa fl-ewwel GWh huwa ogħla mill-ammont ta' sussidju mħallas fir-rigward tal-elettriku prodott minn gass li jiġi estratt mill-minjieri (96). |
(193) |
Fl-2012, l-ammont ta' appoġġ għall-gass li jiġi estratt mill-minjieri (EUR 41,4 miljun) kien jirrappreżenta 0,25 % tal-ammont totali ta' appoġġ skont l-Att tal-EEG 2012 għal dik is-sena. Il-previżjonijiet juru li l-volum tal-gass estratt mill-minjieri x'aktarx li jibqa' kostanti fil-ġejjieni jew saħansitra jonqos kemxejn (97). |
(194) |
Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni sabet li għall-benefiċjarji tal-BesAR skont l-Att tal-EEG 2014, il-ħlas tas-soprataxxa tal-EEG fl-ewwel GWh ta' konsum diġà jaqbeż b'ħafna l-ammont ta' appoġġ għall-gass li jiġi estratt mill-minjieri (98). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li meta l-perċentwal tal-appoġġ għall-EEG imħallas fir-rigward tal-gass li jiġi estratt mill-minjieri (0,25 %) jiġi mmultiplikat bis-soprataxxa tal-EEG (6,24 ct/kWh fl-2014), ir-riżultat ikun ta' 0,016 ct/kWh. Dak l-ammont huwa inqas mis-soprataxxa minima li kellhom iħallsu l-benefiċjarji tal-BesAR saħansitra wara l-ewwel GWh ta' konsum (0,05 ct/kWh) (99). |
(195) |
L-Att tal-EEG 2012 jippreżenta żewġ limiti massimi alternattivi. Fil-qafas tal-ewwel alternattiva (§ 41(3) Nru 1), li hija limitu massimu digressiv, il-benefiċjarji xorta waħda jridu jħallsu s-soprataxxa sħiħa għall-ewwel GWh ta' konsum, u s-soprataxxa minima li għandha titħallas għal konsum wara 100 GWh ta' konsum hija ta' 0,05 ct/kWh. Fil-qafas tat-tieni alternattiva (§ 41(3) Nru 2), li tikkonċerna lill-impriżi bl-ogħla intensità fl-użu tal-enerġija, is-soprataxxa hija limitata għal 0,05 ct/kWh għall-konsum kollu tal-benefiċjarju. Fiż-żewġ każijiet, il-benefiċjarji xorta jħallsu aktar mill-frazzjoni tas-soprataxxa li setgħet tiġi allokata għall-appoġġ tal-gass li jiġi estratt mill-minjieri (0,016 ct/kWh fl-2014 u, abbażi ta' soprataxxa tal-EEG ta' 5,277 ct/kWh fl-2013, 0,013 ct/kWh). |
(196) |
Għalhekk, il-ħlas tas-soprataxxa minima ta' 0,05 ct/kWh fl-2013 u fl-2014, minbarra l-obbligu li titħallas is-soprataxxa għall-ewwel GWh għal uħud mill-benefiċjarji, iggarantixxa li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis għall-impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija mill-finanzjament tal-elettriku prodott minn gass li jiġi estratt mill-minjieri (100). |
7.3.3. Eliġibbiltà
(197) |
Il-punt 185 tal-Linji Gwida tal-2014 jistipula li l-għajnuna għandha tkun limitata għal setturi li huma esposti għal riskju għall-pożizzjoni kompetittiva tagħhom minħabba l-ispejjeż li jirriżultaw mill-finanzjament tal-appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli bħala funzjoni tal-intensità elettrika tagħhom u l-esponiment tagħhom għall-kummerċ internazzjonali. Għaldaqstant, l-għajnuna tista' tingħata biss jekk l-impriża tkun tappartjeni għas-setturi elenkati fl-Anness 3 tal-Linji Gwida tal-2014. |
(198) |
Barra minn hekk, skont il-punt 186 tal-Linji Gwida tal-2014, l-Istati Membri jistgħu jinkludu impriża fl-iskema nazzjonali tagħhom li tagħti tnaqqis mill-ispejjeż li jirriżultaw minn appoġġ rinnovabbli jekk l-impriża jkollha intensità elettrika ta' mill-inqas 20 % u tkun tappartjeni għal settur b'intensità kummerċjali ta' mill-inqas 4 % fil-livell tal-Unjoni, anki jekk ma tkunx tappartjeni għal settur elenkat fl-Anness 3 għal-Linji Gwida tal-2014. |
(199) |
Fl-aħħar nett, il-punt 187 tal-Linji Gwida tal-2014 jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jimponu kriterji ta' eliġibbiltà addizzjonali, sakemm, fi ħdan is-setturi eliġibbli, l-għażla tal-benefiċjarji ssir abbażi ta' kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji u trasparenti u, fil-prinċipju, l-għajnuna tingħata bl-istess mod għall-kompetituri kollha fl-istess settur jekk ikunu f'sitwazzjoni fattwali simili. |
(200) |
Sakemm l-għajnuna fil-forma ta' tnaqqis jew eżenzjoni mill-piż relatat mal-finanzjament tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli tkun ingħatat qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dawk il-Linji Gwida lill-impriżi li mhumiex eliġibbli skont il-kriterji fil-premessi 197 u 198 ta' din id-Deċiżjoni, tali għajnuna tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli, sakemm tkun konformi ma' pjan ta' aġġustament (il-punt 197 tal-Linji Gwida tal-2014). |
(201) |
Il-Ġermanja indikat li wħud biss mill-benefiċjarji tal-BesAR fl-2013 u fl-2014 kienu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' tnaqqis fil-finanzjament tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli b'konformità mat-Taqsima 3.7.2 tal-Linji Gwida tal-2014. Għalhekk, il-Ġermanja ssottomettiet pjan ta' aġġustament (ara l-Anness II) li huwa eżaminat fit-Taqsima 7.3.5 għal dawk il-benefiċjarji li ma kinux eliġibbli. Il-Ġermanja spjegat ukoll li l-benefiċjarji kollha li jistgħu jiġu inklużi fl-iskema nazzjonali abbażi tal-punt 186 tal-Linji Gwida tal-2014 jappartjenu għas-setturi elenkati fl-Anness 5 tal-Linji Gwida tal-2014. |
(202) |
Għall-kalkolu tal-valur gross miżjud (“gross value added — GVA”), li huwa neċessarju għall-applikazzjoni tal-punti minn 185 sa 192 tal-Linji Gwida tal-2014 u li huwa definit fl-Anness 4 tagħhom, § 41 tal-Att tal-EEG 2012 tuża l-GVA bil-prezzijiet tas-suq matul l-aħħar sena kummerċjali qabel l-applikazzjoni għat-tnaqqis tas-soprataxxa. Il-punti 1 u 2 tal-Anness 4 tal-Linji Gwida tal-2014 jirrikjedu l-użu tal-GVA bi spejjeż tal-fattur, kif ukoll il-medja aritmetika matul l-aktar tliet snin riċenti li għalihom tkun disponibbli d-dejta. Il-Ġermanja spjegat li tali dejta ma kinitx disponibbli, minħabba li l-applikazzjonijiet għat-tnaqqis għas-snin 2013 u 2014 kienu jinkludu biss GVA bi prezzijiet tas-suq tal-aktar sena kummerċjali riċenti li għaliha kien hemm dejta disponibbli (jiġifieri l-2011 u l-2012). Bl-istess mod, il-Ġermanja spjegat li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-elettriku, il-prezzijiet medji tal-elettriku bl-imnut ma kinux disponibbli għall-impriżi kollha, għall-inqas mhux għal faxex ta' konsum ogħla; minflok, il-kalkolu tal-ispejjeż tal-elettriku jkunu bbażati fuq l-ispejjeż tal-elettriku reali mġarrba fis-snin 2011 u 2012, billi dawn iċ-ċifri kienu dawk sottomessi mill-impriżi fl-applikazzjonijiet tagħhom għat-tnaqqis fl-2013 u fl-2014. Skont il-punt 4 tal-Anness 4 tal-Linji Gwida tal-2014, id-definizzjoni tal-ispejjeż tal-elettriku ta' impriża hija partikolarment ibbażata fuq il-prezz tal-elettriku preżunt tal-impriża. Abbażi tal-ispjegazzjonijiet tal-Ġermanja, il-Kummissjoni kkonkludiet fid-deċiżjoni tagħha fil-Kawża SA.38632 (2014/N) li r-regoli tranżitorji fl-Att tal-EEG 2014, li jippermettu l-użu ta' dejta GVA bi spejjeż tal-fattur abbażi tal-aħħar sena kummerċjali jew tal-aħħar sentejn kummerċjali, kif ukoll l-użu tal-ispejjeż tal-elettriku reali tal-aħħar sena kummerċjali, kienu konformi mal-Linji Gwida tal-2014 u, b'mod partikolari, mal-punt 195 (il-premessi minn 311 sa 314 ta' dik id-Deċiżjoni). Dan minħabba li dik id-dejta, jiġifieri l-GVA bi spejjeż tal-fattur abbażi tal-aħħar sena u l-ispejjeż tal-elettriku reali tal-aħħar sena, tiġi applikata biss fuq bażi tranżitorja sakemm tinġabar id-dejta mitluba mill-Anness 4 għal-Linji Gwida tal-2014. Dan ir-raġunament japplika a fortiori għall-valutazzjoni tat-tnaqqis tas-soprataxxa tal-EEG li seħħ fis-snin 2013 u 2014 u, abbażi ta' dan ir-raġunament, jista' jiġi aċċettat ukoll li tintuża d-dejta GVA bil-prezzijiet tas-suq għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-qafas tal-BesAR fl-2013 u fl-2014 fil-forma ta' tnaqqis fil-finanzjament tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli skont it-Taqsima 3.7.2 tal-Linji Gwida tal-2014. |
(203) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Att tal-EEG 2012 jissodisfa parzjalment biss ir-regoli dwar l-eliġibbiltà stipulati fil-punti 185 u 186 tal-Linji Gwida tal-2014. Għalhekk, il-benefiċjarji li għalihom dawn il-kriterji ma jiġux issodisfati għandhom ikunu soġġetti għal irkupru, li d-dettalji tiegħu huma eżaminati fit-Taqsima 7.3.5 dwar il-pjan ta' aġġustament tal-Ġermanja. |
7.3.4. Il-proporzjonalità
(204) |
Il-punt 188 tal-Linji Gwida tal-2014 jistabbilixxi li l-għajnuna titqies bħala proporzjonata jekk il-benefiċjarji tal-għajnuna jħallsu mill-inqas 15 % tal-ispejjeż addizzjonali mingħajr tnaqqis. |
(205) |
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw ulterjorment l-ammont tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-għajnuna ta' finanzjament għall-enerġija rinnovabbli li titħallas fil-livell tal-impriża għal 4 % tal-valur gross miżjud tal-impriża kkonċernata. Għall-impriżi li għandhom intensità fl-użu tal-elettriku ta' mill-inqas 20 %, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont globali li jrid jitħallas għal 0,5 % tal-valur gross miżjud tal-impriża kkonċernata. Fl-aħħar nett, meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jadottaw il-limitazzjonijiet ta' 4 % u 0,5 % rispettivament tal-valur gross miżjud, dawk il-limitazzjonijiet għandhom japplikaw għall-impriżi eliġibbli kollha (il-punti 189 u 190 tal-Linji Gwida tal-2014). |
(206) |
Il-Ġermanja indikat li, f'xi każijiet, is-soprataxxa tal-EEG limitata mħallsa mill-benefiċjarji fis-snin 2013 u 2014 ma kinitx proporzjonata fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-Linji Gwida tal-2014 (101). Għalhekk, il-Ġermanja ssottomettiet pjan ta' aġġustament (ara l-Anness II), li huwa eżaminat fit-Taqsima 7.3.5. |
(207) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-soprataxxi tal-EEG limitati jissodisfaw parzjalment biss il-kriterji tal-proporzjonalità fil-punti 188 u 189 tal-Linji Gwida tal-2014. Għalhekk, il-benefiċjarji li għalihom dawk il-kriterji ma jiġux issodisfati għandhom ikunu soġġetti għal irkupru, li d-dettalji tiegħu huma eżaminati fit-Taqsima 7.3.5 dwar il-pjan ta' aġġustament tal-Ġermanja. |
7.3.5. Il-pjan ta' aġġustament
(208) |
