Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1353

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1353 tat-3 ta' Awwissu 2015 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE dwar l-entrata għall-Afrika t'Isfel fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (notifikata bid-dokument C(2015) 5290) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 208, 5.8.2015, p. 36–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1353/oj

    5.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 208/36


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1353

    tat-3 ta' Awwissu 2015

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE dwar l-entrata għall-Afrika t'Isfel fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

    (notifikata bid-dokument C(2015) 5290)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (“il-prodotti”).

    (2)

    Il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jistabbilixxu listi ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti, sakemm il-prodotti jkun sarilhom it-trattament rilevanti kif stabbilit fil-Parti 4 ta' dak l-Anness.

    (3)

    L-Afrika t'Isfel hija elenkata fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' prodotti miksuba minn tjur tal-irziezet, tjur imrobbija għall-kaċċa u tjur tal-kaċċa selvaġġi mit-territorju kollu tiegħu.

    (4)

    Wara t-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (“HPAI”) tas-sottotip H5N2 li seħħew f'April 2011 fit-territorju tal-Afrika t'Isfel, id-Deċiżjoni 2007/777/KE ġiet emendata bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 536/2011 (3) sabiex tistipula li l-prodotti kollha msemmija hawn fuq jistgħu jiġu awtorizzati biss għall-introduzzjoni mill-Afrika t'Isfel fl-Unjoni wara li jkunu suġġetti għat-trattament “D” stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE li tipprevedi l-inattivazzjoni ta' xi vajrus possibbli li jkun jinsab fil-prodott. Barra dan, fir-rigward tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tal-marda ġew adottati r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2011 (4) u (UE) Nru 110/2012 (5).

    (5)

    Fit-2 ta' Marzu 2015 l-Afrika t'Isfel ppreżentat informazzjoni dwar l-istatus tagħha tal-HPAI u ddikkjarat li t-territorju kollu tagħha hu ħieles minn dik il-marda.

    (6)

    Bħalissal-Kummissjoni qed tevalwa din l-informazzjoni. Skont dik l-evalwazzjoni, kif ukoll il-garanziji mogħtija mill-Afrika t'Isfel, huwa xieraq li jiġi emendat it-trattament preskritt għall-prodotti koperti bid-Deċiżjoni 2007/777/KE sabiex titqies is-sitwazzjoni favorevoli tal-marda.

    (7)

    Għalhekk il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Awwissu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 536/2011 tal-1 ta' Ġunju 2011 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tad-dħul tal-Afrika t'Isfel fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2011 tal-5 ta' Ottubru 2011 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tad-dħul tal-Afrika t'Isfel fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom f'dak li jirrigwarda influwenza tat-tjur patoġenika ħafna (ĠU L 261, 6.10.2011, p. 19).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2012 tad-9 ta' Frar 2012 li jemenda l-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet għall-Afrika t'Isfel fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom (ĠU L 37, 10.2.2012, p. 50).


    ANNESS

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-Parti 2, l-entrata għall-Afrika t'Isfel tinbidel b'dan li ġej:

    “ZA

    L-Afrika t'Isfel

    C

    C

    C

    A

    D

    A

    A

    C

    C

    A

    A

    D

    XXX”

    (2)

    fil-Parti 3, l-entrata għall-Afrika t'Isfel tinbidel b'dan li ġej:

    “ZA

    L-Afrika t'Isfel

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    E

    E

    A

    XXX

    XXX

    A

    A

    E

    XXX

    L-Afrika t'Isfel ZA-1

    E

    E

    XXX

    XXX

    E

    E

    A

    E

    XXX

    A

    A

    E

    XXX”


    Top