This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1356
Commission Implementing Decision (EU) 2015/1356 of 4 August 2015 amending Decision 2007/453/EC as regards the BSE status of Cyprus, the Czech Republic, France, Liechtenstein and Switzerland (notified under document C(2015) 5379) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1356 tal-4 ta' Awwissu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Repubblika Ċeka, ta' Franza, ta' Ċipru, tal-Liechtenstein u tal-Iżvizzera (notifikata bid-dokument C(2015) 5379) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1356 tal-4 ta' Awwissu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Repubblika Ċeka, ta' Franza, ta' Ċipru, tal-Liechtenstein u tal-Iżvizzera (notifikata bid-dokument C(2015) 5379) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 209, 6.8.2015, p. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007D0453 | Sostituzzjoni | anness |
6.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/5 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1356
tal-4 ta' Awwissu 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Repubblika Ċeka, ta' Franza, ta' Ċipru, tal-Liechtenstein u tal-Iżvizzera
(notifikata bid-dokument C(2015) 5379)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-Istati Membri, pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (“il-pajjiżi jew ir-reġjuni”) għandhom ikunu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'waħda minn tliet kategoriji: riskju ta' BSE negliġibbli, riskju ta' BSE kkontrollat, u riskju ta' BSE mhux stabbilit. |
(2) |
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) jelenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus tagħhom tal-BSE. |
(3) |
L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni tal-pajjiżi jew ir-reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tqis ir-Riżoluzzjoni Nru 18 — Recognition of the Bovine Spongiform Encephalopathy Risk Status of Member Countries (Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tar-Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri) — adottata mill-OIE f'Mejju 2014 (3). |
(4) |
F'Mejju 2015, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 21 Recognition of the Bovine Spongiform Encephalopathy Risk Status of Member Countries (4) (Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tar-Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri). Minbarra l-Istati Membri u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li diġà huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE, dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet ir-Repubblika Ċeka, Franza, Ċipru, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta' BSE. |
(5) |
Għalhekk, il-lista tal-pajjiżi fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata biex issir konformi mar-Riżoluzzjoni Nru 21 adottata mill-OIE f'Mejju 2015. |
(6) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(3) http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/2014_A_RESO-18_BSE.pdf
(4) http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/2015_A_RESO_R21_BSE.pdf
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI
A. Pajjiżi jew reġjuni b'riskju negliġibbli ta' BSE
Stati Membri
— |
Il-Belġju |
— |
Il-Bulgarija |
— |
Ir-Repubblika Ċeka |
— |
Id-Danimarka |
— |
L-Estonja |
— |
Franza |
— |
Il-Kroazja |
— |
L-Italja |
— |
Ċipru |
— |
Il-Latvja |
— |
Il-Lussemburgu |
— |
L-Ungerija |
— |
Malta |
— |
In-Netherlands |
— |
L-Awstrija |
— |
Il-Portugall |
— |
Is-Slovenja |
— |
Is-Slovakkja |
— |
Il-Finlandja |
— |
L-Iżvezja |
Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
— |
L-Iżlanda |
— |
Il-Liechtenstein |
— |
In-Norveġja |
— |
L-Iżvizzera |
Pajjiżi terzi
— |
L-Arġentina |
— |
L-Awstralja |
— |
Il-Brażil |
— |
Iċ-Ċilì |
— |
Il-Kolombja |
— |
L-Indja |
— |
Iżrael |
— |
Il-Ġappun |
— |
In-New Zealand |
— |
Il-Panama |
— |
Il-Paragwaj |
— |
Il-Perù |
— |
Singapor |
— |
L-Istati Uniti |
— |
L-Urugwaj |
B. Pajjiżi jew reġjuni b'riskju kkontrollat ta' BSE
Stati Membri
— |
Il-Ġermanja |
— |
L-Irlanda |
— |
Il-Greċja |
— |
Spanja |
— |
Il-Litwanja |
— |
Il-Polonja |
— |
Ir-Rumanija |
— |
Ir-Renju Unit |
Pajjiżi terzi
— |
Il-Kanada |
— |
Il-Costa Rica |
— |
Il-Messiku |
— |
In-Nikaragwa |
— |
Il-Korea t'Isfel |
— |
It-Tajwan |
C. Pajjiżi jew reġjuni b'riskju mhux determinat ta' BSE
— |
Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.” |