Skont il-punti 193 et seq. tal-Linji Gwida tal-2014, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-proporzjonalità stipulati fit-Taqsima 3.7.2 tal-Linji Gwida tal-2014 u deskritti aktar 'il fuq fit-Taqsimiet 7.3.3 u 7.3.4 ta' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019. L-għajnuna mogħtija fir-rigward ta' perjodu qabel dik id-data titqies bħala kompatibbli jekk hija tissodisfa l-istess kriterji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna kollha mogħtija sabiex jitnaqqas il-piż relatat mal-finanzjament tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli fir-rigward tas-snin ta' qabel l-2019 tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern sakemm hija tkun konformi ma' pjan ta' aġġustament. |
(209) |
Dak il-pjan ta' aġġustament għandu jinvolvi aġġustament progressiv għal-livelli ta' għajnuna li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-proporzjonalità stipulati fit-Taqsima 3.7.2 tal-Linji Gwida tal-2014 u deskritti fit-Taqsimiet 7.3.3 u 7.3.4. |
(210) |
Sakemm l-għajnuna fir-rigward ta' perjodu tkun ingħatat qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dawk il-Linji Gwida, il-pjan irid jipprovdi wkoll għal applikazzjoni progressiva tal-kriterji għal dak il-perjodu. |
(211) |
Meta, kif speċifikat fil-premessa 200, l-għajnuna tkun ingħatat qabel id-data tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 lill-impriżi li mhumiex eliġibbli skont il-kriterji deskritti fit-Taqsima 7.3.3 ta' din id-Deċiżjoni, tali għajnuna tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli, sakemm il-pjan ta' aġġustament jipprevedi kontribuzzjoni proprja minima ta' 20 % tal-ispejjeż addizzjonali tas-soprataxxa mingħajr tnaqqis, li għandha tiġi stabbilita b'mod progressiv u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019 (il-punt 197 tal-Linji Gwida tal-2014). |
(212) |
Il-Ġermanja ssottomettiet pjan ta' aġġustament (l-Anness II), deskritt fil-premessi 27 et seq., li jipprevedi żieda progressiva fis-soprataxxa tal-EEG għall-benefiċjarji kollha soġġetti għal irkupru. Il-punt tat-tluq huwa s-soprataxxa tal-EEG effettivament imħallsa fl-2013; din tinkiseb permezz tal-multiplikazzjoni tas-soprataxxa tal-EEG imnaqqsa tal-benefiċjarju fl-2013 bil-konsum tal-elettriku reali tal-benefiċjarju f'dik l-istess sena (is-“soprataxxa bażika”). Skont il-pjan ta' aġġustament, is-soprataxxi għall-2013 u l-2014 jiġu aġġustati mill-ġdid sabiex ma jaqbżux il-125 % u l-150 % tas-soprataxxa bażika. Mill-2015 'il quddiem, l-aġġustament 'il fuq se jkun potenzjalment akbar, hekk kif il-limitu massimu mbagħad jinġieb għal 200 % tas-soprataxxa bażika. Fis-snin sussegwenti sal-2018, is-soprataxxa għas-sena x se tkun limitata bl-istess mod għal 200 % tas-soprataxxa tas-sena x – 2. |
(213) |
Fir-rigward tas-snin li qegħdin jiġu eżaminati f'din id-Deċiżjoni, jiġifieri, is-snin 2013 u 2014, il-pjan ta' aġġustament jipprevedi żieda progressiva fis-soprataxxa tal-EEG għall-benefiċjarji kollha li għalihom il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-proporzjonalità tal-Linji Gwida 2014 ma ġewx issodisfati. Iż-żieda mistennija tkompli wara l-2014, għalhekk, jista' jiġi preżunt li l-livelli mitluba mil-Linji Gwida tal-2014 se jintlaħqu sal-1 ta' Jannar 2019, kemm għall-impriżi li fil-prinċipju huma eliġibbli, iżda li ma ħallsux soprataxxa għolja biżżejjed, kif ukoll għall-impriżi li mhumiex eliġibbli u li, għalhekk, jeħtieġ li jissodisfaw il-kontribuzzjoni proprja minima ta' 20 % tal-ispejjeż addizzjonali tas-soprataxxa msemmija fil-punt 197 tal-Linji Gwida tal-2014. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta' aġġustament jieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha marbuta mal-politika rinnovabbli u li l-Ġermanja dan innotifikatu sad-data tal-għeluq stipulata fil-punt 200 tal-Linji Gwida tal-2014. |
(214) |
Sa fejn huma kkonċernati s-snin 2013 u 2014, il-pjan ta' aġġustament huwa għalhekk konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 3.7.3 tal-Linji Gwida tal-2014. Għaldaqstant, skont il-punt 194 tal-Linji Gwida tal-2014, it-tnaqqis kif immodifikat mill-pjan ta' aġġustament jista' jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
7.3.6. Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà
(215) |
Is-soprataxxi tal-EEG imnaqqsin għall-impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija fl-2013 u fl-2014 ikunu kompatibbli mas-suq intern biss sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(216) |
Għall-benefiċjarji li għalihom ma jiġux issodisfati kundizzjoni waħda jew aktar minn dawk deskritti fil-premessa 215, il-Kummissjoni tikkunsidra b'mod eċċezzjonali li l-għajnuna mill-Istat mogħtija fuq il-bażi tal-BesAR fl-2013 u fl-2014 tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern, sakemm jiġi żgurat li l-benefiċjarji jħallsu mill-inqas 125 % tas-soprataxxa bażika definita fil-premessa 212 għas-sena 2013 u 150 % tas-soprataxxa bażika għas-sena 2014. Sabiex jiġi żgurat dak ir-riżultat, l-irkupru għandu jsir kif ġej:
|
7.4. Il-konformità ma' dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat
(217) |
Skont il-punt 29 tal-Linji Gwida tal-2014, billi s-soprataxxa tal-EEG għandha l-għan li tiffinanzja l-appoġġ għall-elettriku EEG, il-Kummissjoni eżaminat il-konformità tagħha mal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat. |
(218) |
Skont il-ġurisprudenza, ħlas li jiġi impost fuq prodotti domestiċi u importati skont l-istess kriterji jista' madankollu jiġi pprojbit mit-Trattat jekk id-dħul minn tali ħlas ikun maħsub biex jappoġġja attivitajiet li minnhom jibbenifikaw speċifikament il-prodotti domestiċi intaxxati. |
(219) |
Jekk il-vantaġġi li jgawdu minnhom dawk il-prodotti jpaċu kompletament il-piż impost fuqhom, l-effetti ta' dak il-ħlas ikunu evidenti biss fir-rigward tal-prodotti importati u dak il-ħlas jikkostitwixxi ħlas b'effett ekwivalenti, kuntrarjament għall-Artikolu 30 tat-Trattat. Jekk, min-naħa l-oħra, dawk il-vantaġġi jpaċu parzjalment biss il-piż imġarrab mill-prodotti domestiċi, mela allura l-ħlas ikkonċernat jikkostitwixxi tassazzjoni diskriminatorja għall-finijiet tal-Artikolu 110 tat-Trattat, u l-proporzjon użat sabiex ipaċi l-piż imġarrab mill-prodotti domestiċi jkun kuntrarju għad-dispożizzjoni msemmija (102). |
(220) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma, fil-prassi stabbilita tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet (103) u skont il-ġurisprudenza tal-Qorti (104), li l-finanzjament ta' skemi ta' appoġġ nazzjonali għas-SER permezz ta' imposta parafiskali fuq il-konsum tal-elettriku jista' jiddiskrimina kontra s-SER importat. Tabilħaqq, jekk il-produzzjoni domestika tal-elettriku tiġi appoġġjata minn għajnuna li tkun iffinanzjata permezz ta' ħlas fuq il-konsum kollu tal-elettriku (inkluż il-konsum tal-elettriku importat), mela allura l-metodu ta' finanzjament, li jimponi piż fuq l-elettriku importat li ma jibbenefikax minn dak il-finanzjament, ikun qiegħed jirriskja li jkollu effett diskriminatorju fuq l-elettriku importat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u b'hekk jikser l-Artikoli 30 u/jew 110 tat-Trattat (105). |
(221) |
Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni osservat li l-Att tal-EEG 2012 jista' prima facie jkollu effett diskriminatorju fis-sens li § 39 tal-Att tal-EEG 2012 tistabbilixxi li r-rata tas-soprataxxa tal-EEG għandha titnaqqas fil-każ tal-hekk imsejħa kummerċjalizzazzjoni diretta. Ir-rata mnaqqsa tapplika biss meta l-fornitur ikun xtara 50 % tal-portafoll tal-elettriku tiegħu mingħand produtturi nazzjonali tal-elettriku EEG u, għalhekk, tkun tidher li qiegħda tikkostitwixxi imposta diskriminatorja skont it-tifsira tal-Artikolu 110 tat-Trattat. |
(222) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma wkoll li meta s-soprataxxa tkun imposta fuq importazzjonijiet illi, li kieku ġew prodotti fil-Ġermanja, ma kinux jibbenefikaw minn appoġġ skont l-Att tal-EEG 2012 (pereżempju, l-elettriku prodott minn faċilitajiet li ilhom joperaw għal aktar minn 20 sena), is-soprataxxa tkun konformi mal-Artikoli 30 u 110 fuq il-bażi li, f'dan il-każ partikolari, ma hemm l-ebda differenza fit-trattament bejn il-produzzjoni nazzjonali u l-importazzjonijiet. |
(223) |
Il-Ġermanja tikkontesta li l-Att tal-EEG 2012 jista' jirriżulta f'diskriminazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat, għar-raġunijiet li ġejjin: L-ewwel nett, hija ssostni li ma hemm l-ebda similarità bejn il-prodotti importati li fuqhom tiġi imposta s-soprataxxa tal-EEG u l-prodotti domestiċi ffinanzjati minnha. Dan minħabba li s-soprataxxa tal-EEG tiffinanzja l-installazzjonijiet SER, filwaqt li tiġi imposta fuq il-konsum tal-elettriku SER. |
(224) |
Anki li kieku s-soprataxxa kellha titqies bħala li tiffinanzja l-elettriku SER, xorta waħda jkun hemm differenza bejn l-elettriku li fuqu tiġi imposta s-soprataxxa u l-elettriku li tippromwovi s-soprataxxa. Ir-raġuni hija li l-mira tas-SER tal-Ġermanja, stabbilita mill-Artikolu 3(3) u mill-parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2009/28/KE, tista' tiġi ssodisfata biss mill-elettriku SER li jew kien prodott domestikament jew inkella kien importat abbażi ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni mal-Istat Membru fejn kien prodott l-elettriku (l-Artikolu 5(3) ta' dik id-Direttiva). Għalhekk, fin-nuqqas ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, kull elettriku SER li jiġi importat ma jiġix ikkunsidrat għall-kisba tal-mira. Għalhekk, mill-perspettiva tal-konsumaturi, dan l-elettriku ma jistax jitqies bħala li huwa simili għall-elettriku SER domestiku. |
(225) |
Sa fejn huwa kkonċernat il-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku (§ 39 tal-Att tal-EEG 2012), il-Ġermanja ssostni li dan ma jistax jitqies bħala diskriminatorju, minħabba li hija attwalment timplimenta d-Direttiva 2009/28/KE. Id-Direttiva 2009/28/KE tiffissa mira nazzjonali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu skemi ta' appoġġ u miżuri ta' kooperazzjoni (l-Artikolu 3(3)). Skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva, l-elettriku SER li jiġi prodott domestikament jiġi kkunsidrat għall-kisba tal-mira. Fil-prinċipju, l-elettriku SER li jiġi prodott fi Stati Membri oħrajn ukoll jiġi kkunsidrat għall-kisba tal-mira meta dan ikun kopert minn ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati. Il-konklużjoni ta' tali ftehimiet mhijiex obbligatorja, iżda titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri. Skont il-Ġermanja, jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li l-Ġermanja hija intitolata li tappoġġja biss il-produzzjoni domestika tal-elettriku SER. Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta wkoll li l-Ġermanja mhijiex obbligata la li tagħti aċċess għall-iskema ta' appoġġ tagħha lill-produtturi tal-elettriku SER minn Stati Membri oħrajn, u lanqas li tħalli lil dawn il-produtturi jibbenifikaw mill-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku. |
(226) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li jekk il-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku jsir disponibbli għal produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, ikun hemm riskju li dan jirriżulta f'kumpens żejjed ta' dawn il-produtturi, li jistgħu jibdew jagħżlu bejn is-sistemi ta' appoġġ nazzjonali differenti. Dan jista' jikkawża wkoll theddida għall-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-Att tal-EEG 2012, hekk kif aktar u aktar produtturi mhux domestiċi jkunu jridu jagħmlu użu mill-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku, u l-ammont ta' elettriku li fuqu effettivament tiġi imposta s-soprataxxa tal-EEG jonqos kontinwament, li jwassal biex titnaqqar il-bażi tal-finanzjament. Fil-prattika, dan imur kontra l-objettivi tad-Direttiva 2009/28/KE, li tawtorizza t-twaqqif ta' sistemi ta' appoġġ nazzjonali għall-finijiet taż-żieda fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. |
(227) |
Skont il-Ġermanja, din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mis-sentenza riċenti fil-Kawża Ålands Vindkraft (106). F'dak il-każ, li jikkonċerna sistema nazzjonali li pprevediet l-għoti ta' ċertifikati negozjabbli lill-produtturi ta' elettriku ekoloġiku biss fir-rigward tal-elettriku ekoloġiku prodott fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li sistema bħal din kienet tikkostitwixxi miżura b'effetti ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq importazzjonijiet li, fil-prinċipju, huma inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 34 tat-Trattat. Madankollu, is-sistema tista' tiġi ġustifikata minn rekwiżiti prevalenti relatati mal-ħarsien tal-ambjent (107). |
(228) |
Fl-aħħar nett, skont il-Ġermanja, is-soprataxxa tal-EEG ma tikkostitwixxi l-ebda imposta skont it-tifsira tal-Artikolu 30 jew tal-Artikolu 110 tat-Trattat. Minflok, hija sempliċi pretensjoni ta' rifużjoni li għandhom it-TSOs kontra l-fornituri tal-elettriku, minħabba li t-TSOs jitqiesu bħala li jwettqu servizzi għall-fornituri. Il-Ġermanja tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li “ħlas li jiġi impost fuq merkanziji minħabba l-fatt li dawn jaqsmu fruntiera jista' ma jiġix ikklassifikat bħala ħlas b'effett ekwivalenti kif ipprojbit mit-Trattat, jekk dan ikun relatat ma' sistema ġenerali ta' taxxi interni applikata b'mod sistematiku u b'konformità mal-istess kriterji għall-prodotti domestiċi, kif ukoll għall-prodotti importati u esportati, jekk ikun jirrappreżenta ħlas għal servizz speċifiku effettivament u individwalment mogħti lill-kummerċjant ta' somma fi proporzjon għal dak is-servizz jew, f'ċerti ċirkostanzi, jekk jingħata minħabba l-ispezzjonijiet imwettqa għall-finijiet tal-issodisfar tal-obbligi imposti mil-liġi Komunitarja” (108). |
(229) |
Il-Ġermanja hija tal-fehma li t-tieni u t-tielet minn fost il-kriterji alternattivi msemmija fis-sentenza tal-Qorti ġew issodisfati. L-ewwel nett, il-Ġermanja ssostni li s-soprataxxa tal-EEG tikkostitwixxi ħlas adegwat għal servizz speċifiku mogħti, jiġifieri l-fatt li t-TSOs jirrinunzjaw il-kwalità rinnovabbli tal-elettriku SER trażmess, li jinkiseb mill-fornituri tal-elettriku, kif ġie spjegat fil-premessa 144 (109). Mill-perspettiva tal-Ġermanja, billi jħallsu s-soprataxxa tal-EEG lit-TSOs, il-fornituri tal-elettriku jkunu qegħdin jirċievu xi ħaġa lura, jiġifieri l-fatt li proporzjon mill-elettriku jiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Għalhekk, il-Ġermanja ssostni li, għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni fil-Kawża Essent (110), fejn ma ngħata l-ebda servizz għall-ħlasijiet li saru, is-soprataxxa tal-EEG tikkorrespondi għal servizz mogħti. It-tieni, is-soprataxxa tal-EEG allegatament tiġi imposta sabiex tissodisfa l-obbligi imposti mil-liġi tal-Unjoni, jiġifieri mid-Direttiva 2009/28/KE. |
(230) |
Il-Kummissjoni ma tistax taqbel mar-raġunament ipprovdut mill-Ġermanja. |
(231) |
L-ewwel nett, filwaqt li huwa minnu li s-soprataxxa tal-EEG tiffinanzja t-twaqqif tal-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli, hija tappoġġja l-produzzjoni tal-elettriku ġġenerat f'dawk l-installazzjonijiet. Dan huwa muri mill-fatt li s-soprataxxa tal-EEG tiġi imposta għal kull kilowatt fis-siegħa tal-elettriku kkonsmat. It-tieni, is-similarità bejn l-elettriku EEG prodott domestikament u l-elettriku EEG importat ma tistax titbiddel mis-sempliċi fatt li l-elettriku EEG importat ma jitqiesx għall-kisba tal-mira stabbilita mid-Direttiva 2009/28/KE. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, is-similarità għandha tiġi vvalutata “abbażi, mhux tal-kriterju tan-natura strettament identika tal-prodotti, iżda ta' dak tal-użu simili u komparabbli tagħhom” (111). Jeħtieġ li l-kwistjoni tas-similarità tiġi distinta mid-differenza fit-trattament: Differenza fit-trattament teżisti biss fir-rigward tal-elettriku importat li kien ikun eliġibbli skont l-Att tal-EEG 2012 li kieku kien prodott fil-Ġermanja. F'dak ir-rigward, il-kwistjoni dwar jekk l-elettriku SER importat jitqiesx għall-kisba tal-mira stabbilita mid-Direttiva 2009/28/KE hija irrilevanti. |
(232) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-affermazzjoni tal-Ġermanja li s-soprataxxa tal-EEG ma tikkostitwixxi l-ebda imposta skont it-tifsira tal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat. L-ewwel nett, kif sostniet il-Qorti fil-Kawża Essent, huwa irrilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat li l-ħlas ma jiġix impost mill-Istat direttament, iżda mit-TSOs (112). It-tieni, jidher li ma hemm l-ebda servizz jew assi li għalihom is-soprataxxa tal-EEG imħallsa mill-fornituri tal-elettriku tkun tikkostitwixxi ħlas adegwat. Il-kwalità rinnovabbli, bħala tali, ma għandha l-ebda benefiċċju għall-fornituri tal-elettriku, minħabba li hija tiġi trażmessa separatament mill-elettriku EEG innifsu. Barra minn hekk, il-pagamenti magħmula mill-fornituri mhumiex proporzjonati għas-servizz mogħti, minħabba li l-pagamenti tagħhom ivarjaw skont kemm ikollhom klijenti mhux privileġġjati, filwaqt li s-servizz li suppost jingħata, jiġifieri li l-elettriku jkun ta' kwalità rinnovabbli, huwa indiviżibbli u l-istess għal kulħadd. It-tielet, is-soprataxxa tal-EEG ma tiġix imposta abbażi tal-ispezzjonijiet, u lanqas ma tiġi imposta direttament abbażi tal-obbligi li joriġinaw mil-liġi tal-Unjoni. Id-Direttiva 2009/28/KE tobbliga lill-Ġermanja sabiex tintroduċi miżuri li jiżguraw żieda kostanti fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva); l-implimentazzjoni titħalla għad-diskrezzjoni tal-Ġermanja, kemm fir-rigward tal-miżuri speċifiċi (l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva) kif ukoll fil-mod kif dawn jiġu ffinanzjati. |
(233) |
Kif sostniet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, l-Artikoli 30 u 110 jipprojbixxu biss il-finanzjament ta' skema ta' appoġġ għall-produzzjoni nazzjonali permezz ta' ħlas diskriminatorju impost fuq il-prodotti importati. Huma ma jobbligawx lill-Istat Membru sabiex jestendi l-benefiċċju tal-iskema ta' appoġġ għall-prodotti importati. Din id-Deċiżjoni, bħal deċiżjonijiet preċedenti dwar l-iskemi ta' appoġġ nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli (113), ma tikkontestax il-fatt li l-appoġġ skont l-Att tal-EEG 2012 huwa limitat għall-produzzjoni nazzjonali. Madankollu, meta jfasslu l-iskemi ta' appoġġ tagħhom, l-Istati Membri ma jistgħux jintroduċu imposti diskriminatorji skont it-tifsira tal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat. |
(234) |
Is-sentenza fil-kawża Ålands Vindkraft ma tbiddilx il-valutazzjoni rigward l-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat. L-ewwel nett, l-unika kwistjoni f'dak il-każ kienet dwar jekk sistema ta' appoġġ nazzjonali għall-produtturi tal-enerġija rinnovabbli kellhiex tkun aċċessibbli għall-produtturi li jinsabu fi Stati Membri oħrajn (il-Qorti sostniet li dan ma kienx il-każ). Is-sentenza ma kinitx tikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk, barra minn hekk, tali sistema ta' appoġġ nazzjonali tistax tiġi ffinanzjata permezz ta' ħlas diskriminatorju impost ukoll fuq operaturi ekonomiċi li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. It-tieni, fuq talba tal-Qorti Svediża, il-Qorti pprovdiet interpretazzjoni tal-Artikolu 34 dwar ir-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-moviment ħieles tal-merkanzija; ir-referenza għal deċiżjoni preliminari ma kinitx tikkonċerna l-Artikoli 30 u 110 dwar id-dazji u t-taxxi diskriminatorji, li fir-rigward tagħhom, konsegwentement, il-Qorti ma qalet xejn. It-tielet, il-Qorti sabet li r-rifjut tal-Isvezja li tagħti lir-rikorrent aċċess għas-sistema taċ-ċertifikati tagħha, filwaqt li jikkostitwixxi miżura b'effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva, kien ġustifikat minn raġunijiet ta' politika ambjentali u kien proporzjonat fil-kisba ta' dak l-objettiv tal-politika ambjentali (114). Madankollu, miżuri diskriminatorji li jiksru l-Artikoli 30 u 110 mhumiex ġustifikabbli, lanqas għal raġunijiet ambjentali: il-Kummissjoni ma tista' tara l-ebda każ fejn il-ħarsien ambjentali (jew, aktar minn hekk, kwalunkwe rekwiżit prevalenti ieħor ta' interess ġenerali) jista' jiġi estiż bl-impożizzjoni ta' obbligu pekunarju li jġiegħel lill-operaturi ekonomiċi fi Stati Membri oħrajn iħallsu aktar mill-kompetituri domestiċi tagħhom. |
(235) |
Madankollu, filwaqt li żammet il-pożizzjoni tagħha li s-soprataxxa tal-EEG ma tiksirx l-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat, il-Ġermanja impenjat ruħha li tinvesti f'interkonnetturi u proġetti tal-enerġija Ewropej simili (ara d-deskrizzjoni fil-premessa 19). Dawk l-investimenti jkunu ekwivalenti għall-ammont stmat tad-diskriminazzjoni allegata. |
(236) |
Ir-rimedju tas-soltu għal ksur tal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat huwa r-rimborż tal-ħlasijiet imposti. Madankollu, l-investiment mill-ġdid tas-sehem tad-dħul minn imposta parafiskali li nġabret minn importazzjonijiet fi proġetti u infrastruttura, li minnu jibbenefikaw l-importazzjonijiet, kien rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala rimedju xieraq għad-diskriminazzjoni potenzjali storika skont l-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat (115). |
(237) |
Sabiex jiġi ddeterminat is-sehem tad-dħul li sar fil-passat mis-soprataxxa tal-EEG li għandu jiġi allokat għal dawn l-investimenti, l-ewwel pass irid ikun li jiġu kkalkolati l-importazzjonijiet tal-elettriku EEG eliġibbli fil-Ġermanja. Il-Ġermanja indikat li fil-perjodu tal-applikazzjoni tal-Att tal-EEG 2012, jiġifieri bejn Jannar 2012 u Lulju 2014, is-sehem tal-garanziji ta' oriġini li jikkorrespondu għall-elettriku SER u li jistgħu jiġu appoġġjati fil-qafas tal-Att tal-EEG 2012, kien jammonta għal madwar 1 349 GWh: 519 GWh fl-2012, 283 GWh fl-2013 u 547 GWh fl-2014. Is-sehem ferm akbar ta' garanziji ta' oriġini mhux inklużi f'dan l-ammont jikkorrespondi għal impjanti idroelettriċi kbar u antiki, li ma kinux ikunu eliġibbli skont l-Att tal-EEG 2012. Madankollu, billi l-garanziji ta' oriġini jistgħu jiġu nnegozjati separatament, minnhom infushom mhumiex biżżejjed sabiex jiddeterminaw kemm tabilħaqq qiegħed jiġi importat elettriku EEG. Il-Ġermanja indikat li effettivament l-importazzjonijiet setgħu kienu inqas, iżda ma setgħetx tipprovdi informazzjoni dwar kemm l-elettriku ekoloġiku importat ikkalkolat, li huwa deskritt hawnhekk, seta' jkun kopert minn kuntratti tal-importazzjoni fiżiċi. |
(238) |
It-tieni pass huwa li jiġi evalwat sa liema punt saret diskriminazzjoni kontra l-elettriku ekoloġiku importat. Id-diskriminazzjoni tinsab fil-fatt li, minkejja li kemm il-produzzjoni domestika tal-elettriku EEG kif ukoll l-importazzjonijiet tal-elettriku EEG jikkontribwixxu għas-soprataxxa tal-EEG, hija biss il-produzzjoni domestika tal-elettriku EEG li tibbenefika minnha (fi ħdan il-limiti tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà). |
(239) |
Bħala tali, id-diskriminazzjoni tista' titkejjel skont il-livell tas-soprataxxa tal-EEG impost fuq l-elettriku EEG importat. Madankollu, ta' min wieħed jinnota li kwalunkwe rimborż ma jkoprix is-soprataxxa kollha bħala tali, iżda jkun limitat għall-forma ipotetika tal-appoġġ riċevut (tariffi garantiti, primjums tas-suq jew il-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku). Tabilħaqq, minħabba li l-produtturi tal-elettriku EEG domestiku jħallsu wkoll is-soprataxxa, iżda jirċievu l-appoġġ għall-EEG, ikun hemm differenza fit-trattament biss sal-punt li l-importazzjonijiet ikollhom iħallsu s-soprataxxa mingħajr ma jirċievu ebda appoġġ. Essenzjalment, id-diskriminazzjoni hija ekwivalenti għal-livell ta' appoġġ li ma jkunx ibbenefika minnu l-elettriku EEG importat. |
(240) |
Fir-rigward tat-tariffi garantiti u l-primjums tas-suq, il-Kummissjoni tinnota li minħabba li dawn ivarjaw minn teknoloġija EEG għal oħra, ikun meħtieġ li jiġu stabbiliti t-tipi differenti ta' elettriku EEG li kienu effettivament importati, u f'liema kwantitajiet, sabiex dawk il-forom ta' appoġġ ikunu jistgħu jiġu applikati għall-importazzjonijiet. Madankollu, billi l-Ġermanja spjegat li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-EEG reali, mhuwiex possibbli li d-diskriminazzjoni titkejjel bl-applikazzjoni tat-tariffa garantita speċifika jew tal-primjum tas-suq speċifiku għall-ammont korrispondenti ta' importazzjonijiet. |
(241) |
B'kuntrast ma' dan, il-vantaġġ li jirriżulta mill-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku jista' jiġi stabbilit b'mod aktar faċli: il-Ġermanja indikat li, fil-prattika, il-vantaġġ li jirriżulta mill-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku kien inqas minn 4 ct/kWh. Dan minħabba li l-fornituri tal-elettriku li japplikaw għall-privileġġ jirċievu biss it-tnaqqis ta' 2 ct/kWh fuq il-portafoll sħiħ tagħhom jekk jirnexxielhom ikollhom mill-inqas 50 % tal-elettriku ġej minn SER. Sabiex jevitaw jew inaqqsu r-riskju li għal ftit ma jiksbux il-mira ta' 50 % (f'liema każ is-soprataxxa tal-EEG sħiħa tkun dovuta fuq il-portafoll kollu), il-fornituri tal-elettriku jixtru l-elettriku EEG b'marġni ta' sigurtà, jiġifieri, f'ammont li jeċċedi l-50 % meħtieġ, xi drabi sa 60 %. F'dak il-każ, sabiex jiġi kkalkolat il-vantaġġ tal-ispiża li potenzjalment jista' jiġi ttrasferit lill-produtturi tal-elettriku SER, it-tnaqqis fis-soprataxxa tal-EEG miksub għall-portafoll kollu, jiġifieri, 2 ct/kWh, jeħtieġ li jinqasam b'sehem ogħla ta' SER. Pereżempju, għal sehem ta' 60 %, il-vantaġġ tal-ispiża reali li jkun jista' jiġi ttrasferit ma jammontax għal 4 ct/kWh, iżda għal 3,3 ct/kWh biss. Bħala medja, il-vantaġġ massimu li jirriżulta mill-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku kien ta' 3,8 ct/kWh fl-2012, 3,2 ct/kWh fl-2013 u 3,9 ct/kWh fl-2014. |
(242) |
Jidher li l-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku kien kemmxejn ogħla mis-soprataxxa tal-EEG fl-2012, iżda inqas mis-soprataxxi fl-2013 u fl-2014. Jidher ukoll li l-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku kien aktar baxx mill-vantaġġ inkluż fi wħud mit-tariffi garantiti (wara tnaqqis tal-prezz fis-suq), pereżempju għall-enerġija mix-xemx, iżda ogħla mill-vantaġġ inkluż f'tariffi garantiti oħrajn, pereżempju għall-enerġija mir-riħ. Iżda anki jekk il-privileġġ jista' sa ċertu punt jissottovaluta l-kobor proprju tad-diskriminazzjoni, wieħed għandu jżomm f'moħħu li, l-ammonti ta' garanziji ta' oriġini jamplifikaw il-kobor tal-importazzjonijiet. Għalhekk, il-fehma tal-Kummissjoni hija li l-metodu użat mill-Ġermanja (deskritt fil-premessa 238 et seq.) huwa xieraq. Il-vantaġġ li jirriżulta mill-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku, flimkien maċ-ċifri li jirrigwardaw il-garanziji importati ta' oriġini, jistgħu jitqiesu bħala indikatur raġonevoli tal-punt sa fejn saret diskriminazzjoni kontra l-elettriku EEG importat skont l-Att tal-EEG 2012. |
(243) |
Bl-użu tal-valuri għall-importazzjonijiet eliġibbli tal-elettriku EEG stabbiliti fil-premessa 237 u tal-valuri għall-privileġġ tal-elettriku ekoloġiku stabbiliti fil-premessa 241, l-ammont li għandu jiġi investit mill-ġdid jammonta għal EUR 50 miljun (116). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tħares lejn l-impenn tal-Ġermanja li tinvesti EUR 50 miljun (ara l-premessa 19) f'interkonnetturi u proġetti tal-enerġija Ewropej bħala wieħed li jirrimedja d-diskriminazzjoni potenzjali storika skont l-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat. |
8. IL-LINGWA AWTENTIKA
(244) |
Kif issemma taħt it-Taqsima 1 ta' din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja rrinunzjat id-dritt tagħha li jkollha d-deċiżjoni adottata fil-Ġermanja. Għalhekk, il-lingwa awtentika se tkun l-Ingliż. |
9. KONKLUŻJONI U L-IRKUPRU
(245) |
Fid-dawl tal-fatt li l-ksur storiku tal-Artikoli 30 u 110 tat-Trattat mis-soprataxxa tal-EEG kien irrimedjat, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-appoġġ għall-produtturi tal-elettriku EEG, li nstab li kien kompatibbli fil-premessi 187 u 200 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, huwa konformi wkoll mas-suq intern f'dak li jirrigwarda l-mekkaniżmu tal-finanzjament tiegħu. |
(246) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ġermanja implimentat b'mod illeċitu l-għajnuna għall-appoġġ tal-produzzjoni tal-elettriku EEG u għall-impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
(247) |
L-għajnuna għandha tiġi rkuprata sakemm din tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
(248) |
L-irkupru għandu jkopri biss it-tnaqqis mis-soprataxxa tal-EEG mogħti fir-rigward tas-snin 2013 u 2014 (minn hawn 'il quddiem “is-snin ikkonċernati”). |
(249) |
L-ammonti rikuperabbli għandhom jiġu limitati, għal kull waħda mis-snin ikkonċernati, għad-differenza bejn l-ammont kompatibbli għal dik is-sena, kif iddeterminat skont il-premessi 251, 252 u 253, u l-ammont ta' soprataxxa tal-EEG li kien effettivament imħallas mill-benefiċjarju fis-sena kkonċernata. |
(250) |
Fil-prinċipju, l-ammont ta' soprataxxa tal-EEG li kien effettivament imħallas mill-benefiċjarju fis-sena kkonċernata jinkiseb permezz tal-applikazzjoni tas-soprataxxa mnaqqsa għal dik is-sena fuq il-konsum tal-elettriku tal-benefiċjarju f'dik l-istess sena. Madankollu, sabiex jitħaffef l-irkupru, u billi d-dejta dwar il-konsum għas-snin ikkonċernati għadha mhijiex disponibbli għall-impriżi kollha kkonċernati mill-irkupru, bħala l-ewwel pass, il-Ġermanja se tuża l-konsum tal-elettriku li kien sottomess fl-applikazzjonijiet għall-kalkolazzjoni ta' ammont ta' rkupru preliminari, li għandu jiġi rkuprat minnufih. It-tieni pass ikun li l-Ġermanja tapplika d-dejta dwar il-konsum reali tas-snin ikkonċernati sabiex tiddetermina l-ammonti ta' rkupru finali u tieħu l-passi neċessarji sabiex tiżgura l-irkupru jew ir-ripagament abbażi ta' dawk l-ammonti finali (dan it-tieni pass fil-proċess ta' rkupru ssir referenza għalih bħala l-“mekkaniżmu ta' korrezzjoni”). |
(251) |
L-ewwel pass fid-determinazzjoni tal-ammont kompatibbli jinsab fl-applikazzjoni tat-Taqsima 3.7.2 tal-Linji Gwida tal-2014. L-impriża li bbenefikat mit-tnaqqis għandha tkun tappartjeni għas-setturi elenkati fl-Anness 3 tal-Linji Gwida tal-2014 (il-punt 185 tal-Linji Gwida tal-2014) jew, jekk dan ma jkunx il-każ, l-impriża għandu jkollha intensità elettrika ta' mill-inqas 20 % u tkun tappartjeni għal settur b'intensità ta' kummerċ ta' mill-inqas 4 % fil-livell tal-Unjoni, anki jekk ma tkunx tappartjeni għal wieħed mis-setturi elenkati fl-Anness 3 tal-Linji Gwida tal-2014 (il-punt 186 tal-Linji Gwida tal-2014). Għall-applikazzjoni tal-punt 186 tal-Linji Gwida tal-2014, kif ġie spjegat fil-premessa 202, tista' tintuża d-dejta sottomessa fl-applikazzjonijiet magħmula fir-rigward tas-snin ikkonċernati. |
(252) |
Barra minn hekk, jekk l-impriża tkun eliġibbli abbażi tal-premessa 251, l-impriża għandha tħallas mill-inqas 15 % tal-ispejjeż addizzjonali mingħajr tnaqqis (il-punt 188 tal-Linji Gwida tal-2014). Madankollu, l-ammont pagabbli jista' jiġi limitat fil-livell tal-impriżi għal 4 % tal-valur gross miżjud tal-impriża kkonċernata. Barra minn hekk, għall-impriżi li jkollhom intensità elettrika ta' mill-inqas 20 %, l-ammont pagabbli jista' jiġi limitat għal 0,5 % tal-valur gross miżjud tal-impriża kkonċernata (il-punt 189 tal-Linji Gwida tal-2014). Għall-applikazzjoni tal-punt 189 tal-Linji Gwida tal-2014, kif ġie spjegat fil-premessa 202, tista' tintuża d-dejta sottomessa fl-applikazzjonijiet magħmula fir-rigward tas-snin ikkonċernati. Fil-prinċipju, jekk l-impriża ma tkunx eliġibbli abbażi tal-premessa 251, l-ammont pagabbli jkun, skont it-Taqsima 3.7.2 tal-Linji Gwida tal-2014, ekwivalenti għas-soprataxxa tal-EEG mingħajr tnaqqis, soġġett għar-regola ta' tranżitu msemmija fil-punt 197 tal-Linji Gwida tal-2014. |
(253) |
Jekk, għal kwalunkwe waħda mis-snin ikkonċernati, l-ammont pagabbli ddeterminat abbażi tal-premessa 252 ikun ogħla mill-ammont effettivament imħallas mill-benefiċjarju f'dik is-sena, id-dispożizzjonijiet tal-pjan ta' aġġustament japplikaw kif stipulat fil-premessa 212: Għall-2013, l-ammont kompatibbli ma għandux jaqbeż il-125 % tas-soprataxxa li kienet effettivament imħallsa fl-2013 (jiġifieri, l-istess sena). Għall-2014, l-ammont kompatibbli ma għandux jaqbeż il-150 % tas-soprataxxa li kienet effettivament imħallsa fl-2013 (jiġifieri, is-sena ta' qabel). Kif ġie spjegat fil-premessa 250, is-soprataxxa effettivament imħallsa fl-2013 u fl-2014 tista', bl-iskop li jiġi ddeterminat l-ammont ta' rkupru preliminari, tkun ibbażata fuq id-dejta dwar il-konsum tal-elettriku inkluża fl-applikazzjoni tal-impriża għat-tnaqqis fl-2013 u fl-2014. Għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta' korrezzjoni, tintuża d-dejta dwar il-konsum tal-elettriku reali għall-2013 u l-2014, ladarba din tkun disponibbli. |
(254) |
Jekk l-ammont pagabbli ddeterminat abbażi tal-premessi 251, 252 u 253 ma jkunx ogħla mill-ammont effettivament imħallas mill-benefiċjarju fi kwalunkwe waħda mis-snin ikkonċernati, ma jkun hemm l-ebda rkupru. |
(255) |
Meta l-ammont totali tal-għajnuna riċevuta minn benefiċjarju jkun inqas minn EUR 200 000 u meta l-għajnuna tissodisfa l-kriterji l-oħrajn kollha tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (117) jew tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 (118), din l-għajnuna għandha titqies bħala li ma tikkostitwixxi l-ebda għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, għalhekk, ma għandhiex tkun soġġetta għal irkupru. |
(256) |
Meta l-ammont totali tal-għajnuna riċevuta minn benefiċjarju jkun aktar minn EUR 200 000, li minnu għandu jiġi rkuprat ammont ta' inqas minn EUR 200 000, ir-Regolamenti (KE) Nru 1998/2006 u (UE) Nru 1407/2013 ma japplikawx, minħabba li l-għajnuna tikkonċerna l-istess spejjeż eliġibbli u għalhekk il-kumulazzjoni tiġi eskluża (l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 u l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006). Għaldaqstant, dawn l-ammonti jkunu jridu jiġu rkuprati. |
(257) |
Il-Kummissjoni kompliet teżamina jekk hemmx xi ostakoli għall-irkupru skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Kif ġie deskritt fil-premessa 172, xi partijiet interessati sostnew li l-aġġustament fl-2013 u fl-2014 għandu jkun kemm jista' jkun żgħir sabiex jissalvagwardja l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji, kif ukoll li ma għandu jsir l-ebda rkupru. Madankollu, għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi 146 et seq., id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża NN 27/00 ma tistax tagħti lok għal aspettattivi leġittimi min-naħa tal-benefiċjarji, minħabba li l-Att tal-EEG 2012 huwa differenti mill-Att tal-EEG 2000 u ġie adottat aktar minn għaxar snin wara, kif ukoll minħabba li, b'mod partikolari, il-BesAR ma kinitx teżisti fl-Att tal-EEG 2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat għall-appoġġ tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u minn gass estratt mill-minjieri, inkluż il-mekkaniżmu ta' finanzjament tiegħu, mogħtija fuq il-bażi tal-Erneuerbare-Energien-Gesetz 2012 (l-Att tal-EEG 2012), implimentata b'mod illeċitu mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, hija kompatibbli mas-suq intern, soġġetta għall-implimentazzjoni tal-impenn stabbilit fl-Anness I mill-Ġermanja.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni taċċetta l-pjan ta' aġġustament sottomess mill-Ġermanja fir-rigward tas-snin 2013 u 2014, kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 3
1. L-għajnuna mill-Istat, li tikkonsisti fi tnaqqis fis-soprataxxa għall-iffinanzjar tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli (is-soprataxxa tal-EEG) fis-snin 2013 u 2014 għall-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija (Besondere Ausgleichsregelung, BesAR), implimentata b'mod illeċitu mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, tkun kompatibbli mas-suq intern jekk taqa' taħt waħda mill-erba' kategoriji msemmija f'dan il-paragrafu.
Meta l-għajnuna mill-Istat tkun ingħatat lil intrapriża li tappartjeni għal xi settur elenkat fl-Anness 3 għal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (il-Linji Gwida tal-2014), hija titqies kompatibbli mas-suq intern jekk l-intrapriża tkun ħallset mill-inqas 15 % tal-ispejjeż addizzjonali li jkunu ġarrbu l-fornituri tal-elettriku minħabba l-obbligi li jkollhom li jixtru l-enerġija rinnovabbli, obbligi li sussegwentement jgħaddu għand il-klijenti tagħhom. Jekk l-intrapriża tkun ħallset inqas minn 15 % ta' dawk l-ispejjeż addizzjonali, l-għajnuna mill-Istat xorta waħda titqies bħala kompatibbli jekk l-intrapriża tkun ħallset ammont li jikkorrespondi għal mill-inqas 4 % tal-valur gross miżjud tagħha jew, għall-intrapriżi b'intensità elettrika ta' mill-inqas 20 %, għal mill-inqas 0,5 % tal-valur gross miżjud.
Meta l-għajnuna mill-Istat tkun ingħatat lil intrapriża li ma tappartjenix għal xi settur elenkat fl-Anness 3 għal-Linji Gwida tal-2014, iżda kellha intensità elettrika ta' mill-inqas 20 % fl-2012 u f'dik is-sena kienet tappartjeni għal settur b'intensità kummerċjali ta' mill-inqas 4 % fil-livell tal-Unjoni, hija titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk l-intrapriża tkun ħallset mill-inqas 15 % tal-ispejjeż addizzjonali li jkunu ġarrbu l-fornituri tal-elettriku minħabba l-obbligi li jkollhom li jixtru enerġija rinnovabbli, obbligi li sussegwentement jgħaddu għand il-konsumaturi tal-elettriku. Jekk l-intrapriża tkun ħallset inqas minn 15 % ta' dawk l-ispejjeż addizzjonali, l-għajnuna mill-Istat xorta waħda titqies bħala kompatibbli jekk l-intrapriża tkun ħallset ammont li jikkorrespondi għal mill-inqas 4 % tal-valur gross miżjud tagħha jew, għall-intrapriżi b'intensità elettrika ta' mill-inqas 20 %, għal mill-inqas 0,5 % tal-valur gross miżjud.
Meta l-għajnuna mill-Istat tkun ingħatat lil intrapriża eliġibbli għal għajnuna kompatibbli mill-Istat abbażi tat-tieni jew tat-tielet subparagrafu, iżda l-ammont tas-soprataxxa tal-EEG imħallas mill-intrapriża ma jkunx laħaq il-livell mitlub minn dawk is-subparagrafi, il-partijiet tal-għajnuna li ġejjin jitqiesu bħala kompatibbli:
(a) |
għall-2013, il-parti tal-għajnuna li taqbeż il-125 % tas-soprataxxa effettivament imħallsa mill-intrapriża fl-2013; |
(b) |
għall-2014, il-parti tal-għajnuna li taqbeż il-150 % tas-soprataxxa effettivament imħallsa mill-intrapriża fl-2013. |
Meta l-għajnuna mill-Istat tkun ingħatat lil intrapriża mhux eliġibbli għal għajnuna kompatibbli mill-Istat abbażi tat-tieni jew tat-tielet subparagrafu, u meta l-intrapriża tkun ħallset inqas minn 20 % tal-ispejjeż addizzjonali tas-soprataxxa mingħajr tnaqqis, il-partijiet tal-għajnuna li ġejjin jitqiesu bħala kompatibbli:
(a) |
għall-2013, il-parti tal-għajnuna li taqbeż il-125 % tas-soprataxxa effettivament imħallsa mill-intrapriża fl-2013; |
(b) |
għall-2014, il-parti tal-għajnuna li taqbeż il-150 % tas-soprataxxa effettivament imħallsa mill-intrapriża fl-2013. |
2. Kwalunkwe għajnuna li mhijiex koperta mill-paragrafu 1 titqies bħala inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 4
L-għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi tal-iskemi ta' għajnuna msemmija fl-Artikoli 1 u 3 ma tikkostitwixxi l-ebda għajnuna jekk, fiż-żmien li ngħatat, hija kienet issodisfat il-kundizzjonijiet stipulati mir-regolament adottat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (119), li kien applikabbli fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna.
Artikolu 5
L-għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi tal-iskemi ta' għajnuna msemmija fl-Artikoli 1 u 3 li, fiż-żmien li ngħatat, kienet issodisfat il-kundizzjonijiet stipulati mir-regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, jew minn kwalunkwe skema ta' għajnuna approvata, titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, sal-intensitajiet tal-għajnuna massimi applikabbli għal tali tip ta' għajnuna.
Artikolu 6
1. Il-Ġermanja tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 3(2) mingħand il-benefiċjarji skont il-metodu deskritt fl-Anness III.
2. Is-somom li jridu jiġu rkuprati jkollhom imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru attwali tagħhom.
3. L-imgħax jiġi kkalkolat fuq bażi komposta b'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (120).
4. Il-Ġermanja tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna fil-qafas tal-iskema msemmija fl-Artikolu 3(2) b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
1. L-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 3(2) jkun immedjat u effettiv.
2. Il-Ġermanja tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni billi tirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija.
3. Meta l-Ġermanja tirkupra biss l-ammonti ta' rkupru preliminari stipulati fil-paragrafu (4) tal-Anness III, il-Ġermanja tiżgura li l-mekkaniżmu ta' korrezzjoni deskritt fil-paragrafu (4) tal-Anness III jiġi implimentat fi żmien sena mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-lista ta' benefiċjarji li rċevew l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) u l-ammont totali tal-għajnuna riċevuta minn kull wieħed minnhom fil-qafas tal-iskema; |
(b) |
l-ammont ta' rkupru preliminari totali (kapital u imgħax tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju; |
(c) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u ta' dawk li huma ppjanati sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Deċiżjoni, inkluż l-impenn imsemmi fl-Anness I; |
(d) |
id-dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna u li l-impenn imsemmi fl-Anness I ġie rispettat. |
2. Il-Ġermanja żżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-impenn stabbilit fl-Anness I ikun ġie implimentat b'mod sħiħ. Hija tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri meħuda diġà u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Hija tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħax tal-irkupru diġà rkuprati mill-benefiċjarji.
Artikolu 9
Il-Ġermanja impenjat ruħha li terġa' tinvesti EUR 50 miljun f'interkonnetturi u fi proġetti tal-enerġija Ewropej. Il-Ġermanja żżomm lill-Kummissjoni informata bl-implimentazzjoni ta' dan l-impenn.
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 37, 7.2.2014, p. 73, u ĠU C 250, 1.8.2014, p. 15.
(2) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.
(3) Ir-Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Serje I, Volum 1952-1958, p. 59).
(4) Gesetz für den Vorrang Erneuerbarer Energien (Erneuerbare-Energien-Gesetz — EEG), kif emendat minn Gesetz zur Neuregelung des Rechtsrahmens für die Förderung der Stromerzeugung aus erneuerbaren Energien, Bundesgesetzblatt, Parti I, p. 1634, u minn Gesetz zur Änderung des Rechtsrahmens für Strom aus solarer Strahlungsenergie und zu weiteren Änderungen im Recht der erneuerbaren Energien vom 17. August 2012, Bundesgesetzblatt, Parti I, p. 1754.
(5) Gesetz zur grundlegenden Reform des Erneuerbare-Energien-Gesetzes und zur Änderung weiterer Bestimmungen des Energiewirtschaftsrechts vom 21. Juli 2014, Bundesgesetzblatt, Parti I, p. 1066.
(6) Il-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38632 (2014/N) — il-Ġermanja: EEG 2014 — Riforma tal-Liġi dwar l-Enerġija Rinnovabbli (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).
(7) Verordnung zur Weiterentwicklung des bundesweiten Ausgleichsmechanismus vom 17 Juli 2009, Bundesgesetzblatt, Parti. I, p. 2101, kif emendat mill-Artikolu 2 ta' Gesetz tas-17 August 2012, Bundesgesetzblatt, Parti I, p. 1754.
(8) Verordnung zur Ausführung der Verordnung zur Weiterentwicklung des bundesweiten Ausgleichsmechanismus (Ausgleichsmechanismus-Ausführungsverordnung — AusglMechAV) vom 22. Februar 2010, Bundesgesetzblatt, Parti I, p. 134, kif emendat minn Zweite Verordnung zur Änderung der Ausgleichsmechanismus-Ausführungsverordnung vom 19. Februar 2013, Bundesgesetzblatt, Parti I, p. 310.
(9) Il-limitu massimu jingħata wkoll lill-intrapriżi ferrovjarji. Dan il-limitu massimu mhuwiex eżaminat fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tivvaluta l-§ 42 tal-Att tal-EEG 2012 fi proċedura separata.
(10) ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.
(11) Il-Kawżi T-244/93 u T-486/93, TWD Textilwerke Deggendorf vs. il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1995;160.
(12) Gesetz zur grundlegenden Reform des Erneuerbare-Energien-Gesetzes und zur Änderung weiterer Bestimmungen des Energiewirtschaftsrechts vom 21. Juli 2014, Bundesgesetzblatt, Parti I, p. 1066.
(13) Skont § 11 AusglMechV, il-BNetzA tista' tippromulga r-regolamenti bi qbil mal-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura u s-Sikurezza Nukleari (issal-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura, il-Kostruzzjoni u s-Sikurezza Nukleari) u mal-Ministeru Federali tal-Ekonomija u t-Teknoloġija (issal-Ministeru Federali għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija).
(14) Gesetz über die Elektrizitäts- und Gasversorgung (Energiewirtschaftsgesetz — EnWG) vom, 7. Juli 2005, Bundesgesetzblatt, Parti I, p. 1970, 3621, kif emendat mill-Artikolu 3(4) ta' Gesetz vom 4. Oktober 2013, Bundesgesetzblatt, Parti I, p. 3746.
(15) Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(16) Il-Kawża C-379/98, PreussenElektra vs. Schleswag, ECLI:UE:C:2001:160.
(17) Il-Kawża C-677/11, Doux Élevage. ECLI:UE:C:2013:348.
(18) ĠU C 164, 10.7.2002, p. 5.
(19) Il-Kawża C-280/00, Altmark Trans, ECLI:UE:C:2003:415.
(20) Il-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord, ECLI:UE:C:2008:413.
(21) Il-Kawża C-262/12, Association Vent de Colère!, ECLI:UE:C:2013:851.
(22) Il-kawża C-573/12, Ålands Vindkraft, ECLI:UE:C:2014:2037.
(23) Il-Kawża C-280/00, Altmark Trans, ECLI:UE:C:2003:415, il-paragrafi minn 87 sa 93. Il-kriterji ta' Altmark ġew stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jikkjarifikaw taħt liema ċirkostanzi kumpens ipprovdut minn awtorità pubblika għall-eżekuzzjoni ta' Servizz ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (Service of General Economic Interest — “SGEI”) jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
(24) B'sostenn għal dan l-argument, il-Ġermanja tiċċita r-rapport tal-Kunsill tar-Regolaturi Ewropej tal-Enerġija (CEER) tal-25 ta' Ġunju 2013, intitolat “Renewable and Energy Efficiency Support Schemes in Europe” (b'mod partikolari, it-tabelli fil-paġni 18-20).
(25) Il-Kawża C-387/92, Banco Exterior de España, ECLI:UE:C:1994:100, il-paragrafu 13; il-Kawża C-156/98, Il-Ġermanja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2000:467, il-paragrafu 25; il-Kawża C-6/97, L-Italja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:1999:251, il-paragrafu 15; il-Kawża C-172/03, Heiser, ECLI:UE:C:2005:130, il-paragrafu 36; il-Kawża C-126/01, GEMO SA, ECLI:UE:C:2003:622, il-paragrafi minn 28 sa 31 dwar il-ġbir u r-rimi bla ħlas tal-iskart.
(26) Il-Kawża 173/73, L-Italja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:1974:71, il-paragrafu 17. Ara wkoll il-Kawża T-55/99, CETM vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2000:223, il-paragrafu 85.
(27) Il-Kawża T-177/10, Alcoa Trasformazioni vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2014:897, il-paragrafi minn 82 sa 85.
(28) Il-Kawża T-177/10, Alcoa Trasformazioni vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2014:897, il-paragrafu 82.
(29) Il-Kawża T-177/10, Alcoa Trasformazioni vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2014:897, il-paragrafu 84.
(30) Il-Kawża T-177/10, Alcoa Trasformazioni vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2014:897, il-paragrafu 85.
(31) Il-Kawża C-143/99, Adria-Wien Pipeline, ECLI:UE:C:2001:598, il-paragrafu 48.
(32) Il-Kawżi Konġunti C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, ECLI:UE:C:2011:550, il-paragrafu 69.
(33) Il-Kawża C-75/97, Il-Belġju vs il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:1999:311, il-paragrafu 38 et seq.; il-Kawża C-172/03, Heiser, ECLI:UE:C:2005:130; il-Kawża C-487/06 P, British Aggregates Association vs il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2008:757, il-paragrafi minn 86 sa 92; il-Kawża C-143/99, Adria-Wien Pipeline, ECLI:UE:C:2001:598, il-paragrafi 43, 52 et seq.
(34) Il-Kawża C-280/00, Altmark Trans, ECLI:UE:C:2003:415, il-paragrafu 87.
(35) Il-Kawża C-280/00, Altmark Trans, ECLI:UE:C:2003:415, il-paragrafi minn 89 sa 93.
(36) Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(37) Il-Kawżi Konġunti 67/85, 68/85 u 70/85, Kwekerij Gebroeders van der Kooy et al., ECLI:UE:C:1988:38; il-Kawża T-157/01, Danske Busvognmænd vs il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2004:76; il-Kawżi Konġunti T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Hotel Cipriani et al. vs il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2008:537.
(38) Il-Kawżi Konġunti 67/85, 68/85 u 70/85, Kwekerij Gebroeders van der Kooy et al., ECLI:UE:C:1988:38, il-paragrafu 30.
(39) Il-Kawża T-157/01, Danske Busvognmænd vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2004:76, il-paragrafu 57.
(40) Il-Kawżi konġunti T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Hotel Cipriani et al. vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2008:537, il-paragrafu 185.
(41) Il-Kawża C-71/09 P, Comitato “Venezia vuole vivere” et al. vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2011:368.
(42) Il-Kawża C-71/09 P, Comitato “Venezia vuole vivere” et al. vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2011:368, il-paragrafu 92.
(43) Il-Kawża C-71/09 P, Comitato “Venezia vuole vivere” et al. vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2011:368, il-paragrafu 95.
(44) Il-Kawża C-71/09 P, Comitato “Venezia vuole vivere” et al. vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2011:368, il-paragrafu 96.
(45) Il-Kawża T-295/12, Il-Ġermanja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2014:675, il-paragrafu 144; il-Kawża T-309/12 — Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2014:676, il-paragrafu 261
(46) Il-Kawża T-226/09, British Telecommunications et al. vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2013:466, il-paragrafu 71.
(47) Cf. il-konklużjonijiet ta' AG Wathelet, il-Kawża C-242/13, Commerz Nederland, ECLI:UE:C:2014:308, il-paragrafi 75 et seq
(48) Il-Kawża C-677/11, Doux Élevage. ECLI:UE:C:2013:348.
(49) Il-Kawża C-78/76, Steinike & Weinlig vs. il-Ġermanja, ECLI:UE:C:1977:52, il-paragrafu 21.
(50) Il-Kawża C-677/11, Doux Élevage, ECLI:UE:C:2013:348, il-paragrafu 35.
(51) Il-Kawża C-262/12, Association Vent de Colère!, ECLI:UE:C:2013:851, il-paragrafi minn 16 sa 20.
(52) Il-Kawża C-262/12, Association Vent de Colère!, ECLI:UE:C:2013:851, il-paragrafu 21.
(53) Il-Kawża C-78/76, Steinike & Weinlig vs il-Ġermanja, ECLI:UE:C:1977:52, il-paragrafu 21; il-Kawża 173/73, L-Italja vs. il-Kummissjoni, UE:C:1974:71, il-paragrafu 16; il-Kawża 259/85, Franza vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:1987:478, il-paragrafu 23; il-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord, ECLI:UE:C:2008:413, il-paragrafu 66.
(54) Il-Kawża 173/73, L-Italja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:1974:71, il-paragrafu 16.
(55) Il-Kawża T-139/09, Franza vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2012:496, il-paragrafi 63 u 64.
(56) Il-Kawża C-379/98, PreussenElektra vs. Schleswag, ECLI:UE:C:2001:160.
(57) Il-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord, ECLI:UE:C:2008:413, il-paragrafu 70; il-Kawża C-262/12, Association Vent de Colère!, ECLI:UE:C:2013:851, il-paragrafu 20.
(58) Il-Kawża C-72/91, Sloman Neptun vs. Bodo Ziesemer, ECLI:UE:C:1993:97, il-paragrafu 19.
(59) Il-Kawża C-72/91, Sloman Neptun vs. Bodo Ziesemer, ECLI:UE:C:1993:97.
(60) Il-Kawża C-72/91, Sloman Neptun vs. Bodo Ziesemer, ECLI:UE:C:1993:97, il-paragrafu 21.
(61) Oberlandesgericht Hamm, sentenza tal-14 ta' Mejju 2013, ref. 19 U 180/12.
(62) Cf. il-Kawża C-78/76, Steinike & Weinlig vs. il-Ġermanja, ECLI:UE:C:1977:52, il-paragrafu 21.
(63) Il-Kawża C-275/13, Elcogás, ECLI:UE:C:2014:2314, il-paragrafu 29.
(64) Il-Kawża C-399/10 P, Bouygues et al. vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2013:175, il-paragrafu 103.
(65) Il-Kawża C-399/10 P, Bouygues et al. vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2013:175, il-paragrafu 104.
(66) Il-Kawża C-262/12, Association Vent de Colère!, ECLI:UE:C:2013:851, il-paragrafu 19; il-Kawża C-275/13, Elcogás, ECLI:UE:C:2014:2314, il-paragrafu 24.
(67) Il-Kawża C-262/12, Association Vent de Colère!, ECLI:UE:C:2013:851, il-paragrafu 25; il-Kawża 173/73, L-Italja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:1974:71, il-paragrafu 16.
(68) Il-Kawża C-677/11, Doux Élevage. ECLI:UE:C:2013:348, il-paragrafu 32.
(69) Il-Kawża C-677/11, Doux Élevage. ECLI:UE:C:2013:348, il-paragrafu 36.
(70) Il-Kawża C-677/11, Doux Élevage. ECLI:UE:C:2013:348, il-paragrafu 38.
(71) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 69..
(72) Il-Kawża C-279/08 P, il-Kummissjoni vs il-Pajjiżi l-Baxxi, ECLI:UE:C:2011:551, il-paragrafi minn 102 sa 113.
(73) Il-Kawża C-262/12, Association Vent de Colère!, ECLI:UE:C:2013:851, il-paragrafu 19; il-Kawża C-275/13, Elcogás, ECLI:UE:C:2014:2314, il-paragrafu 24.
(74) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 21.
(75) ĠU C 164, 10.7.2002, p. 5.
(76) L-Att tal-EEG 2012 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012, sabiex b'hekk l-ewwel tnaqqis li għalih setgħu japplikaw l-EIUs skont dik il-liġi kien dak mogħti fl-2013. It-tnaqqis mogħti fir-rigward tas-sena 2012 kien ibbażat fuq liġi differenti li tippreċedi l-Att tal-EEG 2012 u, għalhekk, mhuwiex eżaminat f'din il-proċedura.
(77) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(78) Is-sentenza fil-Kawża Il-Ġermanja u Oħrajn vs. Kronofrance, C-75/05 u C-80/05, ECLI:UE:C:2008:482, il-paragrafu 61, b'referenzi ulterjuri.
(79) Il-partijiet interessati rreferew għall-ġurisprudenza li ġejja: il-Kawża C-260/91, Diversinte, ECLI:UE:C:1993:136, il-paragrafu 9; il-Kawża C-63/83, Regina vs. Kirk, ECLI:UE:C:1984:255, il-paragrafi 21 et seq.; il-Kawża C-1/73, Westzucker, ECLI:UE:C:1973:78, il-paragrafu 5; il-Kawża C-295/02, Gerken, ECLI:UE:C:2004:400, il-paragrafi 47 et seq.; il-Kawża C-420/06, Jager, ECLI:UE:C:2008:152, il-paragrafi 59 et seq.; il-Kawża C-189/02 P, Dansk Rørindustri et al. vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2005:408, il-paragrafu 217.
(80) Il-Kawża C-334/07 Ρ, Il-Kummissjoni vs. Freistaat Sachsen, ECLI:UE:C:2008:709, il-paragrafu 43; il-Kawża T-176/01, Ferrière Nord vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2004:336, il-paragrafu 139.
(81) Il-Kawża 68/69, Bundesknappschaft vs Brock, ECLI:UE:C:1970:24, il-paragrafu 6; il-kawża 1/73 Westzucker GmbH vs. Einfuhr- und Vorratsstelle für Zucker, ECLI:UE:C:1973:78, il-paragrafu 5; il-Kawża 143/73, SOPAD vs. FORMA et. al., ECLI:UE:C:1973:145, il-paragrafu 8; il-Kawża 96/77, Bauche, ECLI:UE:C:1978:26, il-paragrafu 48; il-Kawża 125/77, KoninklijkeScholten-Honig NV et. al. vs. Floofdproduktschaap voor Akkerbouwprodukten, ECLI:UE:C:1978:187, il-paragrafu 37; il-Kawża 40/79, Ρ vs il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:1981:32, il-paragrafu 12; il-kawża 270/84, Licata vs. ESC, ECLI:UE:C:1986:304, il-paragrafu 31; il-Kawża C-60/98 Butterfly Music vs. CEDEM, ECLI:UE:C:1999:333, il-paragrafu 24; C-334/07 Ρ, Il-Kummissjoni vs. Freistaat Sachsen, ECLI:UE:C:2008:709, il-paragrafu 53; il-Kawża T-404/05 Il-Greċja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2008:510, il-paragrafu 77.
(82) Il-Kawża C-169/95, Spanja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:1997:10, il-paragrafi minn 51 sa 54; il-Kawżi konġunti T-116/01 u T-118/01, P&O European Ferries (Vizcaya) SA vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:T:2003:217, il-paragrafu 205.
(83) Il-Kawżi konġunti C-465/09 Ρ sa C-470/09 Ρ, Diputación Foral de Vizcaya u Oħrajn vs. il-Kummissjoni,ECLI:UE:C:2011:372, il-paragrafi 125 u 128.
(84) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar it-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
(85) Il-Kawża C-261/01, Van Calster, ECLI:UE:C:2003:571, il-paragrafu 49; il-Kawża C-333/07, Société Régie Networks, ECLI:UE:C:2008:764, il-paragrafu 89.
(86) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 75.
(87) Il-kawża C-310/99, L-Italja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2002:143, il-paragrafu 52.
(88) ĠU C 188, 20.6.2014, p. 4.
(89) Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali tal-2008 (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).
(90) COM(2010) 2020 finali, p. 10.
(91) Il-Kawża C-301/96, Il-Ġermanja vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:2003:509, il-paragrafu 106.
(92) Il-Kawżi konġunti T-254/00, T-270/00 u T-277/00, Hotel Cipriani et al., ECLI:UE:T:2008:537, il-paragrafu 337.
(93) SA.26036 (C24/09) — l-Awstrija, Għajnuna mill-Istat għal negozji li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija skont l-Att dwar l-Elettriku Ekoloġiku fl-Awstrija (ĠU L 235, 10.9.2011, p. 42).
(94) Is-sentenza fil-Kawża Il-Ġermanja vs il-Kummissjoni (“Jadekost”), C-288/96, ECLI:UE:C:2000:537, il-paragrafu 77, b'referenzi ulterjuri.
(95) Id-Deċiżjoni tal-EEG tal-2014, il-premessa 293.
(96) Id-Deċiżjoni tal-EEG tal-2014, il-premessi 294 u 295.
(97) Id-Deċiżjoni tal-EEG tal-2014, il-premessa 295.
(98) B'2707 punt ta' konsum eliġibbli fl-2014 u soprataxxa tal-EEG ta' 6,24 ct/kWh, id-dħul mis-soprataxxa ġġenerat mill-pagamenti għall-ewwel GWh ta' konsum jammonta għal EUR 168 916 800. Ara d-deċiżjoni tal-EEG tal-2014, il-premessa 296.
(99) Id-Deċiżjoni tal-EEG tal-2014, il-premessa 296.
(100) Cf. Deċiżjoni tal-EEG tal-2014, il-premessa 297.
(101) Għall-applikazzjoni tad-dejta tal-GVA u tad-dejta dwar l-intensità elettrika, ara l-premessa 202 ta' din id-Deċiżjoni.
(102) Il-Kawżi konġunti C-128/03 u C-129/03, AEM, ECLI:UE:C:2005:224, il-paragrafi minn 44 sa 47; il-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord, ECLI:UE:C:2008:413, il-paragrafu 42.
(103) Id-Deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 34/90; deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 416/99; id-Deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 490/00; id-Deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 550/00; id-Deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat N 317/A/2006 u NN 162/A/2003; Deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat N 707 u 708/02; id-Deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 789/02; id-Deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 6/A/2001; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/580/KE; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/476/KE; id-Deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 437/09.
(104) Il-Kawżi konġunti C-128/03 u C-129/03, AEM, ECLI:UE:C:2005:224, il-paragrafi minn 44 sa 47; il-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord, ECLI:UE:C:2008:413, il-paragrafi 58 u 59.
(105) Il-Kawża 47/69 Franza vs. il-Kummissjoni, ECLI:UE:C:1970:60, il-paragrafu 20; Deċiżjoni tal-EEG tal-2014, il-premessi 329 et seq.
(106) Il-Kawża C-573/12, Ålands Vindkraft, ECLI:UE:C:2014:2037.
(107) Il-Kawża C-573/12, Ålands Vindkraft, ECLI:UE:C:2014:2037, il-paragrafi 75, 119.
(108) Il-Kawża C-130/93, Lamaire, ECLI:UE:C:1994:281, il-paragrafu 14.
(109) Madankollu, il-Ġermanja tirrikonoxxi li s-soprataxxa tal-EEG ma tikkostitwixxi l-ebda rimunerazzjoni għall-provvista tal-elettriku tas-SER bħala tali, li jinbiegħ fis-suq spot.
(110) Il-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord, ECLI:UE:C:2008:413.
(111) Il-Kawża 171/78, Il-Kummissjoni vs. id-Danimarka, ECLI:UE:C:1980:54, il-paragrafu 5.
(112) Il-Kawża C-206/06, Essent Netwerk Noord, ECLI:UE:C:2008:413, il-paragrafu 46.
(113) Ara pereżempju, l-għajnuna mill-Istat SA.33384 (2011/N) — l-Awstrija, Ökostromgesetz 2012, C (2012) 565 final.
(114) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 107.
(115) Għajnuna mill-Istat SA.15876 (N490/2000) — l-Italja, Spejjeż mitlufa tas-settur tal-elettriku (ĠU C 250, 8.10.2005, p. 10).
(116) 19,7 (għall-2012) + 9,1 (għall-2013) + 21,3 (għall-2014) = EUR 50,1 miljun.
(117) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(118) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).
(119) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna Statali orizzontali (ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1).
(120) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS I
L-IMPENN SOTTOMESS MILL-ĠERMANJA FIS- 7 TA' LULJU 2014
“Kwistjoni skont l-Art. 110/30 għall-installazzjonijiet eżistenti u l-Grünstromprivileg (EEG 2012)
Għall-EEG 2012, tista' tiġi maħsuba soluzzjoni globali kemm għall-Grünstromprivileg kif ukoll għall-kwistjoni skont l-Artikolu 30/110. Is-soluzzjoni tikkonsisti fl-investiment mill-ġdid f'interkonnetturi jew proġetti tal-enerġija Ewropej simili tal-ammont stmat tal-allegata diskriminazzjoni. L-investiment mill-ġdid jista' jsir b'mod parallel għall-progress tal-proġett rilevanti. Abbażi tal-figuri kkomunikati mill-Ġermanja, l-investiment mill-ġdid għandu jammonta għal EUR 50 miljun għall-perjodu Jannar 2012 — Lulju 2014. Għal darba oħra, il-Ġermanja toffri dan l-impenn billi tissalvagwardja l-pożizzjoni legali tagħha (l-ebda diskriminazzjoni).”
ANNESS II
L-IMPENN SOTTOMESS MILL-ĠERMANJA FL-4 TA' LULJU 2014
“Die Rückforderung bezogen auf ein Unternehmen ergibt sich aus der Differenz der entsprechenden EEG-Kosten nach Umwelt- und Energiebeihilfeleitlinien (EEAG) und der nach EEG 2012 bemessenen EEGKosten. Dabei begrenzt der Anpassungsplan die nach EEAG zu leistende Zahlung auf max. 125 % (für 2013) bzw. max. 150 % (für 2014) der nach EEG 2012 für 2013 geleisteten EEG-Zahlung (vgl. folgende schematische Darstellung). Negative Rückforderungsbeträge werden nicht berücksichtigt.
Schematische Darstellung der Berechnung
Rückforderung2013 = Z(Anpassplan)2013 – Z(EEG2012)2013
Mit: Z(Anpassplan)2013 = Minimum von Z(EEAG) und 125 % × Z(EEG2012)2013
Rückforderung2013 : Rückforderung für das Jahr 2013
Z(Anpassplan)2013 : Zahlung gemäß Anpassungsplan für 2013
Z(EEAG)2013 : Zahlung gemäß EEAG für 2013
Z(EEG2012)2013 : Für 2013 nach EEG2012 tatsächlich geleistete EEG-Zahlung
Aufgrund der Dringlichkeit einerseits und zur Begrenzung des ohnehin als sehr hoch einzuschätzenden administrativen Aufwandes andererseits ist es nötig, für die Berechnung der unternehmensbezogenen Rückforderungsbeträge ausschließlich auf dem BAFA schon vorliegende Zahlen zurückzugreifen. (*) Daher werden die spezifischen Unternehmensdaten (Bruttowertschöpfung zu Marktpreisen, Strombezugsmenge, Stromkosten) der Anträge für 2013 bzw. 2014 verwendet (‘Bescheiddaten’), die sich auf das entsprechende Nachweisjahr beziehen (maßgebendes Geschäftsjahr des Unternehmens in 2011 (Voraussetzungsjahr) für Begrenzung in 2013 (Begrenzungsjahr); maßgebendes Geschäftsjahr des Unternehmens in 2012 für Begrenzung in 2014). Demzufolge wird für die Berechnung u. a. jeweils die spezifische Bruttowertschöpfung zu Marktpreisen verwendet, da die Daten für die Bruttowertschöpfung zu Faktorkosten nicht vorliegen. Weiterhin erfordert diese Vorgehensweise, dass der gesamte Berechnungsvergleich auf der angemeldeten Strombezugsmenge im Voraussetzungsjahr beruht, die von der in dem betreffenden Begrenzungsjahr tatsächlich verbrauchten Strommenge abweicht.
Jahresbezug der verwendeten Werte:
|
Bescheid für 2013 |
Bescheid für 2014 |
Bruttowertschöpfung (zu Marktpreisen) |
2011 |
2012 |
Strommenge |
2011 |
2012 |
Stromkosten |
2011 |
2012” |
Traduzzjoni
“L-irkupru [l-ammont rikuperabbli] fir-rigward ta' intrapriża partikolari jirriżulta mid-differenza tal-ispejjeż rilevanti tal-EEG kif iddeterminati abbażi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (‘Linji Gwida tal-2014’) u tal-ispejjeż tal-EEG kif iddeterminati abbażi tal-Att tal-EEG 2012. F'dak ir-rigward, il-pjan ta' aġġustament jillimita l-pagament li għandu jsir abbażi tal-Linji Gwida tal-2014 għal massimu ta' 125 % (għas-sena 2013) u għal massimu ta' 150 % (għas-sena 2014) tal-pagament magħmul fir-rigward tas-sena 2013 skont l-Att tal-EEG 2012 (ara d-dijagramma). Ammonti ta' rkupru negattivi ma jiġux ikkunsidrati.
Dijagramma: il-metodu li jintuża għall-kalkolazzjoni tal-irkupru
Irkupru 2013 = P(Pjan ta' aġġustament)2013 – P(EEG2012)2013
P(Pjan ta' aġġustament)2013 = Minimu ta' P(EEAG) u 125 % × P(EEG2012)2013
Irkupru2013 : L-irkupru fir-rigward tas-sena 2013
P(Pjan ta' aġġustament)2013 : Pagament dovut skont il-pjan ta' aġġustament għall-2013
P(EEAG)2013 : P(EEG2012)2013
Pagament dovut skont il-Linji Gwida tal-2014 għall-2013: Il-pagament effettiv magħmul abbażi tal-Att tal-EEG 2012 għall-2013
Minħabba l-urġenza u sabiex ikun limitat l-isforz amministrattiv, li huwa stmat bħala għoli ħafna, jeħtieġ li l-ammonti ta' rkupru tal-intrapriżi jiġu kkalkolati biss fuq il-bażi tad-dejta li hija diġà disponibbli għall-BAFA (**). B'hekk, se jsir użu mid-dejta speċifika għall-kumpanija (dwar il-valur gross miżjud skont il-prezzijiet tas-suq, il-konsum tal-enerġija u l-ispejjeż tal-elettriku) li kienet sottomessa fl-applikazzjonijiet tal-intrapriżi għas-snin 2013 u 2014, iżda li tikkorrespondi għas-sena li għaliha kellha tiġi sottomessal-evidenza (jiġifieri, is-sena kummerċjali tal-2011 għal tnaqqis mogħti fl-2013, kif ukoll is-sena kummerċjali tal-2012 għal tnaqqis mogħti fl-2014). Għaldaqstant, il-kalkolazzjoni hija bbażata fuq il-valur gross miżjud bil-prezzijiet tas-suq, billi d-dejta li tikkonċerna l-valur gross miżjud skont l-ispejjeż tal-fattur mhijiex disponibbli. Barra minn hekk, il-kalkolazzjoni mqabbla għandha tkun ibbażata fuq id-dejta dwar il-konsum tal-elettriku li kienet sottomessa fl-applikazzjonijiet u li tikkorrespondi għas-sena li għaliha kellha tiġi sottomessal-evidenza. Dik id-dejta dwar il-konsum tal-elettriku hija differenti mid-dejta dwar l-elettriku li kien effettivament ikkonsmat fis-sena li għaliha qiegħed jingħata t-tnaqqis.
Is-snin ta' referenza tal-valuri użati:
|
Deċiżjoni tal-BAFA għall-2013 |
Deċiżjoni tal-BAFA għall-2014 |
Valur gross miżjud bil-prezzijiet tas-suq |
2011 |
2012 |
Elettriku kkonsmat |
2011 |
2012 |
Spejjeż tal-elettriku |
2011 |
2012” |
(*) Nota f'qiegħ il-paġna oriġinali: ‘Die unternehmensbezogenen Daten des Jahres 2013 liegen dem BAFA nicht vor. Unternehmensbezogene Daten des Jahres 2014 existieren naturgemäß noch nicht.’
(**) Nota f'qiegħ il-paġna oriġinali: ‘Id-dejta speċifika għall-kumpanija għas-sena 2013 mhijiex disponibbli għall-BAFA. Sa issa għadha ma teżisti l-ebda dejta speċifika għall-kumpanija għas-sena 2014.’
ANNESS III
METODU TA' RKUPRU
1. |
L-irkupru jkopri biss it-tnaqqis mis-soprataxxa tal-EEG mogħti fir-rigward tas-snin 2013 u 2014 (“is-snin ikkonċernati”). |
2. |
L-ammont rikuperabbli jkun ekwivalenti, għal kull waħda mis-snin ikkonċernati, għad-differenza bejn l-ammont kompatibbli għal dik is-sena, kif iddeterminat b'konformità mal-paragrafi minn 5 sa 8, u l-ammont ta' soprataxxa tal-EEG li effettivament tħallas mill-benefiċjarju fis-sena kkonċernata, kif iddeterminat b'konformità mal-paragrafi 3 u 4. |
L-ammont ta' soprataxxa tal-EEG li effettivament tħallas mill-benefiċjarju fis-sena kkonċernata
3. |
L-ammont ta' soprataxxa tal-EEG li effettivament tħallas mill-benefiċjarju fis-sena kkonċernata għandu jinkiseb bl-applikazzjoni tas-soprataxxa mnaqqsa għal dik is-sena għall-konsum tal-elettriku tal-benefiċjarju f'dik l-istess sena. |
4. |
Permezz ta' deroga tal-paragrafu 3, il-Ġermanja tista', bħala l-ewwel pass, tuża l-konsum tal-elettriku li kien sottomess fl-applikazzjoni tal-benefiċjarju għas-sena kkonċernata sabiex tikkalkula ammont ta' rkupru preliminari. F'dak il-każ, l-ammont ta' rkupru preliminari jiġi rkuprat mingħajr dewmien, u l-Ġermanja, bħala t-tieni pass, tiddetermina l-ammont ta' rkupru finali abbażi tad-dejta dwar il-konsum attwali u tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura l-irkupru jew ir-ripagament abbażi ta' dak l-ammont finali (“mekkaniżmu ta' korrezzjoni”). |
L-ammont kompatibbli
5. |
Jekk il-benefiċjarju jkun jappartjeni għal xi settur elenkat fl-Anness 3 ta' mal-Linji Gwida tal-2014 (il-punt 185 tal-Linji Gwida tal-2014), jew jekk il-benefiċjarju jkollu intensità elettrika ta' mill-inqas 20 % u jkun jappartjeni għal settur b'intensità kummerċjali ta' mill-inqas 4 % fil-livell tal-Unjoni, anki jekk dan ma jkunx jappartjeni għal xi settur elenkat fl-Anness 3 ta' mal-Linji Gwida tal-2014 (il-punt 186 tal-Linji Gwida tal-2014), il-benefiċjarju jkun eliġibbli għall-għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fil-finanzjament tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli. Għall-applikazzjoni tal-punt 186 tal-Linji Gwida tal-2014, tista' tintuża d-dejta sottomessa fl-applikazzjoni magħmula fir-rigward tas-sena kkonċernata. |
6. |
Jekk il-benefiċjarju jkun eliġibbli abbażi tal-paragrafu 5, l-ammont kompatibbli jkun ekwivalenti għal 15 % tas-soprataxxa tal-EEG mingħajr tnaqqis (il-punt 188 tal-Linji Gwida tal-2014). Madankollu, l-ammont kompatibbli jista' jkun limitat fil-livell tal-intrapriżi għal 4 % tal-valur gross miżjud tal-intrapriża kkonċernata. Barra minn hekk, għall-intrapriżi li jkollhom intensità elettrika ta' mill-inqas 20 %, l-ammont kompatibbli jista' jkun limitat għal 0,5 % tal-valur gross miżjud tal-intrapriża kkonċernata (il-punt 189 tal-Linji Gwida tal-2014). Għall-applikazzjoni tal-punt 189 tal-Linji Gwida tal-2014, tista' tintuża d-dejta sottomessa fl-applikazzjoni magħmula fir-rigward tas-sena kkonċernata. |
7. |
Jekk il-benefiċjarju ma jkunx eliġibbli abbażi tal-paragrafu 5, l-ammont kompatibbli jkun ekwivalenti għal 20 % tas-soprataxxa tal-EEG mingħajr tnaqqis (il-punt 197 tal-Linji Gwida tal-2014). |
8. |
Jekk, għal kwalunkwe waħda mis-snin ikkonċernati, l-ammont kompatibbli ddeterminat abbażi tal-paragrafi 6 u 7 ikun ogħla mill-ammont ta' soprataxxa tal-EEG effettivament imħallas mill-benefiċjarju fis-sena kkonċernata, l-ammont kompatibbli jkun limitat kif ġej:
|